EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1064

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2007 tas- 17 ta’ Settembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta' Avilamycin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 243, 18.9.2007, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1064/oj

18.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 243/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1064/2007

tas-17 ta’ Settembru 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta' Avilamycin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-animali li jagħtuna l-ikel għandhom ikunu vvalutati skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Applikazzjoni sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residwi għall-Avilamycin, antibijotiku li jifforma parti mill-grupp ta' orthosomycins, intbagħtet lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, din is-sustanza għandha tiżdied fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċi tal-ħnieżer (il-muskolu, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kilwa), il-fniek (il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied u l-kilwa) u t-tjur (il-muskolu, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kilwa) sakemm, għal dawn ta’ l-aħħar, is-sustanza Avilamycin ma tintużax fi speċi tat-tjur li l-bajd tagħhom huwa prodott għall-konsum uman.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Għandu jiġi permess perjodu adegwat qabel ma dan ir-Regolament ikun applikabbli sabiex l-Istati Membri jingħataw iż-żmien li jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jista' jkun meħtieġ fid-dawl ta' dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjonijiet li jqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li nħarġu skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2), sabiex iqisu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-18 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 703/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 28).

(2)  ĠU L 311, 28. 11. 2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).


ANNESS

A. Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness I (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew iffissati l-limiti massimi ta' residwu)

1.   Aġenti kontra l-infezzjoni

1.2.   Antibijotiċi

1.2.15.   Orthosomycins

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva/attivi

Limitu tar-residwu

L-ispeċi ta' l-annimal

MRLs

Tessuti fil-mira

Avilamycin

Aċidu Dichloroisoeverninic

Ħnieżer

50 μg/kg

Muskolu

100 μg/kg

Xaħam (1)

300 μg/kg

Fwied

200 μg/kg

Kilwa

Fenek

50 μg/kg

Muskolu

100 μg/kg

Xaħam

300 μg/kg

Fwied

200 μg/kg

Kilwa

Tjur (2)

50 μg/kg

Muskolu

100 μg/kg

Xaħam (3)

300 μg/kg

Fwied

200 μg/kg

Kilwa


(1)  Għall-ispeċi tal-ħnieżer u tat-tjur, din l-MRL għandha x’taqsam mal-ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali.

(2)  Mhux għall-użu f'annimali li l-bajd tagħhom huwa prodott għall-konsum uman.

(3)  Għall-ispeċi tal-ħnieżer u tat-tjur, din l-MRL għandha x’taqsam mal-ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali.


Top