EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0740

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2007 tat- 28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1994/2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

OJ L 169, 29.6.2007, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/740/oj

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 740/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1994/2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1994/2006 (2) jipprovdi għall-ftuħ ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi ta’ l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (4), jipprovdi għall-għoti ta’ kwota tariffarja annwali addizzjonali ta’ 500 tunnellata (f’piż tal-karkassa) ta’ laħam tan-ngħaġ frisk, imkessaħ, iffrizat jew affumikat għall-Iżlanda. Madankollu, peress li l-Ftehim japplika mill-1 ta’ Marzu 2007, jeħtieġ li l-kwantità annwali għall-2007 tiġi emendata kif meħtieġ.

(3)

Il-Ftehim jippreċiża li l-kwota tariffarja għandha tiftaħ mill-1 ta’ Lulju, abbażi ta’ 9 xhur għall-2007. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1994/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1994/2006 jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 413, 30.12.2006, p. 3; il-verżjoni kkoreġuta: ĠU L 50, 19.2.2007, p. 5.

(3)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 29.

(4)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.


ANNESS

“ANNESS

LAĦAM TAN-NGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti tal-piż tal-karkassa)

Kwoti tariffarji komunitarji għall-2007

Nru tal-Grupp ta’ pajjiżi

Kodiċijiet tan-NM

Dazju “ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 Kg

Numru ta’ l-ordni (bi preċedenza skond id-data tat-tressiq)

Oriġini

Volum annwali

f’tunnellati ta’ ekwivalenti tal-piż tal-karkassa

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47)

Ħaruf mingħajr għadam (1)

(Koeffiċjent = 1,67)

Muntun/ħaruf mingħajr għadam (2)

(Koeffiċjent = 1,81)

Laħam bl-għadam u bil-karkassa

(Koeffiċjent = 1,00)

1

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

18 786

09.2109

09.2110

09.2013

In-New Zealand

227 854

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì

5 800

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (3)

200

2

0204

0210 99 21

0210 99 29

0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

L-Iżlanda

1 725

3

0104 10 30 , 0104 10 80 u 0104 20 90

Għall-ispeċi ‘ngħaġ mhux domestiċi’ biss:

ex 0204 , ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29 .

Żero

Żero

09.2141

09.2145

09.2149

09.1622

L-Istati AKP

100

Għall-ispeċi ‘ngħaġ domestiċi’ biss:

ex 0204 , ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29 .

Żero

Tnaqqis tad-dazji speċifiċi ta’ 65 %

09.2161

09.2165

09.1626

L-Istati AKP

500

4

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U l-laħam tal-gidi.

(2)  U l-laħam tal-mogħoż għajr tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-Istati AKP u minbarra il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.”


Top