EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0628

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2008 tat- 2 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

OJ L 173, 3.7.2008, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 13 - 15

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2014; Imħassar b' 32014R0664

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/628/oj

3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 628/2008

tat-2 ta' Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel [titlu mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (g) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (2), fl-Anness V tiegħu jistabbilixxi l-karatteristiċi tas-simboli Komunitarji li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketta jew fuq l-imballaġġ tal-prodotti li isimhom ikun ġie rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta jew denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini.

(2)

Dawn is-simboli Komunitarji kkontribwixxew għal żieda fil-valur ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u d-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ppermettew lil konsumaturi jidentifikaw ċerti prodotti li l-karatteristiċi tagħhom huma marbuta ma’ l-oriġini.

(3)

Bħalissa, is-simboli rilevanti għad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jippreżentaw karatteristiċi komuni f'dak li jirrigwarda l-forma, il-kulur u d-disinn li jsawruhom. Huwa biss il-kliem ġewwa dawn is-simboli li jippermetti lil dak li jkun jiddistingwihom.

(4)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-adozzjoni tagħhom u bil-għan li jitrawwem l-użu tagħhom, jidher xieraq li tiġi ffaċilitata d-distinzjoni għall-konsumaturi bejn id-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini u l-indikazzjoni ġeografika protetta. F’dawn il-kundizzjonijiet huwa xieraq li jiġu adottati kuluri differenti għas-simboli rilevanti għal dawn iż-żewġ tismijiet.

(5)

Bil-għan li jiġi evitat li t-tibdil fil-kuluri tas-simboli Komunitarji jwassal għal żvantaġġ ekonomiku għall-produtturi u l-operaturi kkonċernati, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw is-simboli Komunitarji konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli minn qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 1898/2006 hu emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-imballaġġi u t-tikketti , li jinkludu s-simboli Komunitarji konformi ma’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 fil-verżjoni applikabbli tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw sa l-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006, il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu bit-test li ġej:

“1.   IS-SIMBOLI KOMUNITARJI BIL-KULUR JEW BL-ISWED U BL-ABJAD

Fejn jintużaw bil-kulur, jistgħu jintużaw kuluri diretti (Pantone) jew il-proċess ta' erba' kuluri. Il-kuluri ta' referenza huma indikati hawn taħt.

Simbolu Komunitarju għad-‘Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini’ bil-Pantone

Image

Image

Simbolu Komunitarju għal ‘Indikazzjoni Ġeografika Protetta’ bil-Pantone

Image

Image


Is-simboli Komunitarji fil-proċess ta' erba' kuluri

Simbolu Komunitarju għad-‘Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini’ b’erba’ kuluri

Image

Image

Simbolu Komunitarju għal ‘Indikazzjoni Ġeografika Protetta’ b’erba’ kuluri:

Image

Image

Is-simboli Komunitarji bl-abjad u bl-iswed

Image

2.   IS-SIMBOLI KOMUNITARJI FIN-NEGATTIV

Jekk il-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta huwa skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv, billi jintuża l-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta.

Image

3.   KUNTRAST MAL-KULURI TA' L-ISFOND

Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond bil-kulur li jagħmlu diffiċli biex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta' delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex jittejjeb il-kuntrast mal-kuluri fl-isfond.

Simbolu Komunitarju għad-‘Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini’

Image

Simbolu Komunitarju għal ‘Indikazzjoni Ġeografika Protetta’

Image


Top