EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0844

2007/844/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-sottotip H5N1, fit-tjur fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6702) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 332, 18.12.2007, p. 101–102 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/844/oj

18.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 332/101


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-sottotip H5N1, fit-tjur fil-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6702)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/844/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fuq ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 li għandha x'taqsam ma' ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien biex tiġi evitata l-firxa ta' dik il-marda, inkluż l-istabbiliment ta' Żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata ta' dik il-marda.

(2)

Il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' l-influwenza avjarja ferm patoġenika tas-sottotip H5N1 f'azjenda domestika fit-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa kif previsti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż l-istabbiliment taż-Żoni A u B kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post innifsu tat-tifqigħa. Għalhekk iż-Żoni A u B fil-Ġermanja jistgħu jiġu kkonfermati u jista' jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjuno kkorreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/816/KE (ĠU Nru. L 326, 12.12.2007, p. 32).


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej jiżdied ma' Parti A:

“ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sa l-Artikolu applikabbli 4(4)(b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

DE

ĠERMANJA

 

Iż-żona ta' 10km stabbilita madwar it-tifqigħa fil-komun ta' Großwoltersdorf li tinkludi l-komuni kollha jew partijiet minn:

 

Landkreis Oberhavel: Fürstenberg/Havel, Gransee, Großwoltersdorf, Sonnenberg, Stechlin

 

Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Lindow (Mark), Rheinsberg

 

Landkreis Mecklenburg-Strelitz: Priepert, Wesenberg

15.1.2008”

2.

It-test li ġej jiżdied ma' Parti B:

“ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sa l-Artikolu applikabbli 4(4)(b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

DE

ĠERMANJA

 

Il-komuni ta':

 

Landkreis Oberhavel: Fürstenberg/Havel, Gransee, Großwoltersdorf, Schönermark, Sonnenberg, Stechlin, Zehdenick

 

Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Lindow (Mark), Rheinsberg

 

Landkreis Uckermark: Lychen, Templin

 

Landkreis Mecklenburg-Strelitz: Godendorf, Priepert, Wesenberg, Wokuhl-Dabenow, Wustrow

15.1.2008”


Top