EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1220

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1220/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jimmodifika l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1110/2007

OJ L 275, 19.10.2007, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1220/oj

19.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1220/2007

tat-18 ta’ Ottubru 2007

li jimmodifika l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1110/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u b’mod partikolari l-artikolu 27(2) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f’dak li jikkonċerna kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa mill-1 ta' Ottubru 2007 'l quddiem ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2007 (3).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1110/2007, huma mmodifikati u jingħataw fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  U L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mid-19 ta’ Ottubru 2007

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Id-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

1703 10 00  (2)

8,38

0

1703 90 00  (2)

10,29

0


(1)  Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jieħu post ir-rata tad-dazju doganali komuni stabbilita għal dawn il-prodotti.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


Top