EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0958
Regulation (EC) No 958/2007 of the European Central Bank of 27 July 2007 concerning statistics on the assets and liabilities of investment funds (ECB/2007/8)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 958/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 958/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8)
OJ L 211, 11.8.2007, p. 8–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 007 P. 139 - 161
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1073
11.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 211/8 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (KE) Nru 958/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar statistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment
(BĊE/2007/8)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi fl-Artikolu 2(1) li, għas-sodisfazzjon ta’ l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor informazzjoni statistika fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni li tirraporta ta’ referenza u ta’ dak li jinħtieġ biex jitwettqu l-ħidmiet tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Jingħad mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-fondi ta’ l-investiment (IFs) jagħmlu parti mill-popolazzjoni li tirraporta ta’ referenza għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam ta’ l-istatistika monetarja u bankarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ lill-BĊE biex jispeċifika l-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni li tirraporta ta’ referenza u jintitolah biex jeżenta bis-sħiħ jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti ta’ rappurtar mill-obbligi tiegħu ta’ rappurtar statistiku. |
(2) |
Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha u tissorvelja attivitajiet finanzjarji minbarra dawk imwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), is-SEBĊ teħtieġ informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja dwar in-negozju tal-IFs. L-iskop prinċipali ta’ din id-data hija li tipprovdi lill-BĊE bi stampa statistika komprensiva tas-settur tal-IF fl-Istati Membri parteċipanti, li jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. |
(3) |
Biex jiġi llimitat il-piż tar-rappurtar, il-BĊNi jistgħu jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-IFs mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta bħala parti minn qafas ta’ rappurtar statistiku aktar wiesa’ li jservi skopijiet statistiċi oħra, bil-kundizzjoni li t-twettiq ta’ l-obbligi statistiċi tal-BĊE mhuwiex ippreġudikat. Sabiex titkattar it-trasparenza, f’dawn il-każijiet jixraq li l-aġenti ta’ rappurtar jiġu infurmati li d-data tinġabar biex jitwettqu skopijiet oħra ta’ statistika oħra. |
(4) |
Li jkollok data disponibbli dwar tranżazzjonijiet finanzjarji tiffaċilita analiżi aktar fil-fond għal politika monetarja u skopijiet oħra. Data dwar tranżazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll data dwar stocks, hija użata wkoll biex tiġi kkumpilata statistika oħra, partikolarment il-kontijiet finanzjarji taż-żona ta’ l-euro. |
(5) |
Minkejja li r-regolamenti adottati skond l-Artikolu 34.1 ta’ l-Istatut ma jagħtu l-ebda drittijiet jew ma jimponu l-ebda obbligi fuq Stati Membri mhux parteċipanti, l-Artikolu 5 ta’ l-Istatut japplika għall-Istati Membri kollha, irrispettivament jekk ikunux adottaw l-euro jew le. Ir-recital 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jagħmilha ċara li l-Artikolu 5 ta’ l-Istatut, flimkien ma’ l-Artikolu 10 (ex Artikolu 5) tat-Trattat, jimplika obbligu biex jiġu ddisinjati w implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha li l-Istati Membri mhux parteċipanti jikkunsidraw xierqa biex jiġbru l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE u jippreparaw fil-ħin fil-qasam ta’ l-istatistika ħalli jsiru Stati Membri parteċipanti. |
(6) |
Minkejja li dan ir-Regolament huwa indirizzat primarjament lil IFs, informazzjoni kompluta dwar detenturi ta’ ishma bearer maħruġa minn IFs tista’ ma tkunx disponibbli direttament minn IFs, u għalhekk huwa meħtieġ biex jiġu inklużi entitajiet oħra fil-popolazzjoni li tirrapporta. |
(7) |
Ir-reġim tas-sanzjonijiet tal-BĊE stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 se japplika għall-IFs. |
(8) |
Sa mhux aktar tard mill-2012, il-Kunsill Governattiv se jivvaluta jekk għandhomx ikunu biss l-Istati Membri li s-settur tagħhom tal-fondi ta’ l-investiment, f’termini ta’ attiv totali, jammonta għal anqas minn sehem minimu ta’ l-attiv globali immaniġġjat fiż-żona ta’ l-euro, li jitħallew jużaw il-metodu ta’ rappurtar aggregat stabbilit f’dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
— |
“IF” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:
Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni ta’ IF:
Dawn li ġejjin mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ IF:
Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ IF, “pubbliku” għandha tinkludi investituri ġenerali (retail), professjonali u istituzzjonali; |
— |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro; |
— |
“Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m’adottax l-euro; |
— |
“aġent ta’ rappurtar” tfisser aġent ta’ rappurtar fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
— |
“residenti” tfisser residenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u fin-nuqqas ta’ kull dimensjoni fiżika sinifikanti għal entità legali, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skond il-liġijiet tiegħu l-entità hija inkorporata. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa ta’ l-entita'; |
— |
“MFI” tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja fit-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ Parti 1 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 BĊE/2001/13; |
— |
“OFI” tfisser intermedjarji finanzjarji oħra ħlief korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(a) u ta’ l-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
— |
“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN ta’ l-Istat Membru parteċipanti li fih jirrisjedi l-IF rispettiv. |
Artikolu 2
Popolazzjoni attwali li tirrapporta
1. Il-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar għandha tikkonsisti fil-IFs residenti fit-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti. Jekk il-IF innifsu jew, fil-każ tal-IFs li m’għandhomx personalita’ legali skond il-liġi nazzjonali tagħhom, il-persuni intitolati jirrappreżentawhom legalment, għandhom ikunu responsabbli biex jirrappurtaw l-informazzjoni statistika meħtieġa skond dan ir-Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar id-detenturi ta’ ishma bearer maħruġa mill-IFs (il-paragrafi 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I), il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tinkludi l-MFIs u dawk l-OFIs li mhumiex IFs. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil dawn l-entitajiet bil-kundizzjoni li l-informazzjoni statistika meħtieġa tinġabar minn sorsi oħra disponibbli skond il-paragrafu 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjon ta’ din il-kundizzjoni fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk jinħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi qbil mal-BĊE. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabbilixxu u jżommu lista ta’ OFIs li jirrappurtaw li mhumiex IFs, skond il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I.
Artikolu 3
Derogi
1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar IFs f’termini ta’ attiv totali, sakemm il-IFs li jikkontribwixxu għall-kont trimestrali aggregat tal-karta tal-bilanċ, ta’ lanqas 95 % tat-total ta’ l-attiv tal-IFs f’termini ta’ stocks, f’kull Stat Membru parteċipanti. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjon ta’ din il-kundizzjoni fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk jinħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena kalendarja. Il-IFs, li għalihom japplikaw dawn id-derogi, għandhom jirrappurtaw biss, kull trimestru: data dwar l-istock ta’ tmiem it-trimestru dwar ishma/units ta’ IF maħruġa; u l-aġġustamenti korrispondenti tar-rivalutazzjoni trimestrali jew tranżazzjonijiet, jekk japplika.
2. Id-derogi jistgħu jingħataw lil IFs li huma suġġetti għal regoli ta’ kontabilità nazzjonali li jippermettu li l-valutazzjoni ta’ l-attiv tagħhom issir anqas frekwenti milli kull trimestru. Il-kategoriji ta’ IF, li lilhom il-BĊNi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. Il-IFs, li għalihom dawn id-derogi japplikaw, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament fi frekwenza konsistenti ma’ l-obbligi tagħhom tal-kontabilità fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni ta’ l-attiv tagħhom.
3. Il-IFs jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mid-derogi u li minflok jissodisfaw l-obbligi kollha ta’ rappurtar speċifikati fl-Artikolu 6. Jekk IF jagħmel din l-għażla, dan għandu jakkwista l-kunsens tal-BĊN relevanti qabel ma jagħmel xi tibdiliet fl-użu tiegħu ta’ dawn id-derogi.
Artikolu 4
Lista ta’ IFs għal finijiet ta’ statistika
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ IFs suġġetti għal dan ir-Regolament, inklużi, fejn japplikaw, is-subfondi tagħhom, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(2). Il-lista tista’ tiġi bbażata fuq listi eżistenti ta’ IFs irregolati minn awtoritajiet nazzjonali, meta dawn il-listi huma disponibbli, issupplimentati minn IFs oħra li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ IFs fl-Artikolu 1.
2. Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu l-lista ta’ IFs għal finijiet ta’ statistika, u l-aġġornamenti tagħha, aċċessibli għall-IFs rispettivi b’mod xieraq, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz ta’ l-Internet jew, fuq it-talba ta’ l-aġenti tar-rappurtar rispettivi, stampata fuq il-karta.
3. Il-lista ta’ IFs għal finijiet statistiċi għandha tkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni. Madankollu, fil-każ li l-verżjoni elettronika aċċessibbli l-aħħar tal-lista msemmija fil-paragrafu 2 tkun skorretta, il-BĊE m’għandux jimponi sanzjonijiet fuq kull entità li ma tkunx issodisfat kif suppost l-obbligi ta’ rappurtar tiegħu, sakemm dik l-entità tkun qagħdet fuq il-lista skorretta b’bonafidi.
Artikolu 5
Rappurtar fond b’fond
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta data dwar l-attiv u l-passiv tagħha fond b’fond.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, jekk xi IF jissepara l-attiv tiegħu f’subfondi differenti b’mod li l-ishma/units dwar kull subfond huma sostnuti indipendentament minn attiv differenti, kull subfond għandu jkun ikkunsidrat bħala IF individwali.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel u skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-IFs jistgħu jirrappurtaw l-attiv u l-passiv tagħhom bħala grupp, bil-kundizzjoni li dan iwassal għal riżultati li huma simili għal rappurtar fond b’fond.
Artikolu 6
Obbligi ta’ rappurtar statistiku trimestrali u ta’ kull xahar
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi, skond l-Anness I:
(a) |
kull tliet xhur, data dwar l-istock ta’ tmiem it-trimestru dwar l-attiv u l-passiv ta’ IFs, u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali jew tranżazzjonijiet, fejn japplika; u |
(b) |
kull xahar, data dwar l-istock ta’ tmiem ix-xahar dwar ishma/units ta’ IF maħruġa, u l-aġġustamenti korrispondenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar jew tranżazzjonijiet, jekk japplika. |
2. Suġġett għall-approvazzjoni minn qabel u skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta informazzjoni statistika fuq il-bażi ta’ wieħed miż-żewġ metodi ta’ rappurtar speċifikati fl-Anness I, b’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II.
3. Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jiġbru d-data fil-paragrafu 1(a) kull xahar minflok kull tliet xhur.
Artikolu 7
Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet, skond l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, għall-informazzjoni aggregata rrappurtata skond il-metodu mħallat jew aggregat speċifikat fl-Anness I.
2. Skond il-metodu mħallat speċifikat fl-Anness I, il-BĊNi jistgħu jew jiddeduċu approssimazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet f’titoli mill-informazzjoni titolu b’titolu (t-b-t) jew jiġbru direttament tranżazzjonijiet titolu b’titolu.
3. Obbligi u linji ta’ gwida oħra dwar il-kumpilazzjoni ta’ aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet huma stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 8
Regoli ta’ kontabilità
1. Ir-regoli tal-kontabilità segwiti mill-IFs għall-finijiet tar-rappurtar skond dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta lid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3), jew, jekk id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel ma tapplikax, f’kull standards oħra nazzjonali jew internazzjonali li japplikaw għall-IFs.
2. Bla ħsara għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti tan-netting li jiddominaw fl-Istati Membri parteċipanti, għall-finijiet statistiċi l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jkun irrappurtat gross.
Artikolu 9
Puntwalità
1. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta huma għandhom bżonn li jirċievu data mill-aġenti ta’ rappurtar skond l-Artikolu 6 sabiex jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 2.
2. Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE:
(a) |
stocks trimestrali aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sa l-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-data, ibbażati fuq id-data trimestrali miġbura minn IFs; u |
(b) |
stocks ta’ kull xahar aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sa l-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-data, ibbażati fuq id-data ta’ kull xahar dwar ishma/units ta’ IF maħruġa, miġbura minn Ifs, jew ibbażati fuq data attwali skond l-Artikolu 6(3). |
Artikolu 10
Standards minimi u arranġamenti nazzjonali ta’ rappurtar
1. L-informazzjoni statistika meħtieġa għandha tiġi rrappurtata mill-IF lill-BĊN relevanti skond l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta skond il-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta’ rappurtar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu l-iċċekkjar preċiż tal-konformità ma’ l-istandards minimi għat-transmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 11
Għaqdiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet
Fil-każ ta’ għaqda, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista’ taffettwa s-sodisfazzjon ta’ l-obbligi statistiċi tiegħu, l-aġent ta’ rappurtar involut għandu jinforma lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex jimplimenta dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fil-ħin qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex iwettaq l-obbligi ta’ rappurtar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw d-drittijiet li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju l-informazzjoni li l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu skond dan ir-Regolament, bla ħsara għad-dritt tal-BĊE biex jeżerċita dawn id-drittijiet innifsu. Dawn id-drittijiet għandhom, b’mod partikolari, jiġu eżerċitati mill-BĊNi meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta ma tissodisfax l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 13
L-ewwel rappurtar
L-ewwel rappurtar għandu jibda b’data ta’ kull xahar u trimestrali għal Diċembru 2008.
Artikolu 14
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1.
(3) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
ANNESS I
OBBLIGI TA’ RAPPURTAR STATISTIKU
PARTI 1
Metodu ta’ rappurtar
1. |
Il-BĊE għandu jipproduċi, fuq bażi regolari, l-ammont aggregat ta’ attiv u passiv għall-IFs mill-Istati Membri parteċipanti kollha, meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed, f’termini ta’ stocks u tranżazzjonijiet. |
2. |
Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi l-informazzjoni statistika skond wieħed miż-żewġ metodi ta’ rappurtar li ġejjin:
|
3. |
L-informazzjoni li għandha tingħata lill-BĊN t-b-t skond il-metodu mħallat hija speċifikata fit-Tabella 2. L-obbligi ta’ rappurtar aggregat trimestrali għal stocks huma speċifikati fit-Tabella 1 u dawk għar-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 3. L-obbligi ta’ rappurtar aggregat ta’ kull xahar għal stocks u rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 4. |
PARTI 2
Residenza u settur ekonomiku tad-detenturi ta’ ishma/units ta’ IF
1. |
L-aġenti ta’ rappurtar jirrappurtaw, kull trimestru, data dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/units ta’ IF maħruġa minn IFs ta’ l-Istati Membri parteċipanti skond il-klassifikazzjoni ta’ l-Istati Membri domestiċi/Stati Membri oħra parteċipanti/il-bqija tad-dinja. Il-kontropartijiet domestiċi u ta’ Stati Membri oħra parteċipanti huma kklassifikati aktar fid-dettal skond is-settur. |
2. |
Fir-rigward ta’ ishma/units irreġistrati, il-IFs li joħorġuhom, jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment, jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ l-ishma/units tagħhom maħruġa. Jekk xi IF li joħroġ ma jkunx direttament f’pożizzjoni biex jidentifika r-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta d-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli. |
3. |
Fir-rigward ta’ ishma/units bearer, l-aġenti ta’ rappurtar jirrappurtaw data dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi ta’ l-ishma/units ta’ IF skond il-metodu deċiż mill-BĊN relevanti. Dan l-obbligu huwa llimitat għal wieħed jew aktar “combination” mill-għażliet li ġejjin, biex jintgħażel/jintgħażlu wara li titqies l-organizzazzjoni tas-swieq relevanti u l-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru rispettiv. Dan l-obbligu se jkun sorveljat perijodikament mill-BĊN.
|
4. |
Jekk ishma/units rreġistrati jew bearer jinħarġu għall-ewwel darba, jew jekk l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu bidla ta’ l-għażla jew “combination” ta’ għażliet, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għal sena fir-rigward ta’ l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. |
PARTI 3
Tabelli ta’ rappurtar
Tabella 1
Stocks
Data li għandha tingħata kull trimestru
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
MFIs |
Mhux-MFls-Total |
|
MFIs |
Mhux-MFls-Total |
|
li tiegħu Stati Membri mhux parteċipanti |
li tiegħu l-Istati Uniti |
li tiegħu l-Ġappun |
||||||||||||||||||||||
|
Gvern Ġenerali |
Residenti oħra |
|
Gvern Ġenerali |
Residenti oħra |
||||||||||||||||||||||||||
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124) |
Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S. 125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) |
Households + instituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (S. 14 + S. 15) |
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124) |
Korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S. 125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11) |
Households + instituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (S. 14 + S. 15) |
||||||||||||||||||||||
ATTIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
li minnhom ishma kkwotati, esklużi ishma /units ta’ IF u MMF |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
li minnhom ishma/units ta’ IF u MMF A27 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
PASSIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
IFs li jsegwu l-metodu aggregat jirrappurtaw iċ-ċelel kolha, inklużi dawk suwed u griżi. IFs li jsegwu l-metodu “combined” jirrappurtaw: (i) iċ-ċelel is-suwed; (ii) l-informazzjoni mitluba fit-Tabella 2 għal dawk it-titoli li jinġabru t-b-t; u (iii) iċ-ċelel il griżi għal dawk it-titoli li ma jinġabrux t-b-t. |
Tabella 2
Informazzjoni meħtieġa titolu b’titolu
Meta jintuża l-metodu mħallat, għandha tiġi rrappurtata d-data għall-entrati fit-tabella hawn isfel għal kull titolu kklassifikat taħt il-kategoriji ta’ titoli “titoli minbarra ishma”, “ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra” u “ishma/units ta” fond ta’ investiment maħruġa skond ir-regoli li ġejjin.
(a) |
Id-data għall-entrata 1 għandha tiġi rrappurtata. |
(b) |
Fil-każ li l-BĊN relevanti ma jiġborx direttament informazzjoni t-b-t dwar tranżazzjonijiet, id-data għal tnejn mit-tliet entrati 2, 3 u 4 għandha tiġi rrappurtata (jiġifieri entrati 2 u 3; entrati 2 u 4; jew entrati 3 u 4). |
(ċ) |
Fil-każ li l-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni t-b-t jew tranżazzjonijiet, għandha tiġi rrappurtata wkoll id-data għall-entrati li ġejjin:
|
(d) |
Il-BĊN relevanti jista’ jitlob ukoll lill-aġenti ta’ rappurtar biex jirrappurtaw id-data għall-entrata 8. |
(e) |
Il-BĊN relevanti jista’ jagħżel li jiġbor biss data għall-entrata 2 fil-każijiet (b) u (ċ)(ii) hawn fuq. Jekk isir hekk, il-BĊN għandu jiċċekkja, u jinforma lill-BĊE, ta’ lanqas darba f’sena li l-kwalità tad-data aggregata rrappurtata mill-BĊN, inklużi l-frekwenza u d-daqs tar-reviżjonijiet, mhijiex affettwata. |
Entrata |
Titolu |
1 |
Kodiċi għall-identifikazzjoni tat-titolu |
2 |
Numru ta’ units jew ammont nominali aggregat |
3 |
Prezz |
4 |
Ammont totali |
5 |
Tranżazzjonijiet |
6 |
Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv) |
7 |
Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv) |
8 |
Valuta tar-reġistrazzjoni tat-titolu |
Tabella 3
Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet
Data li għandha tingħata kull trimestru
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
MFIs |
Mhux MFIs – total |
|
MFIs |
Mhux MFIs – total |
|
Li tiegħu Stati Membri mhux parteċipanti |
Li tiegħu l-Istati Uniti |
Li tiegħu l-Ġappun |
||||||||||||||||||||||
|
Gvern Ġenerali |
Residenti oħra |
|
Gvern Ġenerali |
Residenti oħra |
||||||||||||||||||||||||||
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124) |
Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11) |
Households + istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15) |
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124) |
Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11) |
Households + istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15) |
||||||||||||||||||||||
ATTIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
sa sena |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
|
MINIMU |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
||||||||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
|
MINIMU |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
||||||||
aktar minn sentejn |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
|
MINIMU |
|
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
||||||||
|
|
MINIMU |
|
|
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
|
MINIMU |
|
|
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
||||||||
li minnhom ishma kkwotati, esklużi ishma /units ta’ IF u MMF |
|
MINIMU |
|
|
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
|
MINIMU |
|
|
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
||||||||
li minnhom ishma/units ta’ IF u MMF |
|
MINIMU |
MINIMU |
|
|
|
|
|
|
|
MINIMU |
MINIMU |
|
|
|
|
|
|
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
MINIMU |
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MINIMU (3) |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MINIMU (3) |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
PASSIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MINIMU |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MINIMU (3) |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
IFs li jsegwu l-metodu aggregat jirrappurtaw iċ- ċelel kollha mmarkati “MINIMU”. Il-BĊN jista’ jestendi dawn l-obbligi għaċ-ċelel suwed u griżi li ma jinkludux il-kelma “MINIMU”. IFs li jsegwu l-metodu “combined” jirrapurtaw: (i) iċ-ċelel is-suwed mmarkati “MINIMU”; (ii) iċ-ċelel il-griżi mmarkati “MINIMU” għal dawk it-titoli li ma jinġabrux t-b-t; u (iii) fil-każ li xi BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni t-b-t dwar tranżazzjonijiet, l-informazzjoni mitluba fit-Tabella 2 għal dawk it-titoli li jinġabru t-b-t. Il-BĊNi jistgħu jestendu dawn l-obbligi għal: (i) iċ-ċelel li ma jinkludux il-kelma “MINIMU”; u (ii) iċ-ċelel il-griżi li ma jinkludux il-kelma “MINIMU” għal dawk it-titoli li ma jinġabrux t-b-t. |
Tabella 4
Stocks, Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet
Data li għandha tingħata kull xahar
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
MFIs |
Mhux MFIs – total |
|
MFIs |
Mhux MFIs – total |
Total |
||||||||||||||||||||||
|
Gvern Ġenerali |
Residenti oħra |
|
Gvern Ġenerali |
Residenti oħra |
|||||||||||||||||||||||
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124) |
Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11) |
Households + istituzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15) |
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji (S. 123 + S. 124) |
Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (S. 125) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11) |
Households + istituzjonijiet mhux profittabbli li jservu households (s. 14 + S. 15) |
|||||||||||||||||||
PASSIV |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Jekk l-aġent ta' rappurtar mhuwiex f' pożizzjoni li jidentifika direttament ir-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta d-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli. Fil-każ ta' ishma bearer, l-informazzjoni tista' tinġabar minn MFls jew OFls, minbarra fondi ta'investiment (kif speċifikat fl-Artikolu 2(2) u l-paragrafu 3 f'Parti 2 ta' l-Anness l ma'dan ir-Regolament).
(2) ‘Jekk l-aġent ta’ rappurtar mhuwiex f’pożizzjoni li jidentifika direttament ir-residenza u s-settur tad-detentur, huwa jirrapporta d-data relevanti skond l-informazzjoni disponibbli. Fil-każ ta’ ishma bearer, l-informazzjoni tista’ tinġabar minn MFIs jew OFIs, minbarra fondi ta’ investiment (kif speċifikat fl-artikolu 2(2) u l-paragrafu 3 f’Parti 2 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament).
(3) Il-BĊNi jistgħu jeżentaw IFs milli jirrapurtaw din il-partita, jekk l-istocks trimestrali mniżżla fit-tabella 1 jirrapreżentaw anqas minn 5 % ta’ l-ishma/units ta’ IF maħruġa.
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET
Parti 1
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti
Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata standard tal-kategoriji ta’ strumenti, li l-BĊNi jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skond dan ir-Regolament (1). Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (l-ESA 95).
TABELLA A
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti ta’ l-attiv u l-passiv tal-IF
KATEGORIJI ta’ L-ATTIV
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
||||||||||||||
|
Għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ rappurtar, din tikkonsisti f’fondi msellfa minn IFs lil min jissellef, li mhumiex attestati b’dokumenti jew huma rrappreżentati minn dokument wieħed (anke jekk ikun sar negozzjabbli). Tinkludi attiv fil-forma ta’ depożiti:
Din il-partita tinkludi wkoll holdings ta’ karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni euro u ta’ valuta barranija li normalment jintużaw biex jaffettwaw ħlasijiet. |
||||||||||||||
|
Holdings ta’ titoli minbarra ishma jew parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra, li huma negozjabbli u normalment innegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtux lid-detentur l-ebda drittijiet ta’ proprjetà fuq l-istituzzjoni li toħroġhom. Din il-partita tinkludi:
Tinħtieġ klassifikazzjoni tal-maturità għal holdings ta’ titoli minbarra ishma. Dan ifisser maturità fil-ħin tal-ħruġ (maturità oriġinali), u tirreferi għall-perijodu fiss tat-tul taż-żmien ta’ strument finanzjarju li qabel ma igħaddi dan iż-żmien it-titolu ma jkunx jista’ jinfeda. |
||||||||||||||
|
Holdings ta’ titoli li jirrappreżentaw drittijiet ta’ proprjetà f’korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet. Dawn it-titoli ġeneralment jintitolaw id-detenturi sehem fil-profitti ta’ korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet, u sehem fil-kapital tagħhom (own funds) fil-każ ta’ stralċ. Din il-kategorija tkopri erba’ subkategoriji prinċipali:
|
||||||||||||||
|
Ishma bi prezzijiet ikkwotati fuq borża rikonoxxuta jew forma oħra ta’ suq sekondarju (l-ESA 95, il-paragrafi 5.90 sa 5.93). |
||||||||||||||
|
Din il-partita ta’ l-attiv tinkludi holdings ta’ ishma/units maħruġa minn IFs u MMFs inklużi fil-lista ta’ IFs u MFIs għal finijiet ta’ statistika. MMFs huma impriżi ta’ investiment kollettiv li l-ishma/units tagħhom huma, f’termini ta’ likwidita', sostituti mill-qrib għal depożiti, u li jinvestu primarjament fi strumenti tas-suq tal-flus u/jew f’ishma/units ta’ MMF u/jew fi strumenti ta’ debitu trasferibbli oħra b’maturità residwa li tammonta għal u li tinkludi sena, u/jew f’depożiti tal-bank, u/jew li jsegwu rata ta’ dħul li tqarreb ir-rati ta’ l-imgħax ta’ strumenti tas-suq tal-flus. MMFs huma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji. IFs huma ddefiniti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. |
||||||||||||||
|
Skond standards internazzjonali eżistenti ta’ statistika, strumenti ta’ derivattivi finanzjarji li għandhom valur tas-suq għandhom fil-prinċipju jkunu suġġetti li jitniżżlu fil-karta tal-bilanċ. Id-derivattivi jkollhom valur tas-suq meta jiġu nnegozjati fi swieq organizzati, jiġifieri boroż, jew f’ċirkustanzi li fihom ikunu jistgħu jiġu paċuti regolarment fi swieq over-the-counter (OTC). Skond din il-partita, għandhom ikunu rrappurtati d-derivattivi finanzjarji li ġejjin:
Id-derivattivi finanzjarji li huma suġġetti li jitniżżlu fil-karta tal-bilanċ għandhom jiddaħħlu skond il-valur tas-suq tagħhom, li huwa l-prezz tas-suq prevalenti jew ekwivalenti qrib (valur ġust (fair value)). Id-derivattivi għandhom jitniżżlu fil-karta tal-bilanċ gross. Kuntratti individwali ta’ derivattivi b’valuri tas-suq pożittivi u gross għandhom jitniżżlu fuq in-naħa ta’ l-attiv tal-karta tal-bilanċ, u l-kuntratti b’valuri tas-suq negattivi u gross fuq in-naħa tal-passiv. Rabtiet futuri gross li joħorġu minn kuntratti ta’ derivattivi m’għandhomx jiddaħħlu bħala partiti ta’ fuq il-karta tal-bilanċ (on-balance sheet). Id-derivattivi finanzjarji jistgħu jitniżżlu nett skond metodi differenti ta’ valutazzjoni. Fil-każ li jkunu disponibbli biss pożizzjonijiet netti, jew il-pożizzjonijiet ma jitniżżlux skond il-valur tas-suq imma b’valuri oħra, dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati minflok. |
||||||||||||||
|
Din il-partita tikkonsisti fi:
|
||||||||||||||
|
Din hija l-partita residwa fuq in-naħa ta’ l-attiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “attiv mhux inkluż xi mkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu wkoll taħt din il-partita klassifikazzjonijiet individwali ta’ li ġej:
|
KATEGORIJI TAL-PASSIV
Kategorija |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |
||||||||||||||
|
Ammonti dovuti lil kredituri minn IFs, minbarra dawk li jqumu mill-ħruġ ta’ titoli negozzjabbli. Din il-partita tikkonsisti f’:
|
||||||||||||||
|
Ishma jew units, inklużi fil-forma ta’ kapital ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji, maħruġa minn IFs li huma inklużi fil-lista ta’ IFs għal finijiet ta’ statistika. Din il-partita tirrappreżenta l-passiv (liability) totali lejn l-azzjonisti tal-IF. Jiġu inklużi wkoll fondi li ġejjin minn benefiċċji mhux iddistribwiti jew fondi mwarrba minn IFs li jirrappurtaw fl-antiċipazzjoni tagħhom għal ħlasijiet futuri w obbligi probabbli. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
||||||||||||||
|
Ara l-kategorija 4 |
||||||||||||||
|
Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “passiv mhux inkluż x’imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu wkoll taħt din il-partita klassifikazzjonijiet individwali ta’ li ġej:
|
Parti 2
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
TABELLA B
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
Entrata |
Deskrizzjoni |
Kodiċi għall- identifikazzjoni tat-titolu |
Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Jista’ jkun il-kodiċi ISIN jew kodiċi ieħor għall-identifikazzjoni ta’ titolu, suġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN. |
Numru ta’ units jew ammont nominali aggregat |
Numru ta’ units ta’ xi titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa negozjat f’ammonti aktar milli f’units. |
Prezz |
Prezz għal kull unit ta’ titolu, jew perċentwali ta’ l-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa negozjat f’ammonti aktar milli f’units. Il-prezz huwa normalment il-prezz tas-suq jew huwa qrib tal-prezz tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
Ammont totali |
Ammont totali għal titolu. Fil-każ ta’ titoli li huma nnegozjati f’units, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta’ titoli multiplikat bil-prezz għal kull unit. Meta t-titoli huma nnegozjati f’ammonti aktar milli f’units, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat multiplikat bil-prezz imfisser bħala perċentwali. L-ammont totali huwa, fil-prinċipju, daqs il-valur tas-suq jew huwa qrib tal-valur tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
Tranżazzjonijiet |
Is-somma tax-xiri imnaqqsa bil-bejgħ (titoli fuq in-naħa ta’ l-attiv) jew il-ħarġiet (issues) imnaqqsa billi tifdi (redemptions) (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valuri tat-tranżazzjoni. |
Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv) |
Is-somma tax-xiri (titoli fuq in-naħa ta’ l-attiv) jew ħarġiet (issues) (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valuri tat-tranżazzjoni. |
Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv) |
Is-somma tal-bejgħ (titoli fuq in-naħa ta’ l-attiv) jew billi tifdi (redemptions) (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valuri tat-tranżazzjoni. |
Valuta tar-reġistrazzjoni tat-titolu |
Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-valuta użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont dovut tat-titolu. |
Parti 3
Definizzjonijiet ta’ setturi
L-ESA 95 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-settur. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti huma identifikati skond is-settur tagħhom skond il-lista tal-IFs u l-MFIs għall-finijiet ta’ statistika, u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduta fil-Manwal tal-BĊE dwar is-settur ta’ l-istatistika monetarja, ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq, Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti.
TABELLA Ċ
Definizzjonijiet ta’ setturi
Settur |
Definizzjoni |
||
|
Banek ċentrali nazzjonali residenti, istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti kif iddefiniti fil-liġi tal-Komunita', u istituzzjonijiet finanzjarji residenti oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew jagħlqu sostituti għal depożiti minn entitajiet ħlief MFIs, u, għalihom innifishom (ta’ -anqas f’termini ekonomiċi), li jagħtu krediti u/jew li jinvestu f’titoli (Regolament (KE) Nru 2423/2001 BĊE/2001/13). |
||
|
Units residenti li prinċipalment huma ngaġġati fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għall-konsum individwali u dak kollettiv, u/jew fir-ridistribuzzjoni tad-dħul nazzjonali u l-ġid (l-ESA 95, il-paragrafi 2.68 sa 2.70). |
||
|
Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni) prinċipalment ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jeħlu passiv f’forom minbarra valuta, depożiti u/jew sostituti qrib ta’ depożiti, minn units istituzzjonali minbarra MFIs, jew riżervi tekniċi ta’ assigurazzjoni (l-ESA 95, il-paragrafi 2.53 sa 2.56). Inklużi wkoll huma l-awżillarji finanzjarji li jikkonsistu fil-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma prinċipalment ingaġġati f’attivitajiet finanzjarji awżillarji (l-ESA 95, il-paragrafi 2.57 sa 2.59). IFs kif iddefiniti f’dan ir-Regolament huma inklużi hawnhekk. |
||
|
Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji prinċipalment ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-pooling tar-riskji (l-ESA 95, il-paragrafi 2.60 sa 2.67). |
||
|
Korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet li mhumiex ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja imma prinċipalment fil-produzzjoni ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (l-ESA 95, il-paragrafi 2.21 sa 2.31). |
||
|
Individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom, u bħala produtturi ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u finanzjarji, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet tagħhom mhumiex dawk ta’ kważi-korporazzjonijiet. Jinkludu istituzzjonijiet mhux profittabbli li jservu households u li prinċipalment huma ngaġġati fil-produzzjoni ta’ oġġetti mhux tas-suq u servizzi maħsuba għal gruppi partikolari ta’ households (l-ESA 95, il-paragrafi 2.75 sa 2.88). |
(1) Jiġifieri dawn it-tabelli mhumiex listi ta’ strumenti finanzjarji individwali.
ANNESS III
AĠĠUSTAMENTI ta’ RIVALUTAZZJONI JEW TRANŻAZZJONIJIET
1. |
Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ li l-popolazzjoni attwali li tirrapporta, tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni, dawn ikopru jew rivalutazzjonijiet minħabba tibdil fil-prezz u fir-rata tal-kambju, jew tibdiliet biss fil-prezz fil-perijodu ta’ referenza, suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN relevanti. Fil-każ li l-aġġustament ta’ rivalutazzjoni jkopri biss rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz, il-BĊN relevanti jiġbor id-data meħtieġa, li għandha tkopri bħala minimu klassifikazzjoni tal-valuta f’liri sterlini, dollari Amerikani, jeni Ġappuniżi u franki Svizzeri, sabiex jiġu dedotti r-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fir-rata tal-kambju. |
2. |
“Tranżazzjonijiet finanzjarji” jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li jqumu mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fil-proprjetà ta’ attiv jew passiv finanzjarju. Dawn it-tranżazzjonijiet jitkejlu f’termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet ta’ l-istock f’dati ta’ rappurtar ta’ tmiem il-perijodu, li minnha jitneħħa l-effett tat-tibdiliet minħabba influwenzi mill-“aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni” (ikkawżati minn tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju) u mir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra”. Il-BĊE jeħtieġ informazzjoni statistika għall-iskop li jikkumpila tranżazzjonijiet fil-forma ta’ aġġustamenti li jkopru “riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra” u “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju”. Tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom fil-prinċipju jikkonformaw ma’ l-ESA 95, imma jistgħu jiddevjaw minħabba prattiċi nazzjonali. |
3. |
“Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” jirreferu għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ l-attiv u tal-passiv li jirriżulta jew minn tibdiliet fil-prezzijiet ta’ l-attiv jew il-passiv u/jew mir-rati tal-kambju li jaffettwaw il-valuri mfissra f’euro ta’ l-attiv u l-passiv iddenominat f’valuta barranija. L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz ta’ l-attiv/passiv jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ l-attiv/passiv li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz liema skond l-attiv/passiv huma rregistrati jew innegozjati. Ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu t-tibdiliet li jseħħu tul iż-żmien fil-valur ta’ l-istocks ta’ tmiem il-perijodu minħabba tibdiliet fil-valur ta’ referenza liema skond huma rreġistrati, jiġifieri qligħ/telf ta’ holding. Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jseħħ bejn id-dati ta’ rappurtar ta’ tmiem il-perijodu jwasslu għal aktar bidliet fil-valur ta’ l-attiv/passiv f’valuta barranija meta mfissra f’euro. Billi dawn it-tibdiliet jirrappreżentaw qligħ/telf ta’ holding u mhumiex minħabba tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti għandhom jitneħħew mid-data tat-tranżazzjonijiet. Fil-prinċipju, “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” jinkludu wkoll tibdiliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-attiv/passiv, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali diverġenti f’dan ir-rigward. |
ANNESS IV
STANDARDS MINIMI BIEX JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA
L-aġenti ta’ rappurtar għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE.
1. Standards minimi għat-trasmissjoni.
(a) |
Ir-rappurtar lill-BĊNi għandu jkun fil-ħin u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN relevanti; |
(b) |
rapporti statistiċi għandhom jieħdu l-forma u format tagħhom mill-obbligi ta’ rappurtar tekniku stabbiliti mill-BĊNi; |
(ċ) |
il-persuna(i) ta’ kuntatt fl-aġent ta’ rappurtar għandha/hom tkun ikunu identifikati; |
(d) |
għandhom jiġu segwiti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasmissjoni tad-data lill-BĊNi; u |
(e) |
fil-każ ta’ rappurtar titolu b’ titolu, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom, jekk il-BĊN rilevanti jitlob hekk, jipprovdu aktar informazzjoni (e.ż. isem ta’ min joħrog (issuer), data tal-ħruġ) meħtieġa biex jidentifikaw titoli li jkollhom il-kodiċi tagħhom għall-identifikazzjoni tat-titoli jew żbaljati jew mhumiex disponibbli pubblikament. |
2. Standards minimi għall-preċiżjoni
(a) |
L-informazzjoni statistika għandha tkun korretta:
|
(b) |
l-aġenti tar-rappurtar għandhom ikunu kapaċi jipprovdu l-informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-data mogħtija; |
(ċ) |
l-informazzjoni statistika għandha tkun kompluta: lakuni eżistenti għandhom ikunu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊNi u, fejn japplika, jimtlew kemm jista’ jkun malajr; |
(d) |
l-informazzjoni statistika m’għandhiex tinkludi gaps kontinwi u strutturali; |
(e) |
l-aġenti ta’ rappurtar għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbiliti mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data; u |
(f) |
l-aġenti ta’ rappurtar għandhom isegwu l-politika ta’ tqarrib stabbilita mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data. |
3. Standards minimi għal konformità kunċettwali
(a) |
L-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu fir-Regolament; |
(b) |
Fil-każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, fejn japplika l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jissorveljaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f’dan ir-Regolament; u |
(ċ) |
L-aġenti ta’ rappurtar għandhom ikunu kapaċi jispjegaw breaks fid-data mogħtija mqabbla mal-figuri tal-perijodi ta’ qabel. |
4. Standards minimi għar-reviżjonijiet
Għandhom jiġu segwiti l-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw minn reviżjonijiet regolari għandhom ikunu akkompanjati b’noti spjegattivi.