EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1346

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1346/2008 tat- 23 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali

OJ L 348, 24.12.2008, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0891

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1346/oj

24.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 348/79


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1346/2008

tat-23 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 148(1) tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-kors tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/870/KE (3), il-Komunità ħadet l-impenn li, għas-sena tas-suq 2008/2009, iżżid l-allokazzjoni għal Kuba b’20 000 tunnellata zokkor mhux ipproċessat tal-kannamieli għar-raffinar, b’rata ta’ dazju ta’ EUR 98 it-tunnellata.

(2)

Il-kwota għandha tinfetaħ u tkun amministrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 (4) bħala “CXL Konċessjonijiet taz-zokkor”.

(3)

Biex tkun evitata l-ispekulazzjoni bil-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwoti tal-importazzjoni allokati lill-pajjiżi, għandhom isiru provvedimenti biex l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni jkunu restritti għal dawk l-operaturi li jistgħu jippreżentaw liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti tal-pajjiż li qiegħed jesporta.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 24, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Għas-sena tas-suq 2008/2009, kwoti tariffarji għal total ta’ 126 925 tunnellata ta’ zokkor mhux ipproċessat tal-kannamieli għar-raffinar, kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 11 10, għandhom jinfetħu bħala CXL konċessjonijiet taz-zokkor b’dazju ta’ EUR 98 it-tunnellata.

2.   Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu allokati skont il-pajjiż tal-oriġini kif ġej:

Kuba

78 969 tunnellata

Il-Brażil

34 054 tunnellata

L-Awstralja

9 925 tunnellata

Pajjiżi terzi oħra

3 977 tunnellata.”

(2)

Fl-Artikolu 25, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Mal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni relatati ma’ Kuba, il-Brażil u l-Awstralja għandu jkun hemm l-oriġinal tal-liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta skont il-mudell fl-Anness II għal kwantità daqs dik fl-applikazzjoni għal-liċenzja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 308, 19.11.2008, p. 29.

(3)  ĠU L 308, 19.11.2008, p. 27.

(4)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


Top