EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0959

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/959 /PESK tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li timmodifika l-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

OJ L 338, 17.12.2008, p. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 003 P. 170 - 171

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32009E0067

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/959/oj

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/77


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/959 /PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li timmodifika l-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fil-15 ta' Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Il-Kunsill innota li ċertu numru ta' persuni oħra kienu implikati f'atti ta' terroriżmu fit-tifsira tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-imsemmija pożizzjoni komuni (minn issa 'l quddiem “il-lista”), konformament għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tagħha.

(4)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jeħtieġ li tiġi kkompletata l-intestatura rigward grupp fil-lista.

(5)

B’konsegwenza, il-lista għandha għalhekk tkun aġġornata,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-persuni li jinsabu fl-Anness għandhom jiġu miżjuda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

Artikolu 2

Il-punt 2, intestatura 13 għall-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK, għandu jinbidel b’dan li ġej:

“13.

Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/Pays basque et liberté (ETA) (l-organizzazzjonijiet li ġejjin jagħmlu parti mill-grupp terroristiku ETA: K.a.s., Xaki; Ekin, Jarrai-Haika-Segi, Gestoras pro-amnistía, Askatasuna, Batasuna (alias Herri Batasuna, alias Euskal Herritarrok), Acción Nacionalista Vasca/Euskal Abertzale Ekintza (ANV/EAE), Partido Comunista de las Tierras Vascas/Euskal Herrialdeetako Alderdi Komunista (PCTV/EHAK))”.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 188, 16.7.2008, p. 71.


ANNESS

Lista ta’ persuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

* ALEGRÍA LOINAZ, Xavier, imwieled fis-26 ta' November 1958 f'San Sebastián (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 15.239.620 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tal-“K.a.s.”/“Ekin”

2.

* ASPIAZU RUBINA, Miguel de Garikoitz, imwieled fis-6 ta' Lulju 1973 f'Bilbao (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 14.257.455 - attivist tal-“E.T.A.”

3.

* BELOQUI RESA, María Elena, imwielda fit-12 ta' Ġunju 1961 f'Areta (Álava), Nru tal-karta tal-identità 14.956.327 - attivista tal-“E.T.A.” membru tax-“Xaki”

4.

* CAMPOS ALONSO, Miriam, imwielda fit-2 ta' Settembru 1971 f'Bilbao (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 30.652.316 - attivista tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

5.

* CORTA CARRION, Mikel, imwieled fil-15 ta' Mejju 1959 f'Villafranca de Ordicia (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 08.902.967 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

6.

* EGUIBAR MICHELENA, Mikel, imwieled fl-14 ta' Novembru 1963 f'San Sebastián (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 44.151.825 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

7.

* IRIONDO YARZA, Aitzol, imwieled fit-8 ta' Marzu 1977 f'San Sebastián (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 72.467.565 - attivist tal-“E.T.A.”

8.

* MARTITEGUI LIZASO, Jurdan, imwieled fl-10 ta' Mejju 1980 f'Durango (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 45.626.584 - attivist tal-“E.T.A.”

9.

* OLANO OLANO, Juan Mariá, imwieled fil-25 ta' Marzu 1955 f'Gainza (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 15.919.168 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tal-“Gestoras Pro-amnistía”/“Askatasuna”

10.

* OLARRA AGUIRIANO, José María, imwieled fis-27 ta' Lulju 1957 f'Tolosa (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 72.428.996 - attivist tal-“E.T.A.” membru tax-“Xaki”

11.

* RETA DE FRUTOS, José Ignacio, imwieled fit-3 ta' Lulju 1959 f'Elorrio (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 72.253.056 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tal-“Gestoras Pro-amnistía”/“Askatasuna”

12.

* TXAPARTEGI NIEVES, Nekane, imwieled fit-8 ta' Jannar 1973 f'Asteasu (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 44.140.578 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

13.

* URRUTICOECHEA BENGOECHEA, José Antonio, imwieled fl-24 ta' Diċembru 1950 f'Miravalles (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 14.884.849 - attivist tal-“E.T.A.”


Top