EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0678

2008/678/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4319) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 221, 19.8.2008, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/678/oj

19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Awwissu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4319)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/678/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE tat-30 ta’ Ottubru 2007 (2) tistabbilixxi miżuri tranżitorji għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawk l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jintużaw għal iktar ipproċessar fi stabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni.

(2)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib ħejjew il-proċess tagħhom ta’ aġġornament u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE jiġi emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(2)  ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/552/KE (ĠU L 178, 5.7.2008. p. 43).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/716/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

In-notamenti li ġejjin għall-istabbilimenti ta' pproċessar tal-laħam jitħassru:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt / Triq jew Raħal / Reġjun

“24.

BG 0701001

"Cheh — Yosif Novosad" OOD

s. Sokolovo

obsht. Drianovo

33.

BG 0901007

EOOD "Bayka-1"

gr. Kardzhali

Zadbolnichen kvartal 29

47.

BG 1501013

ET "Velichko Ivanov-Venetsiya"

s. Malchika

obsht. Levski

48.

BG 1501019

"Intermes" OOD

s. Tarnene

62.

BG 1901005

"Dulo-Alfa" OOD

gr. Dulovo ul. "Dobrudzha" 18

97.

BG 0402003

ET "M.M-Miroslav Hristov"

s. Parvomaytsi

obl. V. Tarnovo

172.

BG 1505018

ET "Anko Petrov-Anda"

s. Komarevo

obsht. D. Mitropolia

177.

BG 1605015

ET "D. Kalkanov"

gr. Asenovgrad

ul. "Oton Ivanov" 70

241.

BG 0704009

"Ayvi" OOD

gr. Gabrovo

ul. "Industrialna" 1

280.

BG 1604011

"Milena-Boris Kikyuov" ET

gr. Plovdiv

ul. "Slava" 3

302.

BG 1804017

AD "Boroimpeks"

gr. Borovo,

bul. "Patriarh Evtimiy" 3A

375.

BG 2804010

ET "Tagara — Diana Kurteva"

gr. Yambol

Industrialna zona

378.

BG 1518008

"Anona" OOD

gr. Pleven

Zapadna ind. Zona

ul. "Georgi Kochev"”

(2)

In-notamenti li ġejjin għall-istabbilimenti ta' pproċessar tal-ħalib jitħassru:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt / Triq jew Raħal / Reġjun

“5.

BG 0412009

"Milki-luks" EOOD

s. B. Cherkva

obsht. Pavlikeni

22.

BG 1612038

"MAH — 2003" EOOD

s. Lenovo

54.

BG 2012022

"Bratya Zafirovi" OOD

gr. Sliven

Promishlena zona Zapad

65.

112014

ET "Veles-Kostadin Velev"

gr. Razlog

ul. "Golak" 14

105.

1512003

"Mandra-1" EOOD

s. Tranchovitsa,

obsht. Levski

134.

1912002

"Laktokom" EOOD

s. Kalipetrovo

152.

2112024

ET "Ulan-Dzh. Ulanov"

s. Borino

168.

2312041

"Danim-D.Stoyanov"

EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

190.

2712010

"Kamadzhiev-milk" EOOD

s. Kriva reka

obsht. N. Kozlevo”


Top