EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0057

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/57/KE tas- 17 ta’ Settembru 2007 li temenda ċertu Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad- dithiocarbamates Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 243, 18.9.2007, p. 61–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/57/oj

18.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 243/61


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/57/KE

tas-17 ta’ Settembru 2007

li temenda ċertu Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-dithiocarbamates

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta.

(2)

L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu taħt reviżjoni u jinbidlu sabiex titqies l-informazzjoni ġdida, inklużi użi ġodda jew mibdula. L-informazzjoni dwar użi ġodda jew mibdula ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni, li b’hekk għandha twassal għal tibdil fil-livelli tar-residwi tal-maneb, mancozeb, metiram, propineb u thiram.

(3)

Is-sostanza attiva, ziram, ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (5) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/81/KE (6). L-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ l-informazzjoni mressqa dwar l-użu propost. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu ffissati ċerti MRLs.

(4)

Jeżitu diġà MRLs Komunitarji fid-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għall-maneb, mancozeb, metiram, propineb u thiram. Dawk il-livelli ttieħdu in konsiderazzjoni meta ġew adattati l-MRLs kkonċernati minn din id-Direttiva. Partikolarment, peress li waqt monitoraġġ ta’ rutina ir-residwi tal-maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram ma jistgħux jiġu identifikati individwalment, l-MRLs huma ffissati għall-grupp kollu ta’ dawk il-pestiċidi li huma magħrufin ukoll bħala d-dithiocarbamates. Madanakollu għall-propineb, thiram u ziram jeżistu methodi singoli, minkejja li mhux fuq bażi ta’ rutina. Dawk il-metodi għandhom jintużaw fuq bażi ta’ każ każ, meta kwantifikazzjoni speċifika tal-propineb, ziram u/jew thiram tkun meħtieġa.

(5)

Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfd) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanza attiva kkonċernata ġiet assessjata u vvalutata bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (7) u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (8) dwar il-metodoloġija użata. Ġie konkluż li l-MRLs proposti mhux ser iwasslu biex dawk l-ADI jew ARfD jkunu misbuqa.

(6)

Fejn l-użu awtorizzat ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultax f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn l-użu li jkun ġie awtorizzat mill-Istati Membri ma jkunx ġie sostnut bid-data meħtieġa, jew fejn l-użu f'pajjiżi terzi li jirriżulta f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunx ġie sostnut bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx tad-determinazzjoni analitika.

(7)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jista' jkun hemm sorveljanza xierqa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u jipproteġu lill-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta’ dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jitfasslu għall-ewwel darba.

(8)

Id-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, l-entrata dwar it-thiram hija mħassra.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Marzu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu fi qbil ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Marzu 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9).

(2)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).

(3)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25).

(5)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(6)  ĠU L 224, 6.9.2003, p. 29.

(7)  Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(8)  L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-emendar ta’ l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Parir espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, ta’ l-14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).


ANNESS I

Fil-parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE, il-linji “għall-Maneb, mancozeb, metiram, propineb, zineb (espressi bħala CS2)” huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Residwi tal-Pestiċida

Livelli massimi f’mg/kg

Dithiocarbamates, espressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram  (1), (2)

1 Qamħ, Segala, Triticale, Spelt (ma, mz)

2 Xgħir, Ħafur (ma, mz)

0,05 (*) Ċereali oħrajn

Propineb (espressi bħala propilendiammine) (3)

0,05 (*)

ĊEREALI

Thiram (espress bħala Thiram) (3)

0,1 (*)

ĊEREALI

Ziram (espress bħala Ziram) (3)

0,1 (*)

ĊEREALI


(1)  L-MRLs espressi bħala CS2 jistgħu jinħolqu minn Dithiocarbamates differenti u b’hekk dawn ma jirriflettux Prassi Agrikola Tajba (GAP) singola. Huwa għalhekk mhux xieraq li jintużaw dawn l-MRLs biex jiċċekkjaw il-konformità mal-GAP.

(2)  Fil-parentesi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb; mz: mancozeb; me: metiram; pr: propineb; t: thiram z: ziram).

(3)  Minħabba li d-Dithiocarbamates kollha jirriżultaw fir-residwu finali CS2, diskriminazzjoni bejniethom hija ġeneralment impossibbli. Madanakollu metodi ta’ residwu singolu huma disponibbli għall-propineb, ziram u thiram. Dawn il-metodi għandhom jiġu implimentati fuq bażi ta’ każ każ, meta kwantifikazzjoni speċifika tal-propineb, ziram u/jew thiram tkun meħtieġa.

(*)  Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.”


ANNESS II

Fil-Parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE, il-linji “għall-Maneb, mancozeb, metiram, propineb, zineb (espressi bħala CS2)” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Livelli massimi f’mg/kg

Residwi ta' pestiċidi

tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 00 00 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 00 , 0210 , 1601 00 u 1602

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri. 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406

ta’ bajd frisk bla qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 00 u 0408

Dithiocarbamates, espressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)


(*)  tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.”


ANNESS III

Fil-parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linja “għall-Maneb, mancozeb, metiram, propineb, zineb (espressi bħala CS2)” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMRs

Dithiocarbamates, espressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram  (1), (2)

Propineb (espressi bħala propilendiammine) (3)

Thiram (espress bħala thiram) (3)

Ziram (espress bħala ziram) (3)

1.   

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

5 (mz)

0,05  (*)

0,1  (*)

0,1  (*)

Grejpfruut

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

 

0,05  (*)

0,1  (*)

0,1  (*)

Lewż

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-anakardju

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-Indi’

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

Ġewż

0,1 (mz)

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

5 (ma, mz, me, pr, t, z)

0,3

 

 

Tuffieħ

 

 

5

0,1  (*)

Lanġas

 

 

5

1

Sfarġel

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,1  (*)

0,1  (*)

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

 

 

Berquq

2 (mz, t)

 

3

 

Ċirasa

2 (mz, me, pr, t, z)

0,3

3

5

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

2 (mz, t)

 

3

 

Għanbaqar

2 (mz, me, t, z)

 

2

2

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0,1  (*)

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

 

0,1  (*)

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

5 (ma, mz, me, pr, t)

 

 

 

Għeneb tal-mejda

 

1

0,1  (*)

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

1

3

 

(b)

Frawli (għajr dak selvaġġ)

10 (t)

0,05  (*)

10

 

(ċ)

Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ)

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

 

Tut

 

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

Lampun

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(d)

Frott żgħir u berries (għajr dawk selvaġġi)

 

0,05  (*)

0,1  (*)

 

Bilberries

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

5 (mz)

 

 

 

Gooseberries

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(e)

Frott u berries salvaġġi

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

 

(vi)

DIVERSI

 

 

0,1  (*)

0,1  (*)

Avokado

 

 

 

 

Banana

2 (mz, me)

 

 

 

Tamal

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

Mango

2 (mz)

 

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

5 (mz, pr)

0,3

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

5 (mz, pr)

0,3

 

 

Papaja

7 (mz)

 

 

 

Passion fruit

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

 

 

 

0,1  (*)

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

 

0,1  (*)

 

Pitrava zokkrija

0,5 (mz)

 

 

 

Zunnarija

0,2 (mz)

 

 

 

Cassava

 

 

 

 

Krafes

0,3 (ma, me, pr, t)

0,3

 

 

Fiġel

0,2 (mz)

 

 

 

Qaqoċċ ta' Ġerusalemm

 

 

 

 

Zunnarija bajda

0,2 (mz)

 

 

 

Għeruq tat-tursin

0,2 (mz)

 

 

 

Ravanell

 

 

 

 

Sassefrika

0,2 (mz)

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

 

 

Yam

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

 

0,05  (*)

0,1  (*)

 

Tewm

0,1 (mz)

 

 

 

Basal

1 (ma, mz)

 

 

 

Shallots

1 (ma, mz)

 

 

 

Spring onions

1 (mz)

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

0,1  (*)

 

(a)

Solanacea

 

 

 

 

Tadam

3 (mz, me, pr)

2

 

 

Bżar

5 (mz, pr)

1

 

 

Brunġiel

3 (mz, me)

 

 

 

Okra

0,5 (mz)

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

(b)

Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel

2 (mz, pr)

 

 

 

Ħjar

 

2

 

 

Gherkins

 

 

 

 

Qarabali

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,05  (*)

 

 

(ċ)

Kukurbiti bil-qoxra li ma tittikilx

1 (mz, pr)

 

 

 

Bettieħ

 

1

 

 

Squashes

 

 

 

 

Dulliegħ

 

1

 

 

Oħrajn

 

0,05  (*)

 

 

(d)

Qamħirrum

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

 

0,05  (*)

0,1  (*)

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

1 (mz)

 

 

 

Brokkli (inkluża l-Calabrese)

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(b)

Brassica tar-ras

 

 

 

 

Brussels sprouts

2 (mz)

 

 

 

Kaboċċa tar-ras

3 (mz)

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(ċ)

Brassica mwerrqa

0,5 (mz)

 

 

 

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(d)

Qarabali

1 (mz)

 

 

 

(v)

ĦXEJJEX IMWERRQA U ĦAXIX AROMATIKU FRISK

 

0,05  (*)

 

 

(a)

Ħass u simili

5 (mz, me, t)

 

 

 

Krexxuni

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

Ħass

 

 

2

 

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa)

 

 

2

 

Insalata

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,1  (*)

 

(b)

Spinaċi u simili

0,05  (*)

 

0,1  (*)

 

Spinaċi

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi (chard)

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(ċ)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,3 (mz)

 

0,1  (*)

 

(d)

Witloof

0,5 (mz)

 

0,1  (*)

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

5 (mz, me)

 

0,1  (*)

 

Maxxita

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

0,05  (*)

0,1  (*)

 

Fażola (bl-imżiewed)

1 (mz)

 

 

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

0,1 (mz)

 

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

1 (ma, mz)

 

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

0,1 (mz)

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

0,05  (*)

0,1  (*)

 

Asparagu

0,5 (mz)

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

Karfus

 

 

 

 

Bużbież

 

 

 

 

Qaqoċċ

 

 

 

 

Kurrat

3 (ma, mz)

 

 

 

Rabarbru

0,5 (mz)

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(viii)

FUNGI

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

 

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

 

0,05  (*)

0,1  (*)

0,1  (*)

Fażola

0,1 (mz)

 

 

 

Għads

 

 

 

 

Piżelli

0,1 (mz)

 

 

 

Lupini

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

4.

Żjut ta’ żrieragħ

 

0,1  (*)

0,1  (*)

0,1  (*)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

0,5 (ma, mz)

 

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qara' ħamra

 

 

 

 

Oħrajn

0,1  (*)

 

 

 

5.

Patata

0,3 (ma, mz, me, pr)

0,2

0,1  (*)

0,1  (*)

Patata bikrija

 

 

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

 

 

6.

Te (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

0,1  (*)

0,1  (*)

0,2  (*)

0,2  (*)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat

25 (pr)

50

0,2  (*)

0,2  (*)


(1)  L-MRLs espressi bħala CS2 jistgħu jinħolqu minn Dithiocarbamates differenti u b’hekk dawn ma jirriflettux Prassi Agrikola Tajba (GAP) waħda. Huwa għalhekk mhux xieraq li jintużaw dawn l-MRLs biex jiċċekkjaw il-konformità mal-GAP.

(2)  Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb; mz: mancozeb; me: metiram; pr: propineb; t: thiram z: ziram).

(3)  Minħabba li d-Dithiocarbamates kollha jirriżultaw fir-residwu finali CS2, diskriminazzjoni bejniethom hija ġeneralment impossibbli. Madanakollu metodi ta’ residwu singolu huma disponibbli għall-propineb, ziram u thiram. Dawn il-metodi għandhom jiġu implimentati fuq bażi każ każ, meta kwantifikazzjoni speċifika tal-propineb, ziram u/jew thiram tkun meħtieġa.

(*)  Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.”


Top