EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0873

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 873/2008 tal- 5 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri

OJ L 239, 6.9.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/873/oj

6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 873/2008

tal-5 ta' Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent tal-Istati Membri. Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-aħħar sejħa parzjali jiskadi fil-10 ta' Settembru 2008.

(2)

Bil-għan li r-raħħala tal-bhejjem u l-industrija tal-għalf tal-bhejjem ikollhom provvista żgurata bi prezzijiet kompetittivi għall-ewwel ftit xhur tas-sena tas-suq 2008/2009, jeħtieġ li l-ħażniet ta' intervent miżmuma mill-aġenzija ta' intervent tal-Ungerija, l-unika waħda li għad għandha ħażniet, jissuktaw isiru disponibbli fis-swieq taċ-ċereali, kif ukoll li jkunu speċifikati l-ġranet u d-dati li fihom l-operaturi jistgħu jressqu offerti, skont il-laqgħat ipprogrammati tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 712/2007, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mill-15 ta’ Settembru 2008 'l quddiem, il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) l-Erbgħa l-24 ta’ Settembru 2008, il-15 ta’ Ottubru 2008, id-29 ta’ Ottubru 2008, it-12 ta’ Novembru 2008, is-26 ta’ Novembru 2008, it-3 ta' Diċembru 2008 u s-17 ta’ Diċembru 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7.


Top