EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1352

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 tas- 16 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

OJ L 303, 21.11.2007, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1352/oj

21.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 303/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1352/2007

tas-16 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti kien aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 702/2007 biex ikunu kkunsidrati l-konklużjonijiet ta’ esperti tal-kimika. L-aġġustamenti introdotti fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jikkonsistu partikolarment fid-determinazzjoni tal-perċentwali ta’ 2-gliċeril monopalmitat li huwa aktar preċiż fl-iskoperta ta’ żjut esterifikati, u t-tnaqqis tal-valur tal-limitu ta’ stigmastadina fiż-żjut taż-żebbuġa verġni li jippermetti li tintlaħaq separazzjoni aħjar taż-żjut taż-żebbuġa verġini u raffinati.

(2)

Għaldaqstant, in-Nota addizzjonali 2 għall-Kapitlu 15 tan-Nomenklatura Magħquda dwar iż-żjut taż-żebbuġa għandha tkun aġġustata wkoll.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(4)

L-emenda magħmula lir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 fl-2007 għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Għall-konsistenza, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artiklu 1

Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif jidher fl-Anness.

Artiklu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummisssjoni (KE) Nru 1214/2007 (ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 702/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 11).


ANNESS

F’Kapitlu 15 ta’ Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota addizzjonali 2 hija emendata kif ġej:

(1)

Nota addizzjonali 2.B.1. hija emendata kif ġej:

(a)

Punt (a) jitbiddel b'dan li ġej:

“(a)

wieħed mill-kontenuti ta’ xema’ li ġejjin:

(i)

kontenut ta’ xema’ ta’ mhux aktar minn 300 mg/kg jew

(ii)

kontenut ta’ xema’ ta’ aktar minn 300 mg/kg imma mhux aktar minn 350 mg/kg sakemm

il-kontenut totali ta’ alkoħol alifatiku huwa anqas minn jew daqs 350 mg/kg jew

il-kontenut ta’ eritrodjol u uvaol huwa inqas minn jew daqs 3,5 %”

(b)

Il-punt (ċ) jinbidel b’dan li ġej:

“(ċ)

wieħed minn dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(i)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 0,9 % jekk l-aċtu palmitiku ma jaqbiżx l-14 % tal-kontenut totali ta’ aċti ta’ xaħam;

(ii)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 1,1 % jekk l-aċtu palmitiku jaqbeż l-14 % tal-kontenut totali ta’ aċti ta’ xaħam.”

(2)

Nota addizzjonali 2.B.2. hija emendata kif ġej:

(a)

Punt (ij) jinbidel b'dan li ġej:

“(ij)

wieħed minn dawn iż-żewġ karatteristċi li ġejjin:

(i)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 0,9 % jekk l-aċtu palmitiku ma jaqbiżx l-14 % tal-kontenut totali ta’ aċti ta’ xaħam;

(ii)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 1,0 % jekk l-aċtu palmitiku jaqbeż l-14 % tal-kontenut totali ta’ aċti ta’ xaħam”;

(b)

Punt (l) jinbidel b'dan li ġej:

“(l)

kontenut ta’ stigmastadini mhux aktar minn 0,10 mg/kg;”

(3)

F’nota addizzjonali 2.Ċ. punt (f) jinbidel b'li ġej:

“(f)

wieħed minn dawn iż-żewġ karatteristċi li ġejjin:

(i)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 0,9 % jekk l-aċtu palmitiku ma jaqbiżx l-14 % tal-kontenut totali ta’ aċti ta’ xaħam;

(ii)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 1,0 % jekk l-aċtu palmitiku jaqbeż l-14 % tal-kontenut totali ta’ aċti ta’ xaħam.”

(4)

F’nota addizzjonali 2.D. punti (a) – (d) jinbidlu bil-punti (a) – (e) li ġejjin:

“(a)

wieħed mill-kontenuti ta’ xema’ li ġejjin:

(i)

kontenut tax-xema’ ogħla minn 350 mg/kg jew

(ii)

kontenut ta’ xema’ ta’ ogħla minn 300 mg/kg iżda mhux ogħla minn 350 mg/kg sakemm

il-kontenut totali ta’ alkoħol alifatiku huwa aktar minn 350 mg/kg u

il-kontenut ta’ eritrodjol u uvaol huwa akbar minn 3,5 %.

(b)

kontenut ta’ eritrodjol u uvaol ogħla minn 4,5 %;

(ċ)

kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 1,4 %;

(d)

l-għadd ta’ isomeri transoleiċi mhux ogħla minn 0,20 % u l-għadd ta’ transoleiċi + isomeri translinolenici mhux ogħla minn 0,10 %;

(e)

differenza bejn l-HPLC u l-kontenut teoretiku ta’ trigliċeridi b’ECN42 ta’ 0,6 jew inqas.”

(5)

F’nota addizzjonali 2.E. it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Żjut f’dan is-subtitlu irid ikollhom kontenut ta’ 2-gliċeril monopalmitat mhux ogħla minn 1,4 %, għadd ta’ isomeri translinoleiċi anqas minn 0,4 %, għadd ta’ isomeri translinoleiċi + translinoleniċi ta’ anqas minn 0,35 % u b’differenza bejn l-HPLC u kontenut teoretiku ta’ trigliċeridi b’ECN42 ta’ mhux ogħla minn 0,5.”


Top