EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1329

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2008 tat- 22 ta' Diċembru 2008 li jadotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat f’parti mir-Renju Unit

OJ L 345, 23.12.2008, p. 56–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 040 P. 237 - 240

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1329/oj

23.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 345/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1329/2008

tat-22 ta' Diċembru 2008

li jadotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat f’parti mir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37(43)(a) u (d), 191, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li meta l-prezz medju tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-ħanżir kif stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru fuq is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u ppiżati permezz ta' koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-ħnieżer f'kull Stat Membru, ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħżin privat.

(2)

Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġjonali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni tista’ tippersisti.

(3)

Fil-qies tas-sejbiet riċenti tal-livelli elevati ta’ diossini fil-majjal li joriġina fl-Irlanda, is-sitwazzjoni tas-suq tal-majjal fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq hija partikolarment kritika. L-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi miżuri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni.

(4)

Għalf ikkontaminat tal-annimali kien ikkonsenjat fl-irziezet tal-ħnieżer fl-Irlanda. L-għalf ikkontaminat jikkostitwixxi porzjon kbir ħafna tad-dieta tal-ħnieżer u jirriżulta f’livell għoli ta’ diossini fil-laħam mill-ħnieżer mill-irziezet affetwati. Minħabba d-diffikultajiet biex jittraċċaw lura l-majjal fl-irziezet u minħabba l-livelli għoljin ta’ diossina li nstabu fil-majjal affetwat, l-awtoritajiet kompetenti ddeċidew li bħala miżura ta’ prekawzjoni jiġbru lura l-majjal kollu u l-prodotti tal-majjal mis-suq.

(5)

L-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri qed toħloq disturbi serji ħafna tas-suq tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq. Minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u d-diffikultajiet prattiċi li qed jesperjenza s-suq tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq, huwa għalhekk xieraq li jiġu ppovduti miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-suq billi tingħata għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda ta’ Fuq, għal perjodu limitat u relat għal kwantità limitata ta' prodotti.

(6)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għajnuna għall-ħżin privat tista’ tingħata għall-majjal u dik l-għajnuna għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni minn qabel jew permezz ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti.

(7)

Minħabba li s-sitwazzjoni tas-suq tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq tirrikjedi azzjoni prattika fi ftit żmien, l-aktar proċedura xierqa biex tingħata għajnuna għall-ħżin privat tkun li tkun iffissata minn qabel.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema privata tal-għajnuna għall-ħżin.

(9)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, għandha tingħata għajnuna stabbilita minn qabel skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari, jeħtieġ li jkun hemm rekwiżit li l-prodotti li se jitpoġġew fil-ħżin ikunu ġejjin minn ħnieżer li trabbew fi rziezet li huwa aċċertat li ma kinux affetwati mill-għalf ikkontaminat. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi pprovdut li l-prodotti konċernati joriġinaw minn ħnieżer imrobbijin u maqtulin fl-Irlanda ta’ Fuq.

(11)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-miżura, il-prodotti tal-majjal huma kklassifikati skont ix-xebh fir-rigward tal-livell tal-ispiża tal-ħżin.

(12)

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll rigward il-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti kwantitajiet minimi ta’ prodotti li għandu jipprovdi kull applikant.

(13)

Għandha tiġi stabbilita garanzija sabiex tiżgura li l-operaturi jwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq.

(14)

L-esportaturi tal-majjal jikkontribwixxu biex jerġa' jintlaħaq il-bilanċ fis-suq. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandhom japplikaw meta l-perjodu ta' ħżin jiqsar fejn prodotti mneħħija mill-ħżin ikunu maħsuba għall-esportazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ kuljum li se jiġu applikati għat-tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna kif imsemmi f’dak l-Artikolu.

(15)

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 u għar-raġuni ta’ konsistenza u ċarezza għall-operaturi, jeħtieġ li l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi hemmhekk jiġi espress fi ġranet.

(16)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

1.   L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata fir-rigward ta’ prodotti tal-majjal li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

ġejjin minn ħnieżer li kienu mrobbijin fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq mill-inqas għall-aħħar xahrejn qabel ma nqatlu fl-Irlanda ta’ Fuq;

(b)

huma ta’ kwalità ġenwina, ġusta u tajba għall-kummerċ u ġejjin minn ħnieżer imrobbijin fi rziezet li huwa stabbilit li ma użawx għalf ikkontaminat mil-livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs)

2.   Il-lista tal-kategoriji tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Regoli applikabbli

Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Tressiq tal-applikazzjonijiet

1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, applikazzjonijiet għall-għajnuna ta’ ħżin privat għall-kategoriji tal-prodotti tal-majjal eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 1 jistgħu jitressqu fl-Irlanda ta’ Fuq.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jirrigwardjaw perjodu ta’ ħżin ta’ 90, 120, 150 jew 180 jum.

3.   L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu għal waħda biss mill-kategoriji tal-prodotti mniżżlin fl-Anness, bl-indikazzjoni tal-kodiċi tan-NM rilevanti fi ħdan dik il-kategorija.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 1(1).

Artikolu 4

Kwantitajiet minimi

Il-kwantitajiet minimi għal kull applikazzjoni għandhom ikunu:

(a)

10 tunnellati għal prodotti diżussati;

(b)

15-il tunnellata għal prodotti oħrajn.

Artikolu 5

Garanziji

L-applikazzjonijiet għandu jkollhom garanzija li tammonta għal 20 % tal-ammonti tal-għajnuna stabbilita fil-kolonni minn 3 sa 6 tal-Anness.

Artikolu 6

Kwantità totali

Il-kwantità totali li għaliha jistgħu jiġu konklużi l-kuntratti, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, ma għandhiex taqbeż 15 000 tunnellata piż tal-prodott.

Artikolu 7

It-tneħħija mill-ħżin tal-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni

1.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandha jkun hemm rekwiżit tal-iskadenza ta’ perjodu minimu ta’ ħżin ta’ 60 jum.

2.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-ammonti ta’ kuljum huma stabbiliti fil-kolonna 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3


ANNESS

Il-kategoriji tal-prodotti

Il-prodotti li għalihom qed tingħata l-għajnuna

L-ammont ta’ għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta'

(EUR/tunnellata)

Tnaqqis

(EUR)

90 jum

120 jum

150 jum

180 jum

għal kull jum

1

2

3

4

5

6

7

Kategorija 1

ex 0203 11 10

In-nofs karkassi mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1)

278

315

352

389

1,24

Kategorija 2

ex 0203 12 11

Il-prieżet

 

 

 

 

 

ex 0203 12 19

L-ispallejn

 

 

 

 

 

ex 0203 19 11

It-trufijiet ta' quddiem

 

 

 

 

 

ex 0203 19 13

Il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (2)  (3)

337

379

421

463

1,41

ex 0203 19 55

Ir-riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha, diżussati (4)  (5)

 

 

 

 

 

Kategorija 3

ex 0203 19 15

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari

164

197

230

263

1,09

ex 0203 19 55

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji

 

 

 

 

 

Kategorija 4

ex 0203 19 55

Il-qatgħat li jikkorrispondu man-“nofisjiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, diżussati (6)

255

290

325

360

1,17


(1)  L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, l-għadma tal-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.

(2)  Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħhom ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.

(3)  Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull taħlita tal-prodotti msemmijin.

(4)  Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħhom ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.

(5)  Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull taħlita tal-prodotti msemmijin.

(6)  L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0210 19 20.


Top