EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008H0472

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2,3-Epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC), (3-Chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC) u Hexachlorocyclopentadiene (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2316) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 162, 21.6.2008, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/472/oj

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 162/37


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Mejju 2008

dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2,3-Epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC), (3-Chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC) u Hexachlorocyclopentadiene

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2316)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/472/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (2) u (KE) Nru 2364/2000 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tielet u r-raba’ lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

2,3-Epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC),

(3-Chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC),

Hexachlorocyclopentadiene.

(2)

L-Istati Membri rapporteur maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (4) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kien ikkonsultat u ħareġ opinjonijiet dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.

(4)

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni korrispondenti (5).

(5)

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, huwa xieraq li jkunu rakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi. Għal sustanzi li mhumiex speċifikament elenkati, m’hemm l-ebda rakkomandazzjoni għad-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(6)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħaddiema għandhom ikunu kkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ.

(7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju provduti f’din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

TAQSIMA 1

2,3-EPOXYPROPYLTRIMETHYLAMMONIUM CHLORIDE (EPTAC)

(CAS Nru 3033-77-0; Einecs Nru 221-221-0)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema (1) u għall-ambjent (2)

(1)

L-impjegati li jużaw l-EPTAC fil-manifattura u bħala aġent ta’ katjonizzazzjoni fil-katjonizzazzjoni tal-lamti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fuq livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta’ natura li ma torbotx, imfassla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (6) (Id-Direttiva ta’ l-Aġenti Kimiċi).

(2)

L-emissjonijiet lokali tal-EPTAC fl-ambjent għandhom, fejn meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

TAQSIMA 2

(3-CHLORO-2-HYDROXYPROPYL) TRIMETHYLAMMONIUM CHLORIDE (CHPTAC)

(CAS Nru 3327-22-8; Einecs Nru 222-048-3)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema (3) u għall-ambjent (4)

(3)

L-impjegati li jużaw s-CHPTAC bħala aġent ta’ katjonizzazzjoni fil-katjonizzazzjoni tal-lamti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fuq livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta’ natura li ma torbotx, imfassla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE.

(4)

L-emissjonijiet lokali tas-CHPTAC fl-ambjent għandhom, fejn meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

TAQSIMA 3

DESTINATARJI

(5)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew ipproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.

(3)  ĠU L 273, 26.10.2000, p. 5.

(4)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(5)  ĠU C 157, 21.6.2008, p. 10.

(6)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).


Top