EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0058

2008/58/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Novembru 2007 li tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B tat-tkabbir ta’ dwieli fl-Awstrija għas-sena 2007/2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5615)

OJ L 15, 18.1.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/58(1)/oj

18.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 15/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2007

li tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B tat-tkabbir ta’ dwieli fl-Awstrija għas-sena 2007/2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5615)

(it-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2008/58/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp fil-perjodu tas-sajran ta’ l-għeneb fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli fl-Awstrija rriżultaw f’nuqqas sinifikanti u irreversibbli fl-aċidità fl-għeneb u fil-most ta’ l-għeneb. Dawn il-kundizzjonijiet partikolari tat-temp osservati matul is-sajf tas-sena 2007 fit-territorju Awstrijaku huma simili għal dawk li jinsabu normalment f’żoni tat-tkabbir tad-dwieli li qegħdin ħafna iżjed lejn in-Nofsinhar.

(2)

Il-livell totali ta’ aċidità fl-għeneb matur maħsud fl-inħawi kkonċernati huwa baxx iżjed minn normal u inkompatibbli mal-produzzjoni u l-konservazzjoni sodisfaċenti ta’ l-inbid.

(3)

Għalhekk, l-Awstrija għandha titħalla tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B għall-ħsad fl-2007 skond il-kundizzjonijiet provduti fl-Anness V, Parti E, punti 2, 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbejjed,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness V, Parti E, punt 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Awstrija tista’ tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti mill-ħsad ta’ l-2007 fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli skond il-kundizzjonijiet provduti fil-Parti E, punti 2, 3 u 7 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


Top