EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0767

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 767/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 dwar il-34 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu II

OJ L 172, 30.6.2007, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/767/oj

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/65


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 767/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar il-34 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu II

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qed jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ ta' ċerti kwantitajiet ta' butir ta' intervent miżmuma minnhom u għall-għoti ta' l-għajnuna għall-krema, għall-butir u għall-butir konċentrat. L-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi jistipula li filwaqt li jitqiesu l-offerti li jsiru għal kull sejħa partikolari, għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-bejgħ tal-butir, kif ukoll l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat abbażi tad-distinzjoni bejniethom rigward id-destinazzjoni tagħhom, il-kontenut ta’ xaħam tal-butir u kif ukoll l-aħħar użu maħsub għalih. L-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għalhekk għandu jiġi stipulat.

(2)

Fuq il-bażi ta’ l-eżami ta’ l-offerti rċevuti, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal-34 sejħa individwali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 Kapitolu II, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).


Top