EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2007_169_R_0053_01

2007/444/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Frar 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

OJ L 169, 29.6.2007, p. 53–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Frar 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

(2007/444/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tal-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat negozjati għal Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew mill-kumitat relevanti stabbilit mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) mogħtija l-poter biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu sabiex jorbtu l-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MÜNTEFERING


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

Wara li ngħata bidu għan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni tagħhom mal-KE, u wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 lil-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (KE)

u

L-GVERN TAL-KANADA (Kanada),

minn issa 'l quddiem imsemmija b'mod konġunt bħala il-“Partijiet”,

FTEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

1.

Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-Komunitajiet Ewropej tal-25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-Iskeda ĊLX tagħha ta’ qabel tal-Komunitajiet Ewropej tal-15.

2.

Barra minn hekk, il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-anness ta’ dan il-Ftehim.

3.

Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi tagħha u taġġusta l-kwoti tar-rati tariffarji kif indikat fl-Anness mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2007.

4.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kanada tinnotifika dwar it-tlestija tal-proċeduri domestiċi xierqa tagħha, wara l-iffirmar tal-Ftehim mill-partijiet.

B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL fi Brussell, f'dan il-ħamsa u għoxrin jum ta’ Ġunju 2007, f'żewġ kopji oriġinali, fl-ilsien Ingliż u fil-Franċiż, biż-żewġ verżjonijiet awtentiċi bl-istess mod.

Għall-Komunità Ewropea

Għall-Gvern Tal-Kanada

ANNESS

allokazzjoni ta’ kwota ta’ rata tariffarja għall-pajjiż (il-Kanada) ta’ 4 624 tunnellata ta’ majjal (numri tariffarji 0203 12 11, 0203 12 19, 0203 19 11, 0203 19 13, 0203 19 15, ex 0203 19 55, 0203 19 59, 0203 22 11, 0203 22 19, 0203 29 11, 0203 29 13, 0203 29 15, ex 0203 29 55 u 0203 29 59), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

żieda ta’ 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għal qatgħat ta’ majjal domestiku (numri tariffarji 0203 12 11, 0203 12 19, 0203 19 11, 0203 19 13, 0203 19 15, ex 0203 19 55, 0203 19 59, 0203 22 11, 0203 22 19, 0203 29 11, 0203 29 13, 0203 29 15, ex 0203 29 55 u 0203 29 59), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

żieda ta’ 1 265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għall-priżet u l-flettijiet taċ-ċanga tal-friża (ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55), fir-rata ta’ kwota ta’ 250 EUR/T

żieda ta’ 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“karkassa tat-tiġieġ, imkessħa jew iffriżata” (numri tariffarji 0207 11 10,0207 11 30, 0207 11 90,0207 12 10, 0207 12 90), fir-rata ta’ kwota ta’ 131-162 EUR/T

żieda ta’ 4 070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ tiġieġ, imkessħa jew iffriżati” (numri tariffarji 0207 13 10, 0207 13 20, 0207 13 30, 0207 13 40, 0207 13 50, 0207 13 60, 0207 13 70, 0207 14 20, 0207 14 30, 0207 14 40, 0207 14 60), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-512 EUR/T

żieda ta’ 1 605 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ tajr” (numru tariffarju 0207 14 10), fir-rata ta’ kwota ta’ 795 EUR/T

żieda ta’ 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ laħam tad-dundjan, imkessħa jew iffriżati” (numri tariffarji 0207 24 10, 0207 24 90, 0207 25 10, 0207 25 90, 0207 26 10, 0207 26 20, 0207 26 30, 0207 26 40, 0207 26 50, 0207 26 60, 0207 26 70, 0207 26 80, 0207 27 30, 0207 27 40, 0207 27 50, 0207 27 60, 0207 27 70), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-425 EUR/T,

żieda ta’ 2 485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat tad-dundjan, iffriżati” (numri tariffarji 0207 27 10, 0207 27 20, 0207 27 80), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

żieda ta’ 537 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-ħalib tat-trab xkumat (numru tariffarju 0402 10 19), fir-rata ta’ kwota ta’ 475 EUR/T

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 20 000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 29 65, 2204 29 75) fir-rata ta’ kwota ta’ 8,0 EUR/hlt,

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 40 000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 21 79, 2204 21 80) fir-rata ta’ kwota ta’ 10,0 EUR/hlt,

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 13 810 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2205 90 10), fir-rata ta’ kwota ta’ 7,0 EUR/hlt,

ftugħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 2 838 tunnellata (erga omnes) għall-pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott (numri tariffarji 2008 20 11, 2008 20 19, 2008 20 31, 2008 20 39, 2008 20 71, 2008 30 11, 2008 30 19, 2008 30 31, 2008 30 39, 2008 30 79, 2008 40 11, 2008 40 19, 2008 40 21, 2008 40 29, 2008 40 31, 2008 40 39, 2008 50 11, 2008 50 19, 2008 50 31, 2008 50 39, 2008 50 51, 2008 50 59, 2008 50 71, 2008 60 11, 2008 60 19, 2008 60 31, 2008 60 39, 2008 60 60, 2008 70 11, 2008 70 19, 2008 70 31, 2008 70 39, 2008 70 51, 2008 70 59, 2008 80 11, 2008 80 19, 2008 80 31, 2008 80 39, 2008 80 70), fir-rata ta’ kwota ta’ 20 %,

żieda ta’ 6 215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għax-xgħir (numru tariffarju 1003 00), fir-rata ta’ kwota ta’ 16 EUR/T,

espansjoni ta’ 853 tunnellata ta’ l-allokazzjoni preżenti tal-Kanada fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-qamħ artab (numru tariffarju 1001 90 99), fir-rata ta’ kwota ta’ 12 EUR/T,

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 242 074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tariffarji 1005 90 00, 1005 10 90), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 2 058 tunnellata (erga omnes) għall-ikel tal-klieb u l-qtates (numri tariffarji 2309 10 13, 2309 10 15, 2309 10 19, 2309 10 33, 2309 10 39, 2309 10 51, 2309 10 53, 2309 10 59, 2309 10 70), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %,

żieda ta’ 2 700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-preparazzjonijiet ta’ tip użat fl-għalf ta’ l-annimali (numri tariffariji 2309 90 31, 2309 90 41, 2309 90 51, 2309 90 95, 2309 90 99), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %.


Top