EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0665

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2007 ta' l- 14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-rati ta' rifużjoni applikabbli għal ċertu prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

OJ L 155, 15.6.2007, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/665/oj

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 665/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-rati ta' rifużjoni applikabbli għal ċertu prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u s-settur tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta' Mejju 2007 għall-prodotti elenkati fl-Anness, esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 570/2007 (2).

(2)

Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 570/2007 għall-informazzjoni bħalissa disponibbli lill-Kummissjoni jsegwi li r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni applikabbli bħalissa għandhom jiġu mmodifikati kif muri fl-Anness t’hawnhekk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjoni stipulati mir-Regolament (KE) Nru 570/2007 huma permezz ta’ dan immodifikati kif muri fl-Anness t’hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 18.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-TRATTAT (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(c)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


Top