EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2006:412:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 412, 30 ta' Diċembru 2006


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
30 ta' Diċembru 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)

1

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

42

 

*

Deċiżjoni Nru 1983/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008)

44

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 412.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DEĊIŻJONI NRU 1982/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-Komunità għandha l-objettiv, imniżżel fit-Trattat, li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ta' l-industrija Komunitarja, u b'hekk tiżgura livell għoli ta' kompetittività fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka li jitqiesu meħtieġa, b'mod partikolari billi tinkoraġġixxi l-impriżi, inklużi dawk l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), iċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku. F'dan il-kuntest, għandha tingħata prijorità lil dawk l-oqsma u proġetti fejn il-finanzjament u l-koperazzjoni Ewropej huma ta' importanza partikolari u jagħtu valur miżjud. Permezz ta' l-appoġġ tagħha għar-riċerka fuq il-fruntieri tal-konoxxenza, ir-riċerka applikata u l-innovazzjoni, il-Komunità tfittex li tippromwovi sinerġiji fir-riċerka Ewropea u b'hekk tipprovdi sisien aktar stabbli għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Dan ser jagħmel kontribut pożittiv għall-progress soċjali, kulturali u ekonomiku ta' l-Istati Membri kollha.

(2)

Ir-rwol ċentrali tar-riċerka ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 li ta lill-Unjoni Ewropea għan strateġiku ġdid għall-għaxar snin li ġejjin: li ssir l-ekonomija bbażata fuq il-konoxxenza l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, kapaċi ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli b'aktar impiegi u impiegi aħjar u koeżjoni soċjali akbar. It-triangolu tal-konoxxenza — l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni — huwa essenzjali sabiex jinkiseb dan il-għan, li fir-rigward tiegħu il-Komunità għandha l-mira li timmobilizza u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni meħtieġa. Is-Seba' Programm Kwadru huwa strument ċentrali Komunitarju f'dan ir-rigward, u jikkomplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' l-industrija Ewropea.

(3)

Konformement ma' l-istrateġija ta' Liżbona, il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 qabel li l-infiq globali fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (“RTD”) u fuq l-innovazzjoni fl-Unjoni għandu jiżdied bil-għan li jitressaq lejn it-3 % tal-PGD sa l-2010, li żewġ terzi minnu għandhom jiġu mis-settur privat.

(4)

L-għan ewlieni tas-Seba' Programm Kwadru huwa li jikkontribwixxi sabiex l-Unjoni ssir iż-żona ta' riċerka l-aktar 'il quddiem fid-dinja. Dan jeħtieġ li l-Programm Kwadru jkun iffokat sewwa fuq il-promozzjoni u l-investiment fir-riċerka ta' klassi dinjija u avvanzata, ibbażata primarjament fuq il-prinċipju ta' l-eċċellenza fir-riċerka.

(5)

Il-Parlament Ewropew enfasizza darba wara l-oħra l-importanza tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u r-rwol akbar tal-konoxxenza għat-tkabbir ekonomiku u l-benessri soċjali u ambjentali, b'mod partikolari fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-tekonoloġija — Linji gwida għal politika futura ta' l-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tar-riċerka (4).

(6)

Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' riċerka għall-oqsma kollha tal-politika Komunitarja u tibni fuq l-appoġġ wiesa' mill-industrija Ewropea, mill-komunità xjentifika, mill-universitajiet u entitajiet oħra interessati, il-Komunità għandha tistabbilixxi l-miri xjentifiċi u teknoloġiċi li jridu jintlaħqu taħt is-Seba' Programm Kwadru tagħha fil-perijodu mill-2007 sa l-2013.

(7)

Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (ETPs) u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) maħsubin huma partikolarment relevanti għar-riċerka industrijali. F'dan il-kuntest, l-SMEs għandhom jiġu involuti b'mod attiv fl-operat tagħhom. L-ETPs jgħinu lill-partijiet interessati jistabbilixxu aġendi strateġiċi ta' riċerka fit-tul u jistgħu jevolvu aktar sabiex jirrappreżentaw mekkaniżmu importanti sabiex titrawwem il-kompetittività Ewropea.

(8)

L-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru għandhom jintgħażlu bil-mira li jibnu fuq il-kisbiet tas-Sitt Programm Kwadru lejn il-ħolqien ta' Żona ta' Riċerka Ewropea u jressquhom aktar lejn l-iżvilupp ta' ekonomija u soċjetà, fl-Ewropa, ibbażati fuq il-konoxxenza li jissodisfaw l-iskop ta' l-istrateġija ta' Lisbona fil-linji politiċi Komunitarji. Fost l-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru, dawn li ġejjin huma ta' importanza partikolari:

għandu jingħata appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali f'kull livell madwar l-UE kollha,

għandhom jittejbu d-dinamiżmu, il-kreattività u l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea fuq il-fruntiera tal-konoxxenza, filwaqt li tiġi rikonoxxuta r-responsabbiltà u l-indipendenza tax-xjenzjati fid-definizzjoni ta' linji ta' riċerka wesgħin f'dan il-qasam. Bil-ħsieb ta' dan, ir-riċerka bażika mmexxija mir-riċerkaturi bbażata fuq l-eċċellenza għandha jkollha rwol essenzjali fis-Seba' Programm Kwadru,

għandu jissaħħaħ, fil-kwantità u fil-kwalità, il-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa; taħriġ aħjar fl-edukazzjoni u fir-riċerka, aċċess aktar faċli għal opportunitajiet ta' riċerka kif ukoll ir-rikonoxximent tal-“professjoni” tar-riċerkatur, huma għodod prinċipali sabiex jintlaħaq dan il-għan, mhux l-inqas permezz ta' żieda sinifikattiva fil-preżenza tan-nisa fir-riċerka, fl-inkoraġġiment tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u fl-iżvilupp tal-karriera. Il-prinċipji ġenerali riflessi fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u fil-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi jistgħu jgħinu sabiex jiġi stabbilit suq ġenwin Ewropew għar-riċerkaturi, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura volontarja tagħhom. Barra minn hekk, l-eċċellenza ta' istituzzjonijiet ta' riċerka u universitajiet Ewropej għandhom jiġu żviluppati u mtejbin.

(9)

Minbarra dan, id-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà fl-Ewropa għandu jiġi intensifikat sabiex tiġi żviluppata aġenda ta' xjenza u riċerka li tirrispondi għat-tħassib taċ-ċittadini, anke permezz tat-trawwim ta' riflessjoni kritika, u mmirat lejn it-tisħiħ tal-kunfidenza tal-pubbliku fix-xjenza.

(10)

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tħaffif tal-karriera xjentifika tar-riċerkaturi fil-perijodu l-aktar produttiv tal-ħajja. Ir-riċerkaturi fi stadji bikrija jistgħu jkunu mutur għall-avvanz tax-xjenza fl-Ewropa.

(11)

Il-kapaċitajiet tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni madwar l-Ewropa kollha għandhom jissaħħu, kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità.

(12)

Għandhom ikunu appoġġati l-użu u d-disseminazzjoni b'mod wiesa' tal-konoxxenza ġġenerata minn attività ta' riċerka ffinanzjata b'mezzi pubbliċi.

(13)

Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi hija meħtieġa l-promozzjoni ta' erba' tipi ta' attivitajiet: il-koperazzjoni transnazzjonali dwar temi definiti minn politika (il-programm “Koperazzjoni”), ir-riċerka mmexxija mir-riċerkaturi u bbażata fuq l-inizjattiva tal-komunità tar-riċerka (il-programm “Ideat”), l-appoġġ għar-riċerkaturi individwali (il-programm “Nies”), u l-appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (il-programm “Kapaċitajiet”).

(14)

Taħt il-programm “Koperazzjoni” għandu jingħata appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali fuq skala xierqa madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, f'għadd ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu għall-oqsma prinċipali tal-progress fiil-konoxxenza u fit-teknoloġija, fejn ir-riċerka għandha tiġi appoġġata u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali, ta' saħħa pubblika u industrijali Ewropej, taqdi l-ġid komuni u tappoġġa lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Fejn hu possibbli, dan il-programm ser jippermetti flessibbiltà għal skemi orjentati għal missjonijiet li jinvolvu l-prijoritajiet tematiċi.

(15)

Taħt il-programm “Ideat”, l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka (“ERC”), li għandu jgawdi minn grad għoli ta' awtonomija sabiex jiżviluppa riċerka innovattiva ta' livell għoli ħafna fil-livell Ewropew, filwaqt li jibni fuq l-eċċellenza fl-Ewropa u jgħolli l-profil tiegħu fil-livell internazzjonali. L-ERC għandu jżomm kuntatt regolari mal-komunità xjentifika u ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Fir-rigward ta' l-istrutturi ta' l-ERC, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tas-Seba' Programm Kwadru tista' turi l-ħtieġa għal aktar titjib li jkun jeħtieġ emendi adegwati.

(16)

Taħt il-programm “Nies”, għandu jingħata stimolu lil individwi sabiex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, riċerkaturi Ewropej għandhom jiġu mħeġġa jibqgħu fl-Ewropa, ir-riċerkaturi mid-dinja kollha għandhom jiġu mħajra jiġu fl-Ewropa u l-Ewropa għandha ssir aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi. Bi tkomplija ta' l-esperjenzi pożittivi bl-“Azzjonijiet Marie Curie” taħt Programmi Kwadru preċedenti, il-programm “Nies” għandu jinkoraġġixxi individwi sabiex jidħlu għall-professjoni ta' riċerkatur; jistruttura l-offerta u l-għażliet tat-taħriġ fir-riċerka; jinkoraġġixxi lir-riċerkaturi Ewropej jibqgħu jew jirritornaw fl-Ewropa; jinkoraġġixxi mobbiltà intersettorali, u jattira lejn l-Ewropa riċerkaturi mid-dinja kollha. Il-mobbiltà tar-riċerkaturi mhix biss ċentrali għall-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi iżda wkoll għall-kondiviżjoni u t-trasferiment tal-konoxxenza bejn pajjiżi u setturi u sabiex jiġi żgurat li r-riċerka innovattiva f'diversi dixxiplini tibbenefika minn riċerkaturi li jkunu ddedikati u kompetenti, kif ukoll minn riżorsi finanzjarji miżjudin.

(17)

Taħt il-programm “Kapaċitajiet”, l-użu u l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka għandhom jiġu ottimizzati; il-kapaċitajiet innovattivi ta' l-SMEs u l-abbiltà tagħhom sabiex jibbenefikaw mir-riċerka għandhom jissaħħu; l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka għandhom jiġu appoġġati; il-potenzjal tar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-Unjoni għandu jinfetaħ; ix-xjenza u s-soċjetà għandhom jinġiebu aktar qrib xulxin fis-soċjetà Ewropea; għandu jingħata appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi fil-livelli nazzjonali u Komunitarju u għandhom jittieħdu azzjonijiet u miżuri orizzontali bħala appoġġ għall-koperazzjoni internazzjonali.

(18)

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (“JRC”) għandu jikkontribwixxi fl-għoti ta' appoġġ xjentifiku u teknoloġiku mmirat lejn il-klijent li jingħata għall-konċezzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi Komunitarji. F'dan ir-rigward, huwa utli li l-JRC ikompli jiffunzjona bħala ċentru indipendenti ta' referenza għax-xjenza u t-teknoloġija fl-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza speċifika tiegħu.

(19)

Ir-reġjuni għandhom sehem importanti fl-implimentazzjoni taż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Il-ftuħ tal-potenzjal ta' l-iżvilupp tar-reġjuni u d-disseminazzjoni wiesgħa tar-riżultati tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku jgħin sabiex inaqqas id-distakk teknoloġika u jikkontribwixxi għall-kompetittività Ewropea.

(20)

Is-Seba' Programm Kwadru jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali għall-kisba tal-miri ta' Lisbona, flimkien b'mod partikolari ma' dawk taħt il-fondi strutturali u dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura, is-sajd, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent.

(21)

Għandhom ikunu żgurati sinerġiji reċiproċi u kumplementarjetà mal-linji politiċi u l-programmi Komunitarji, u filwaqt li tiġi indirizzata wkoll il-ħtieġa għal approċċ imsaħħaħ u simplifikat għall-finanzjament tar-riċerka, li huwa partikolarment importanti għall-SMEs.

(22)

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jimmira, b'mod partikolari, li jiżgura l-involviment xieraq ta' l-SME's permezz ta' miżuri konkreti u azzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċju tagħhom. L-innovazzjoni u dawk l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-SMEs li jingħataw appoġġ taħt dan il-Programm Kwadru għandhom ikunu kumplementari ma' dawk imwettqa taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l- Innovazzjoni.

(23)

Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tas-Seba' Programm Kwadru għandha titħaffef permezz tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti kollha, li għandha ssir disponibbli fil-ħin u b'mod li jkun faċli għall-utent għall-parteċipanti potenzjali kollha u l-użu xieraq ta' proċeduri sempliċi u rapidi, ħielsa minn kondizzjonijiet finanzjarji indebitament kumplessi u rappurtar mhux meħtieġ, skond ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni li huma applikabbli għal dan il-Programm Kwadru, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni ta' riżultati ta' riċerka (2007-2013) (5).

(24)

B'kont meħud tar-reviżjoni, ta' nofs it-terminu, ta' l-użu ta' strumenti ġodda taħt is-Sitt Programm Kwadru u l-Evalwazzjoni ta' Ħames Snin tal-Programm Kwadru, ġie definit approċċ ġdid li għandu jippermetti li l-objettivi politiċi tal-politika ta' riċerka Komunitarja jintlaħqu b'iktar faċilità, effiċjenza u flessibbiltà. Għal dan il-għan, għandu jintuża sett iżgħar ta' “skemi ta' finanzjament” aktar sempliċi, individwalment jew flimkien ma' oħrajn, b'iktar flessibbiltà u libertà, sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet differenti, u għandha tingħata awtonomija aktar b'saħħitha fl-amministrazzjoni lill-parteċipanti.

(25)

Fid-dawl ta' l-interess wiesa' fl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru, l-effett stimulanti tal-finanzjament fl-investimenti nazzjonali u privati, il-ħtieġa li l-Komunità tingħata l-kapaċità sabiex tilqa' l-isfidi ġodda xjentifiċi u teknoloġiċi u li tagħmel użu sħiħ tal-potenzjal tar-riċerkaturi tagħha mingħajr diskriminazzjoni, ir-rwol ewlieni li għandu l-intervent Komunitarju sabiex is-sistema Ewropea tar-riċerka ssir aktar effiċjenti u effettiva, u l-kontribut possibbli tal-Programm Kwadru għall-isforzi, fost oħrajn, sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-bidla fil-klima u għas-sostenibbiltà, għas-saħħa tal-popolazzjoni ta' l-Ewropa u l-għoti ta' nifs ġdid lill-istrateġija ta' Lisbona, hemm ħtieġa għal attivitajiet Komunitarji ta' riċerka.

(26)

L-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tista' tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' uħud biss mill-Istati Membri, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mibdija minn għadd ta' Stati Membri, jew inkella l-istabbiliment ta' intrapriżi konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

(27)

Il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bil-ħsieb li jittieħdu l-benefiċċji sħaħ ta' l-internazzjonalizzazzjoni ta' l-RTD, li jkun hemm kontribut għall-produzzjoni tal-ġid pubbliku globali u sabiex il-Komunità tiġi integrata aktar fil-komunità dinjija tar-riċerka.

(28)

Diġà hemm ammont sinifikattiv ta' konoxxenza xjentifika li kapaċi ttejjeb drastikament il-ħajjiet ta' dawk li jgħixu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; fejn possibbli, il-Programm Kwadru — fil-qafas ta' l-attivitajiet deskritti hawn fuq — ser jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sa l-2010.

(29)

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir, ta' l-iżvilupp sostenibbli u tal-protezzjoni ta' l-ambjent, inkluż permezz tat-trattament tal-problema tal-bidla fil-klima.

(30)

L-attivitajiet ta' riċerka appoġġati minn dan is-Seba' Programm Kwadru għandhom jirrispettaw prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Qegħdin, u ser jibqgħu, jitqiesu l-fehmiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Protokoll dwar il-Protezzjoni u l-Ħarsien ta' l-Annimali, u jnaqqsu l-użu ta' l-annimali fir-riċerka u fl-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar jiġi sostitwit l-użu ta' l-annimali.

(31)

Taħt is-Seba' Programm Kwadru r-rwol tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka ser jiġi promoss attivament permezz ta' miżuri xierqa bil-ħsieb li jiġu inkoraġġuti numri akbar sabiex jipparteċipaw f'dan il-qasam u jissaħħaħ aktar ir-rwol attiv tagħhom fir-riċerka.

(32)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tas-Seba' Programm ta' Qafas, pakkett finanzjarju li ser ikun il-punt ewlieni ta' referenza, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (6), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura baġitarja annwali.

(33)

Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa — proporzjonatament għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej — sabiex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (7), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (8) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (9).

(34)

Huwa importanti li tiġi żgurata l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tas-Seba' Programm Kwadru kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-użu, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà għall-programm għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (10) u mar-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni u ta' regolamentazzjoni aħjar.

(35)

Ladarba l-għan ta' l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 163 tat-Trattat, jiġifieri li jingħata kontribut lejn il -ħolqien fl-Ewropa ta' soċjetà u ekonomija bbażati fuq il-konoxxenza, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, is-Seba' Programm Kwadru ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-adozzjoni tas-Seba' Programm Kwadru

Il-Programm Kwadru għall-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku “RTD”), inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, (is-“Seba' Programm Kwadru”) huwa b'dan adottat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Objettivi u attivitajiet

1.   Is-Seba' Programm Kwadru għandu jappoġġa l-attivitajiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv). L-objettivi u l-linji ġenerali ta' dawk l-attivitajiet huma stabbiliti fl-Anness I.

(i)

Koperazzjoni: appoġġ għall-firxa sħiħa ta' l-azzjonijiet tar-riċerka mwettqa b'koperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

(a)

Is-Saħħa;

(b)

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija;

(ċ)

It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni;

(d)

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni;

(e)

L-Enerġija;

(f)

L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima);

(g)

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika);

(h)

Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika;

(i)

L-Ispazju;

(j)

Is-Sigurtà.

(ii)

Ideat: appoġġ għar-riċerka “mmexxija mill-investigaturi” li ssir fl-oqsma kollha minn timijiet individwali nazzjonali jew transnazzjonali f'kompetizzjoni fuq livell Ewropew.

(iii)

Nies: it-tisħiħ, sew fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità, tal-potenzjal uman fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku fl-Ewropa, kif ukoll l-inkoraġġiment tal-mobbiltà.

(iv)

Kapaċitajiet: appoġġ għall-aspetti prinċipali tal-kapaċitajiet Ewropej ta' riċerka u innovazzjoni bħal infrastrutturi ta' riċerka; raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka; l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda tal-Komunità; riċerka għall-benefiċċju ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”) (11); kwistjonijiet ta' “Xjenza fis-Soċjetà”; appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi; attivitajiet orizzontali ta' koperazzjoni internazzjonali.

2.   Is-Seba' Programm Kwadru għandu jappoġġa wkoll l-azzjonijiet diretti xjentifiċi u tekniċi li mhumiex ta' natura nukleari mwettqa miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (“JRC”) kif definit fl-Anness I.

Artikolu 3

Programmi Speċifiċi

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi. Dawn il-programmi għandhom jispeċifikaw objettivi preċiżi u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni.

Artikolu 4

Ammont globali massimu u ishma assenjati għal kull programm

1.   L-ammont massimu globali għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja f'dan is-Seba' Programm Kwadru għandha tkun ta' EUR 50 521 miljun. Dak l-ammont għandu jitqassam bejn l-attivitajiet u l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 kif ġej (f'miljuni ta' EUR):

Koperazzjoni

32 413

Ideat

7 510

Nies

4 750

Kapaċitajiet

4 097

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

2.   Id-dettalji indikattivi ta' l-oqsma tematiċi ta' kull attività msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness II.

3.   Ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja f'dan il-Programm Kwadru huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 5

Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet

Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż il-ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku li, permezz ta' nefqa mhux ġustifikata, li għandu jew ikollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha.

Artikolu 6

Prinċipji etiċi

1.   L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru għandhom jitwettqu skond prinċipji etiċi fundamentali.

2.   L-oqsma ta' riċerka li ġejjin ma għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-Programm Kwadru:

attività ta' riċerka li timmira għall-klonazzjoni tal-bniedem għal finijiet ta' riproduzzjoni,

attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali tibdil ereditabbli (12),

attivitajiet ta' riċerka maħsuba sabiex joħolqu embrijoni tal-bniedem għall-fini biss ta' riċerka jew għall-fini tal-kisba ta' ċelluli staminali, anke permezz ta' trasferiment ta' nuklei ta' ċelluli somatiċi.

3.   Ir-riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata. Dan jiddipendi kemm mill-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll mill-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni jew approvazzjonijiet etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

4.   L-oqsma tar-riċerka stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010-2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 7

Monitoraġġ, evalwazzjoni u reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ.

2.   Sa mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta' esperti esterni, evalwazzjoni interim ibbażata fuq l-evidenza ta' dan il-Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu filwaqt li tibni fuq l-evalwazzjoni ex-post tas-Sitt Programm Kwadru. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità ta' l-attivitajiet ta' riċerka eżistenti, kif ukoll il-kwalità ta' l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni, u l-progress li sar lejn il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' dan il-Programm Kwadru, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

L-evalwazzjoni interim għandha tkun preċeduta minn rapport dwar il-progress hekk kif tkun disponibbli data biżżejjed, fejn jingħataw ir-riżultati inizjali dwar l-effikaċja ta' l-azzjonijiet il-ġodda mibdija taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-isforzi magħmula fir-rigward tas-simplifikazzjoni.

3.   Sentejn wara t-tlestija ta' dan il-Programm Kwadru, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni esterna, minn esperti indipendenti, tal-motivazzjonijiet, l-implimentazzjoni u l-kisbiet tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, tat-18 ta' Diċembru 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

M. VANHANEN


(1)  ĠU C 65, 17.3.2006, p. 9.

(2)  ĠU C 115, 16.5.2006, p. 20.

(3)  Opinioni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006.

(4)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.

(5)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(8)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(10)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)  Fis-Seba' Programme Kwadru kollu, “SMEs” għandha tinftiehem li tinkludi l-mikro-intrapriżi.

(12)  Ir-riċerka relatata mat-trattament tal-kanċer tal-gonadi tista' tiġi ffinanzjata.


ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI ĠENERALI TAT-TEMI U TA' L-ATTIVITAJIET

Is-Seba' Programm Kwadru sejjer jitwettaq sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali deskritti fl-Artikolu 163 tat-Trattat sabiex tissaħħaħ il-kompetittività industrijali u jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' riċerka ta' linji politiċi Komunitarji oħra u b'hekk jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza, jibni fuq Żona Ewropea tar-Riċerka u jikkomplementa attivitajiet fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Huwa sejjer jippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni xjentifika u teknoloġika permezz ta' l-erba' programmi li ġejjin: koperazzjoni, ideat, nies u kapaċitajiet.

I.   KOPERAZZJONI

F'din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru, ser jingħata appoġġ għal koperazzjoni transnazzjonali f'forom differenti madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, f'għadd ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu għal oqsma prinċipali tal-konoxxenza u fit-tekonoloġija, li fihom ir-riċerka ta' l-ogħla kwalità għandha tiġi appoġġata u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u industrijali ta' l-Ewropa. Il-parti l-kbira ta' dan l-isforz se tkun diretta lejn it-titjib tal-kompetittività industrijali, b'aġenda ta' riċerka li tirrifletti l-ħtiġijiet ta' l-utenti madwar l-Ewropa.

L-għan ġenerali huwa li jingħata kontribut lejn żvilupp sostenibbli.

L-għaxar temi ddeterminati għal azzjoni Komunitarja huma dawn li ġejjin:

1)

Is-Saħħa;

2)

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija;

3)

It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni;

4)

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni;

5)

L-Enerġija;

6)

L-Ambjent (inkluż il-Bidla fil-Klima);

7)

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika);

8)

Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika;

9)

L-Ispazju;

10)

Is-Sigurtà.

Dawn it-temi huma ddefiniti b'mod ġenerali f'livell relattivament għoli, b'tali mod li jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom għal rekwiżiti u opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu matul il-perijodu ta' applikazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru. Għal kull waħda minnhom, ġiet identifikata serje ta' attivitajiet li jindikaw il-linji ġenerali li huma maħsuba għall-appoġġ Komunitarju. Dawn l-attivitajiet ġew identifikati abbażi tal-kontribut li jagħtu sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji, fosthom it-transizzjoni lejn soċjetà ibbażata fuq il-konoxxenza, il-potenzjal tar-riċerka relevanti Ewropea u l-valur miżjud ta' l-intervent f'livell Komunitarju f'dawn is-suġġetti.

Ser tingħata attenzjoni speċjali sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-oqsma tematiċi, u lil oqsma xjentifiċi ta' prijorità li jirrigwardaw bosta temi, bħar-riċerka fil-foresterija, il-wirt kulturali, ix-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar.

Il-mulitdixxiplinarjetà sejra tiġi inkoraġġita permezz ta' approċċi konġunti li jirrigwardaw bosta temi għas-suġġetti tar-riċerka u t-teknoloġija li jkollhom relevanza għal aktar minn tema waħda, b'sejħiet konġunti li jkunu forma inter-tematika ta' koperazzjoni importanti.

B'mod partikolari fil-każ ta' suġġetti b'relevanza industrijali, is-suġġetti ntgħażlu abbażi, fost oħrajn, tax-xogħol ta' għadd ta' “Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej” differenti li ġew stabbiliti fl-oqsma fejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-benessri ta' l-Ewropa jiddependu fuq riċerka importanti u fuq il-progress teknoloġiku, fil-perijodu medju u fit-tul. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jiġbru flimkien lil persuni interessati, sabiex, taħt tmexxija industrijali, jiddefinixxu u jimplimentaw Aġenda Strateġika ta' Riċerka. Dan il-Programm Kwadru ser jikkontribwixxi għat-twettiq ta' dawn l-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka fejn dawn għandhom verament valur miżjud Ewropew. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bil-parteċipazzjoni possibbli ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka, jista' jkollhom rwol fit-tħaffif u fl-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' l-industrija, inklużi l-SMEs, fi proġetti ta' riċerka relatati mal-qasam speċifiku tagħhom, inklużi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm Kwadru.

L-għaxar temi jinkludu wkoll ir-riċerka li tkun meħtieġa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji, f'oqsma bħas-saħħa, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, il-ħarsien ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ħolqien ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva li tkun relevanti għat-titjib fl-interoperabbiltà u l-kwalità ta' l-istandards u ta' l-implimentazzjoni tagħhom u b'hekk isaħħu l-kompetittività Ewropea. Ser tingħata attenzjoni speċjali għall-koordinazzjoni ta' aspetti marbutin ma' l-użu razzjonali u effiċjenti ta' l-enerġija fi ħdan il-Programm Kwadru u koordinazzjoni ma' linji politiċi u programmi Komunitarji oħrajn.

Taħt kull tema, minbarra dawn l-attivitajiet, ser jiġu indirizzati żewġ tipi ta' opportunitajiet b'mod miftuħ u flessibbli:

Teknoloġiji tal-Ġejjieni u Emerġenti: sabiex jappoġġaw riċerka li timmira li tidentifika jew tesplora iktar opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda f'qasam speċifiku u/jew il-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini relevanti oħra permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka spontanji, anke b'sejħiet konġunti; sabiex jitrawmu ideat ġodda u użi radikalment ġodda u jiġu esplorati għażliet ġodda fil-proġettazzjonijiet ta' riċerka, b'mod partikolari dawk b'potenzjal għal skoperti sinifikattivi; koordinazzjoni adegwata ma' l-attivitajiet imwettqa taħt il-programm Ideat se jkunu ggarantiti sabiex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni u jiġi żgurat l-aqwa użu tal-finanzjament.

Rekwiżiti ta' politika mhux previsti: sabiex tingħata tweġiba b'mod flessibbli għal rekwiżiti ġodda ta' politika li jirriżultaw fil-kors tal-Programm Kwadru, bħal żviluppi jew avvenimenti mhux previsti li jirrikjedu reazzjoni ta' malajr, bħal epidemiji ġodda, tħassib emerġenti dwar is-sigurtà alimentari jew ir-rispons għal diżastru naturali.

Id-disseminazzjoni u t-trasferiment tal-konoxxenza huma valur miżjud ewlieni ta' l-azzjonijiet Ewropej ta' riċerka, u se jittieħdu miżuri sabiex jiżdied l-użu tar-riżultati mill-industrija, minn dawk li jfasslu l-politika u mis-soċjetà. Id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu salvagwardati wkoll, anke fil-kuntest ta' appoġġ għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Id-disseminazzjoni se tiġi kkunsidrata bħala kompitu integrali taħt l-oqsma tematiċi kollha, b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema ta' sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet, anke permezz tal-finanzjament ta' inizjattivi ta' networking, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u informazzjoni u servizzi elettroniċi b'mod partikolari l-CORDIS.

Ser tiġi żgurata l-komplementarità u s-sinerġija bejn dan il-programm u programmi oħra Komunitarji. L-azzjonijiet għall-appoġġ ta' l-innovazzjoni sejrin jittieħdu taħt il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni xierqa ta' l-SMEs (1), b'mod partikolari SMEs li jagħmlu użu intensiv mill-konoxxenza f'koperazzjoni transnazzjonali. Tul il-parti ta' “Koperazzjoni” tal-programm fil-qafas ta' strateġija li għandha tiġi żviluppata taħt kull tema ser jittieħdu miżuri konkreti, inklużi azzjonijiet ta' appoġġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs. Dawn l-istrateġiji ser jiġu akkumpanjati minn monitoraġġ kwantitattiv u kwalitattiv imqabbel ma' l-objettivi stabbiliti. L-għan ser ikun li jippermetti li għall-inqas 15 % mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti “Koperazzjoni” tal-programm imorru għall-SMEs.

Ser jingħata wkoll appoġġ għal inizjattivi li jkollhom l-għan li jniedu djalogu ma' firxa tal-pubbliku li tkun l-aktar wiesgħa possibbli lil hinn mill-komunità tar-riċerka dwar temi xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka, u għal inizjattivi fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-edukazzjoni xjentifika, bl-inklużjoni, fejn opportun, ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew tan-networks ta' tali organizzazzjonijiet. L-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar is-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi ser tiġi trattata f'kull qasam tar-riċerka.

Biex ikun hemm aktar kompetittività fir-riċerka Ewropea jeħtieġ li jinfetaħ kompletament il-potenzjal fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea kollha. Il-proġetti li jimmiraw għall-eċċellenza xjentifika għandhom jiġu ġestiti bl-aħjar mod b'attenzjoni partikolari għall-użu tar-riżorsi.

F'dawn it-temi kollha, l-appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali ser jiġi implimentat permezz ta':

Ir-riċerka kollaborattiva;

Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti;

Il-Koordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka mhux Komunitarji;

Koperazzjoni Internazzjonali.

Ir-Riċerka Kollaborattiva

Ir-riċerka kollaborattiva ser tikkostitwixxi l-parti l-kbira u l-qofol tal-finanzjament Komunitarju għar-riċerka. L-objettiv huwa li, fl-oqsma prinċipali tal-progress fil-konoxxenza, jiġu stabbiliti proġetti ta' riċerka eċċellenti u networks li jkunu kapaċi jattiraw riċerkaturi u investimenti mill-Ewropa u mid-dinja kollha.

Dan ser jintlaħaq billi jingħata appoġġ lir-riċerka kollaborattiva permezz ta' firxa ta' skemi ta' finanzjament: proġetti kollaborattivi, networks ta' eċċellenza, azzjonijiet ta' koordinazzjoni/appoġġ (ara l-Anness III).

Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti

F'għadd limitat ħafna ta' każijiet, il-kamp ta' applikazzjoni ta' objettiv ta' RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jistgħu jiġġustifikaw il-ħolqien ta' sħubiji pubbliċi/privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti. Dawn l-inizjattivi, li joħorġu l-iktar mill-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u li jkopru aspett partikolari jew għadd żgħir ta' aspetti tar-riċerka fil-qasam tagħhom, se jgħaqqdu l-investiment mis-settur privat mal-finanzjament nazzjonali u dak pubbliku Ewropew, inklużi l-għotjiet finanzjarji mis-Seba' Programm Kwadru u s-self u l-garanzija finanzjarja mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Kull Inizjattiva Teknoloġika Konġunta ser tiġi deċiża individwalment, jew abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (dan jista' jinkludi l-ħolqien ta' proġett konġunt) jew abbażi ta' Deċiżjonijiet Speċifiċi tal-Programm skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat.

L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti potenzjali ser jiġu identifikati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi ta' evalwazzjoni bl-użu ta' sensiela ta' kriterji:

in-nuqqas ta' kapaċità ta' l-istrumenti eżistenti sabiex jiksbu l-objettiv,

l-iskala ta' l-impatt fuq il-kompetittività u t-tkabbir industrijali,

il-valur miżjud ta' intervent f'livell Ewropew,

kemm ikun definit u ċar l-objettiv li jrid jintlaħaq u r-riżultati li għandhom jintlaħqu,

il-qawwa ta' l-impenn finanzjarju u ta' riżorsi min-naħa ta' l-industrija,

l-importanza tal-kontribut lill-objettivi usa' ta' politika inkluż il-benefiċċju għas-soċjetà,

il-kapaċità li jkun attirat appoġġ nazzjonali addizzjonali u sabiex ikun inċentivat finanzjament fil-preżent u fil-ġejjieni, min-naħa ta' l-industrija.

In-natura ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti għandhom ikunu ddefiniti b'mod ċar, partikolarment fir-rigward ta' materji dwar:

impenji finanzjarji;

dewmien ta' l-impenn tal-parteċipanti;

regoli sabiex jittieħed u jispiċċa l-kuntratt;

drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità partikolari ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, ser isiru sforzi kbar sabiex jiġi żgurat it-tħaddim trasparenti tagħhom u sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe allokazzjoni ta' finanzjament Komunitarju mill-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti ssir abbażi tal-prinċipji ta' eċċellenza u kompetizzjoni tal-Programm Kwadru.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-koerenza u l-koordinazzjoni ġenerali bejn l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u programmi u proġetti fl-istess oqsma (2), filwaqt li jiġu rispettati l-proċeduri ta' implimentazzjoni eżistenti tagħhom, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni fil-proġetti tagħhom tkun miftuħa għal firxa wiesgħa ta' parteċipanti madwar l-Ewropa, b'mod partikolari l-SMEs.

Il-Koordinazzjoni ta' Programmi ta' Riċerka mhux Komunitarji

L-azzjoni li ssir f'dan il-qasam ser tuża żewġ strumenti ewlenin: l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (taħt l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tista' tkopri suġġetti li mhumiex direttament marbuta ma' l-għaxar temi, sakemm is-suġġetti jkollhom biżżejjed valur miżjud Ewropew. L-azzjoni ser tintuża wkoll sabiex issaħħaħ il-komplementarità u s-sinerġija bejn is-Seba' Programm Kwadru u l-attivitajiet li jsiru fil-qafas ta' strutturi inter-governattivi bħall-EUREKA u l-COST (3).

L-iskema ERA-NET ser tiżviluppa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni ta' attivitajiet nazzjonali u reġjonali ta' riċerka billi:

tipprovdi qafas sabiex dawk li jkunu qed jimplimentaw programmi pubbliċi ta' riċerka jkunu jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom. Dan ser jinkludi l-appoġġ għal ERA-NETs ġodda, kif ukoll għat-twessigħ u l-approfondiment tal-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ERA-NETs eżistenti, p.e. billi jestendu s-sħubija tagħhom, kif ukoll bil-ftuħ reċiproku tal-programmi tagħhom. Fejn ikun opportun, l-ERA-NETs jistgħu jiġu wżati għall-koordinazzjoni ta' programmi bejn ir-reġjuni Ewropej u l-Istati Membri sabiex tkun possibbli l-koperazzjoni tagħhom f'inizjattivi fuq skala kbira,

f'numru limitat ta' każijiet tipprovdi appoġġ finanzjarju Komunitarju addizzjonali lil dawk il-parteċipanti li joħolqu fond komuni ta' riżorsi għall-finijiet ta' sejħiet konġunti għal proposti bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali rispettivi tagħhom (“ERA-NET PLUS”).

Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi ta' riċerka implimentati b'mod konġunt abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat hija ta' relevanza speċjali għall-koperazzjoni Ewropea fuq skala kbira f'“ġeometrija varjabbli” bejn l-Istati Membri li jkollhom ħtiġijiet u/jew interessi komuni. F'każijiet identifikati sew tali inizjattivi ta' l-Artikolu 169 jistgħu jitniedu f'oqsma li għandhom jiġu identifikati f'assoċjazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, inkluża l-koperazzjoni possibbli ma' programmi intergovernattivi, abbażi ta' għadd ta' kriterji:

relevanza għal objettivi Komunitarji,

id-definizzjoni ċara ta' l-objettiv li jrid jintlaħaq u r-relevanza tiegħu għall-objettivi ta' dan il-Programm Kwadru,

il-preżenza ta' bażi pre-eżistenti (programmi ta' riċerka li diġà jeżistu jew li huma previsti),

il-valur miżjud Ewropew,

il-massa kritika, fir-rigward tad-daqs u ta' l-għadd ta' programmi kkonċernati, u x-xebh bejn l-attivitajiet li jkopru,

l-effiċjenza ta' l-Artikolu 169 bħala l-mezz l-aktar adegwat għall-kisba ta' l-objettivi.

Koperazzjoni Internazzjonali

L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali, li juru valur miżjud Ewropew u li huma ta' interess reċiproku, taħt din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru ser ikunu:

azzjonijiet maħsuba biex isaħħu l-parteċipazzjoni mir-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet ta' riċerka minn pajjiżi terzi fl-oqsma tematiċi, b'restrizzjonijiet adegwati għat-tema ta' sigurtà minħabba aspetti ta' kunfidenzjalità, flimkien ma' sforzi qawwija sabiex ikunu nkoraġġuti jaħtfu din l-opportunità.

azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku ddedikati lil pajjiżi terzi fejn hemm interess reċiproku f'koperazzjoni dwar temi partikolari li jingħażlu abbażi tal-livell u l-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-pajjiżi kkonċernati. Dawn l-azzjonijiet, li huma assoċjati mill-qrib mal-ftehim bilaterali ta' koperazzjoni jew djalogi multilaterali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi, ser iservu bħala għodda pprivileġġata għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Tali azzjonijiet huma, partikolarment, azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet għar-riċerka ta' pajjiżi kandidati kif ukoll ta' pajjiżi ġirien u attivitajiet koperattivi mmirati lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti, b'enfasi fuq il-bżonnijiet partikolari tagħhom f'oqsma bħas-saħħa, inkluża r-riċerka f'mard li ma jingħatax attenzjoni, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent, u implimentati f'kondizzjonijiet finanzjarji adattati għall-kapaċitajiet tagħhom.

Din il-parti mill-Programm Kwadru tkopri l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali f'kull qasam tematiku u dawk mifruxa fuq għadd ta' temi. Tali azzjonijiet jiġu implimentati f'koordinazzjoni ma' dawk taħt il-programmi “Nies” u “Kapaċitajiet”. Strateġija ġenerali għal koperazzjoni internazzjonali fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru ser tirfed din l-attività.

TEMI

1.   Saħħa

Objettiv

It-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u t-tiżjid tal-kompetittività u t-tisħiħ tal-kapaċità innovattiva ta' l-industriji u l-intrapriżi Ewropej li huma relatati mas-saħħa, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta' saħħa, inklużi l-epidemiji emerġenti. Ser issir enfasi fuq ir-riċerka traspożizzjonali (traspożizzjoni ta' skoperti bażiċi f'applikazzjonijiet kliniċi inkluża validazzjoni xjentifika ta' riżultati sperimentali), l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' terapiji ġodda, metodi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni inkluż il-promozzjoni tas-saħħa tat-tfal, ta' xjuħija sana, għodod dijanjostiċi u teknoloġiji mediċi, kif ukoll sistemi għall-kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti.

Motivazzjoni

Is-sekwenzar tal-ġenoma tal-bniedem u l-iżviluppi reċenti fil-post-ġenomika irrevoluzzjonaw ir-riċerka fis-saħħa u fil-mard tal-bniedem. L-integrazzjoni ta' l-ammonti vasti ta' data, il-komprensjoni tal-proċessi bijoloġiċi sottostanti u l-iżvilupp ta' teknoloġiji prinċipali għall-bijo-industriji relatati mas-saħħa jeħtieġu li jinġiebu flimkien mases kritiċi ta' kompetenzi u riżorsi varji li mhumiex disponibbli f'livell nazzjonali, bil-ħsieb li jkunu żviluppati l-konoxxenza u l-kapaċità għal intervent.

L-avvanzi sinifikattivi fir-riċerka traspożizzjonali fil-qasam tas-saħħa, li hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li r-riċerka bijomedika tipprovdi benefiċċji prattiċi u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, jeħtieġu wkoll approċċi multi-dixxiplinari u pan-Ewropej li jinvolvu partijiet interessati differenti. Dawn l-approċċi jħallu lill-Ewropa tikkontribwixxi b'mod iktar effettiv għall-isforzi internazzjonali fil-ġlieda kontra mard ta' importanza globali.

Ir-riċerka klinika fuq bosta mardiet (p.e. il-kanċer, il-mard kardjovaskulari u infettiv, il-mard mentali u newroloġiku, b'mod partikolari dawk marbuta max-xjuħija, bħall-mardiet Alzheimer u Parkinson) tiddipendi fuq provi internazzjonali f'diversi ċentri sabiex jinkiseb l-għadd meħtieġ ta' pazjenti fi żmien qasir.

Ir-riċerka epidemjoloġika tirrikjedi diversità kbira ta' popolazzjonijiet u networks internazzjonali sabiex jintlaħqu konklużjonijiet sinifikattivi. Sew l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' dijanjosi u t-trattament għal disturbi rari kif wkoll it-twettiq ta' riċerka epidemoloġika fuq dawk id-disturbi jirrikjedu wkoll approċċi minn numru ta' pajjiżi sabiex jiżdied l-għadd ta' pazjenti għal kull studju. Barra minn hekk, it-twettiq ta' riċerka bbażata fuq il-politika tas-saħħa fil-livell Ewropew jippermetti t-tqabbil ta' mudelli, sistemi, data u materjal dwar il-pazjenti miżmuma fid-databases u biobanks nazzjonali.

Ir-riċerka bijomedika qawwija bbażata fl-UE ser tgħin sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-bijoteknoloġija Ewropea għall-kura tas-saħħa, tat-teknoloġija medika u ta' l-industriji farmaċewtiċi. Il-kollaborazzjoni ta' l-UE ma' pajjiżi fi żvilupp ser tippermetti lil dawk il-pajjiżi jiżviluppaw kapaċitajiet għar-riċerka. L-UE trid ukoll tieħu sehem attiv fil-ħolqien ta' ambjent li jwassal għall-innovazzjoni fis-settur pubbliku u dak farmaċewtiku li jindirizza l-bżonnijiet tas-saħħa pubblika, b'mod partikolari sabiex jitkabbar kemm jista' s-suċċess tar-riċerka klinika. L-SMEs ibbażati fuq ir-riċerka huma l-muturi ekonomiċi ewlenin ta' l-industriji tal-bijoteknoloġija għall-kura tas-saħħa u dawk tat-teknoloġija medika. Minkejja li l-Ewropa issa għandha aktar kumpanniji tal-Bijoteknoloġija milli għandha l-Istati Uniti, il-biċċa l-kbira minnhom huma żgħar u anqas maturi mill-kompetituri tagħhom. L-isforzi ta' riċerka pubbliċi-privati fil-livell ta' l-UE sejrin jiffaċilitaw l-iżvilupp tagħhom. Ir-riċerka fl-UE sejra tagħti wkoll kontribut għall-iżvilupp ta' normi u standards ġodda sabiex jiġi stabbilit qafas leġislattiv xieraq għal teknoloġiji mediċi ġodda (p.e. il-mediċina riġenerattiva). Għandha tiġi żgurata tmexxija globali tar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea fil-qasam ta' strateġiji alternattivi għall-ittestjar, partikolarment metodi fejn ma jsirx użu minn annimali.

L-attivitajiet li ser jiġu indirizzati, li jinkludu r-riċerka essenzjali għar-rekwiżiti tal-politika, huma stabbiliti hawn taħt. L-aġendi ta' riċerka fit-tul bħal dawk stabbiliti mill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bħal dik dwar il-mediċini innovattivi, ser jiġu appoġġati fejn relevanti. Sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda, jistgħu jiġu appoġġati azzjonijiet addizzjonali, bħal l-oqsma ta' kwistjonijiet ta' politika tas-saħħa u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Il-kwistjonijiet strateġiċi dwar is-saħħa tat-tfal u l-mard pedjatriku kif ukoll dwar is-saħħa tal-popolazzjoni li qed tixjieħ ser jirċievu attenzjoni speċifika u ser jitqiesu kull meta jkun xieraq fl-attivitajiet kollha ta' din it-tema.

Il-kwistjonijiet etiċi, legali u soċjo-ekonomiċi ser jiġu ttrattati f'kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin.

Attivitajiet

Il-bijoteknoloġija, l-għodod ġeneriċi u t-teknoloġiji mediċi għas-saħħa tal-bniedem

Riċerka b'volum kbir: sabiex jiġi kkatalizzat il-progress fil-ġenomika fundamentali (ġenoma u post-ġenoma) u r-riċerka bijomedika billi jissaħħu l-ġenerazzjoni, l-istandardizzar, il-ksib u l-analiżi tad-data.

L-iskoperta, id-dijanjosi u l-monitoraġġ: b'enfasi fuq approċċi u teknoloġiji li m'humiex invażivi jew invażivi b'mod minimu bħal għodod ġodda ta' prevenzjoni għall-mediċina riġenerattiva (p.e. permezz ta' immaġni u dijanjosi molekulari).

Il-previżjoni ta' l-idoneità, is-sigurtà u l-effikaċja tat-terapiji: sabiex jiġu żviluppati u vvalidati indikaturi bijoloġiċi, metodi u mudelli in vivo u in vitro, inklużi s-simulazzjoni, il-farmakoġenomika, strateġiji ta' mira u kunsinna u alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali.

Approċċi u interventi terapewtiċi innovattivi: sabiex jiġu riċerkati, ikkonsolidati u żgurati aktar żviluppi fit-terapiji u t-teknoloġiji avvanzati li għandhom potenzjal li jiġu applikati għal għadd ta' mardiet u disturbi bħal għodod terapewtiċi ġodda għall-mediċina reġenerattiva.

It-traspożizzjoni tar-riċerka għas-saħħa tal-bniedem

L-integrazzjoni ta' data u proċessi bijoloġiċi — il-ġbir ta' data fuq skala wiesgħa, il-bijoloġija tas-sistemi (inkluż l-immodellar ta' sistemi kumplessi): sabiex jiġi ġġenerat u analizzat il-volum vast ta' data li huwa meħtieġ sabiex jiġu mifhuma aħjar in-networks regolatorji kumplessi ta' eluf ta' ġeni u prodotti ta' ġeni li jikkontrollaw proċessi bijoloġiċi importanti fl-organiżmi relevanti kollha u fil-livelli kollha ta' organizzazzjoni.

Ir-riċerka fuq il-moħħ u fuq mard relatat mal-moħħ, l-iżvilupp uman u l-proċess tax-xjuħija: ssabiex jiġi esplorat il-proċess tax-xjuħija sana, u l-mod kif il-ġeni u l-ambjent jinteraġixxu ma' l-attività tal-moħħ, sew f'kondizzjonijiet normali kif ukoll fil-mard tal-moħħ u f'mard relevanti relatat max-xjuħija (p.e. id-demenzja).

Riċerka traspożizzjonali fil-mard infettiv: sabiex jiġu ndirizzati r-reżistenza għall- mediċini, it-theddidiet globali ta' l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi kif ukoll l-epatite u epidemiji potenzjalment ġodda u emerġenti mill-ġdid (eż SARS u l-influwenza patoġenika qawwija).

Riċerka traspożizzjonali fil-mardiet prinċipali- kanċer, mard kardjovaskulari, id-dijabete/obesità; mard rari; mard kroniku ieħor inkluż l-artrite, il-mard rewmatiku u dak muskolo-skeletriku u mard respiratorju inkluż dak ikkawżat minn allerġiji: sabiex jiġu żviluppati strateġiji orjentati lejn il-pazjent, mill-prevenzjoni sad-dijanjożi b'enfażi partikolari fuq it-trattament, inkluża r-riċerka klinika u l-użu ta' ingredjenti attivi. Ser jittieħed kont ta' aspetti tal-mediċina palljattiva.

L-ottimizzazzjoni ta' l-għoti tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej

It-traspożizzjoni tar-riżultati kliniċi fil-prassi klinika: sabiex tinħoloq bażi ta' konoxxenza għal teħid ta' deċiżjonijiet kliniċi u sabiex tiġi indirizzata l-mod kif ir-riżultati tar-riċerka klinika jiġu trasposti fil-prassi klinika, u speċjalment fl-indirizz tas-sigurtà tal-pazjent u l-użu aħjar tal-mediċini (inklużi xi aspetti ta' viġilanza farmakoloġika u ta' mediċini alternattivi u komplementari ttestjati xjentifikament) kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tat-tfal, in-nisa u l-popolazzjoni tax-xjuħ.

Il-kwalità, l-effiċjenza u s-solidarjetà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, inklużi sistemi tal-kura tas-saħħa transizzjonali u strateġiji għal kura fid-dar: sabiex l-interventi effettivi jiġu kkonvertiti f'deċiżjonijiet maniġerjali, sabiex jiġu vvalutati l-ispiża, l-effiċjenza u l-benefiċċji ta' interventi differenti inkluż fir-rigward tas-sigurtà tal-pazjent, sabiex jiġu definiti l-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet għall-forniment adegwat ta' riżorsi umani, sabiex jiġu analizzati l-fatturi li jinfluwenzaw l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja (anke minn gruppi żvantaġġati), inkluża l-analiżi tat-tibdiliet fil-popolazzjoni (p.e. il-proċess tax-xjuħija, il-mobbiltà u l-migrazzjoni, u t-tibdiliet fil-post tax-xogħol).

Titjib fil-prevenzjoni tal-mard u fl-użu aħjar tal-mediċini: sabiex jiġu żviluppati interventi effiċjenti fil-qasam tas-saħħa pubblika li jindirizzaw id-determinanti usa' tas-saħħa (bħall-istress, id-dieta, stili ta' ħajja jew fatturi marbutin ma' l-istili ta' ħajja jew l-ambjent u l-interazzjoni tagħhom mal-medikazzjoni); sabiex jiġu identifikati interventi li rnexxew f'kuntesti differenti tal-kura tas-saħħa għat-titjib tal-preskrizzjoni tal-mediċini u ta' l-użu tagħhom min-naħa tal-pazjenti (inklużi aspetti tal-farmakoviġilanza u interazzjonijiet ta' mediċini).

Użu xieraq ta' terapiji u teknoloġiji ġodda tas-saħħa: valutazzjoni tas-sigurtà u ta' l-effikaċja fit-tul u l-monitoraġġ ta' l-użu fuq skala wiesgħa ta' teknoloġiji mediċi ġodda (inkluż it-tagħmir) u ta' terapiji avvanzati sabiex ikun żgurat livell għoli ta' ħarsien u benefiċċju għas-saħħa pubblika.

2.   L-Ikel, l-Agrikultura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija

Objettiv

Il-bini ta' bijo-ekonomija ibbażata fuq il-konoxxenza (4) billi jinġiebu flimkien ix-xjenza, l-industrija u oħrajn li għandhom interess, sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ġodda u emerġenti ta' riċerka li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi: it-talba dejjem tikber għal ikel aktar sigur, ta' ġid għas-saħħa u ta' kwalità ogħla, kif ukoll għall-użu u l-produzzjoni sostenibbli ta' bijo-riżorsi rinnovabbli; ir-riskju li qed jiżdied ta' mard epiżotiku u żoonotiku u disturbi relatati ma' l-ikel; theddidiet għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni agrikola, ta' l-akkwakultura u tas-sajd; u t-talba dejjem tikber għal ikel ta' kwalità għolja, b'kont meħud tal-ħarsien ta' l-annimali u tal-kuntesti rurali u tal-kosta u rispons għall-bżonnijiet djetetiċi speċifiċi tal-konsumaturi.

Motivazzjoni

L-innovazzjonijiet u l-progress fil-konoxxenza dwar l-immaniġġar sostenibbli, il-produzzjoni u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi (mikro-organiżmi, pjanti, annimali), sejrin jipprovdu l-bażi għal prodotti ġodda, sostenibbli, siguri, eko-effiċjenti u kompettittivi fl-agrikoltura, is-sajd, l-għalf, l-ikel, is-saħħa, il-koltivazzjoni tal-foresti u l-industriji relatati. Konformement ma' l-istrateġija Ewropea fix-xjenzi tal-ħajja u fil-bijoteknoloġija (5), dan se jgħin sabiex tikber il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej tata' l-agrikoltura u l-bijoteknoloġija, u taż-żrieragħ u ta' l-ikel, b'mod partikolari l-SMEs ta' teknoloġija avvanzata, filwaqt li jtejbu l-ħarsien u l-benessri soċjali.

Ir-riċerka dwar is-sigurtà fl-ikel u tal-katini alimentari, il-mardiet marbuta mad-dieta, l-għażliet ta' l-ikel u l-impatt ta' l-ikel u n-nutriment fuq is-saħħa ser tgħin fil-ġlieda kontra d-disturbi relatati ma' l-ikel (p.e. l-obeżità, l-allerġiji) u l-mard infettiv (p.e. enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli, influwenza avjarja), filwaqt li tagħti kontribut importanti lill-implimentazzjoni ta' linji politiċi u regolamenti eżistenti u lit-tfassil ta' dawk tal-ġejjieni fl-oqsma tas-saħħa pubblika, ta' l-annimali u tal-pjanti u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Id-diversità u prinċipalment id-daqs żgħir ta' l-industriji Ewropej f'dawn l-oqsma, filwaqt li huma wieħed mill-vantaġġi ta' l-Ewropa u huma opportunità, iwasslu sabiex problemi simili jiġu ttrattati b'mod frammentat. Dawn jiġu ttrattati aħjar li kieku jkun hemm aktar kollaborazzjoni u qsim tal-kompetenzi, per eżempju dwar metodoloġiji, teknoloġiji, proċessi u standards ġodda li jirriżultaw mit-tibdil fil-leġislazzjoni Ewropea.

Bosta Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' prijoritajiet komuni għar-riċerka, f'oqsma bħall-ġenomika u l-bijoteknoloġija tal-pjanti, il-foresterija u l-industriji bbażati fuq il-foresti, is-saħħa globali ta' l-annimali, it-trobbija ta' l-annimali fl-agrikoltura, u l-bijoteknoloġija alimentari u industrijali. Ir-riċerka li ssir ser tipprovdi wkoll il-bażi tal-konoxxenza meħtieġa sabiex tappoġġa l-Politika Agrikola Komuni u l-Istrateġija Ewropea għall-Foresti; kwistjonijiet dwar l-agrikoltura u l-kummerċ; aspetti ta' sigurtà ta' organiżmi modifikati ġenetikament (“OMĠ”); regolamenti dwar is-sigurtà ta' l-ikel; standards Komunitarji dwar is-saħħa, il-kontroll tal-mard u l-ħarsien ta' l-annimali; u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd li għandha l-għan li tipprovdi l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u ta' l-akkwakultura u s-sigurtà tal-prodotti ta' l-ikel tal-baħar (6). Sabiex tiġi żgurata r-relevanza soċjali, huwa previst ukoll rispons flessibbli għal ħtiġijiet ta' politika ġodda, b'mod partikolari fir-rigward ta' riskji ġodda u xejriet u ħtiġijiet soċjali jew ekonomiċi ġodda.

Attivitajiet

Il-produzzjoni u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi mill-ambjent ta' l-art, tal-foresti u akkwatiċi: l-għanjnuna għar-riċerka, inkluża dik fit-teknoloġiji ta' l-'omika', bħall-ġenomika, il-proteomika, il-metabolomika, il-bijoloġija sistemika, it-teknoloġiji tal-bijoinformatika u konverġenza għall-mikro-organiżmi, il-pjanti u l-annimali, inkluża r-riċerka fuq l-isfruttament u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tagħhom.

Għar-riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, ir-riċerka ser tiffoka fuq: il-fertilità tal-ħamrija, titjib fis-sistemi ta' l-uċuħ u l-produzzjoni fid-diversità kollha tagħhom, inklużi il-biedja organika, skemi ta' produzzjoni ta' kwalità u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' l-impatti ta' OMĠs fuq l-ambjent u l-bnedmin; is-saħħa tal-pjanti, l-agrikultura sostenibbli, kompetittiva u multifunzjonali, u foresterija; żvilupp rurali, saħħa u ħarsien, trobbija u produzzjoni ta' annimali; mard infettiv fl-annimali, inkluż studji epidemjoloġiċi, iż-żoonosi u l-mekkaniżmi patoġeniċi tagħhom, u mard marbut ma' l-għalf ta' l-annimali; theddid ieħor għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni ta' l-ikel, inkluż il-bidla fil-klima; ir-rimi sigur ta' l-iskart ta' l-annimali.

Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, ir-riċerka ser tappoġġa s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-sajd, ser tipprovdi l-bażi xjentifika u teknika tal-ġestjoni tas-sajd u tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli ta' l-akkwakultura, inkluż it-trobbija u l-ħarsien.

L-iżvilupp ta' għodod (inkluż għodod ta' l-ICT) meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika u atturi oħra f'oqsma bħall-agrikultura, is-sajd u l-akkwakultura, u l-iżvilupp rurali (prattika ta' landscaping, ta' maniġġar ta' l-art eċċ.); kuntesti soċjo-ekonomiċi u etiċi ta' produzzjoni.

“Mill-furketta sar-razzett” — l-ikel (inkluż il-frott tal-baħar), is-saħħa u l-benessri: Aspetti ta' konsumaturi, ta' soċjetà, ta' kultura, industrijali u ta' saħħa kif ukoll aspetti tradizzjonali ta' l-ikel u l-għalf, inklużi xjenzi dwar l-imġiba u dawk konjittivi; nutrizzjoni, mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi obeżità u allerġiji fit-tfal u l-adulti; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard (inkluża konoxxenza akbar dwar il-komposti u l-karatteristiċi li jġibu s-saħħa ta' l-ikel); teknoloġiji innovattivi ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u l-għalf (inkluż pakkettar u teknoloġiji minn oqsma li ma għandhomx x'jaqsmu ma' l-ikel); kwalità u sigurtà mtejba, kemm kimika u bijoloġika, ta' l-ikel, xorb u għalf; metodoloġiji mtejba ta' assigurazzjoni ta' sigurtà ta' l-ikel; integrità (u kontroll) tal-katina ta' l-ikel; impatti ambjentali fiżiċi u bijoloġiċi fuq u ta' katini ta' l-ikel/l-għalf; impatt fuq u reżistenza tal-katina ta' l-ikel għall-bidliet globali; kunċett sħiħ tal-katina ta' l-ikel (inkluż ikel mill-baħar u materja prima u komponenti ta' ikel oħra); traċċabbiltà u l-iżvilupp ulterjuri tagħha; awtentiċità ta' l-ikel; żvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda.

Ix-xjenzi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija u l-bijokimika għall-prodotti u proċessi mhux alimentari sostenibbli: uċuħ u riżorsi tal-foresta mtejba, għalf, prodotti u bijomassa mill-baħar (inklużi r-riżorsi mill-baħar) għall-prodotti ta' l-enerġija, l-ambjent, u ta' valur miżjud għoli bħalma huma l-materjali u s-sustanzi kimiċi (inklużi riżorsi bijoloġiċi li jistgħu jintużaw fl-industrija farmaċewtika u l-mediċina), inklużi l-innovazzjonijiet fis-sistemi tal-biedja, fil-bijo-proċessi u fil-kunċetti tal-bijo-raffinerija; bijo-kataliżi; mikro-organiżmi u enżimi ġodda u mtejba; prodotti u proċessi bbażati fuq il-foresterija u l-foresti; il-bijo-risanament ambjentali u l-bijo-proċessar aktar nadif, l-użu ta' skart agro-industrijali u prodotti sekondarji.

3.   It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (Informationa and Communication Technologies, ICT)

Objettiv

Sabiex titjieb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u tgħin l-Ewropa sabiex tkun tista' tiddomina u ssawwar l-iżviluppi futuri ta' l-ICT sabiex tiġi sodisfatta d-domanda tas-soċjetà u l-ekonomija tagħha. L-ICT jinsabu fil-qalba tas-soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza. L-attivitajiet ser isaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-Ewropa u jiżguraw li globalment tkun fuq quddiem nett fl-ICT, igħinu sabiex imexxu u jistimulaw l-innovazzjoni u l-kreattività tal-prodott, servizz u proċess permezz ta' l-użu ta' l-ICT u jiżguraw li l-progress fl-ICT jiġi trasformat malajr f'benefiċċji għaċ-ċittadini, l-azjendi, l-industrija u l-gvernijiet ta' l-Ewropa. Dawn l-attivitajiet ser jgħinu wkoll bies jitnaqqsu d-diviżjoni diġitali u l-esklużjoni soċjali.

Motivazzjoni

L-ICT huma ta' importanza kritika għall-ġejjieni ta' l-Ewropa. Huwa fondamentali għat-twettiq ta' l-aġenda ta' Lisbona. Għandhom impatt katalitiku fi tlitt oqsma ewlenin: produttività u innovazzjoni, modernizzazzjoni ta' servizzi pubbliċi u avvanzi fix-xjenza u teknoloġija. Nofs iż-żidiet fil-produttività fl-ekonomiji tagħna nafuhom lill-impatt ta' l-ICT fuq il-prodotti, is-servizzi, u l-proċessi fl-intrapriżi. L-ICT huma l-fattur ewlieni fl-għoti ta' l-ispinta lill-innovazzjoni u l-kreatività u fil-kontroll tal-bidla fil-katini ta' valur fis-setturi ta' l-industrija u s-servizzi.

L-ICT huma neċessarji sabiex nilqgħu għaż-żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa u għall-kura soċjali, partikolarment għal nies bi bżonnijiet speċjali inkluż il-popolazzjoni li qed tixjieħ sabiex jiġu mmodernizzati s-servizzi f'oqsma ta' interess pubbliku bħall-edukazzjoni, il-wirt kulturali, is-sigurtà, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent u sabiex tiġi promossa l-aċċessibbiltà u t-trasparenza fit-tmexxija u fil-proċessi ta żvilupp ta' linji politiċi. L-ICT għandhom rwol importanti fl-immaniġġar u l-komunikazzjoni ta' l-RTD u jservu bħala katalizzatur għall-avvanz f'oqsma oħra tat-teknoloġija u tax-xjenza billi jittrasformaw il-mod kif ir-riċerkaturi jmexxu r-riċerka tagħhom, jikkoperaw u joħolqu l-innovazzjonijiet.

Id-domandi ekonomiċi u soċjali dejjem jikbru, flimkien ma' l-integrazzjoni kontinwa ta' l-ICT u l-ħtieġa li jitwessgħu l-limiti tat-teknoloġija kif ukoll li jiġu żviluppati prodotti u servizzi innovattivi u ta' valur għoli bbażati fuq l-ICT jistabbilixxu aġenda dejjem tikber għar-riċerka. Sabiex it-teknoloġija titqarreb aktar lejn in-nies u lejn il-ħtiġijiet ta' l-organizzazzjonijiet ifisser: il-ħabi tal-kumplessità teknoloġika u l-iżvelar tal-funzjonalità meta mitluba; it-teknoloġija ssir funzjonali, sempliċi ħafna sabiex tintuża, disponibbli u abbordabbli; jiġu provduti applikazzjonijiet, soluzzjonijiet u servizzi ġodda bbażati fuq l-ICT, li jkunu fdati, affidabbli u adattabbli għall-kuntesti u l-preferenzi ta' l-utenti. Immexxija mit-talba għal iktar b'inqas, ir-riċerkaturi ta' l-ICT huma mdaħħla f'tellieqa globali li tiffoka fuq il-minjaturizzazzjoni, sabiex jaħkmu l-konverġenza tat-teknoloġiji ta' l-informatika, l-komunikazzjoni u l-media, inkluża aktar interoperabbiltà bejn is-sistemi u l-konverġenza ma' xjenzi u dixxiplini oħra relevanti, u sabiex jibnu sistemi li jkunu kapaċi jitgħallmu u jevolvu.

Minn dawn l-isforzi diversi nħolqot ġenerazzjoni ġdida ta' teknoloġiji. L-attivitajiet ta' riċerka fl-ICT ser jutilizzaw firxa usa' ta' dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi, inklużi x-xjenzi bijoloġiċi u dawk tal-ħajja, il-kimika, il-psikoloġija, il-pedagoġija, ix-xjenzi konjittivi u soċjali u l-umanistika.

Il-qasam ta' l-ICT huwa wieħed mis-setturi li fihom l-aktar li ssir ir-riċerka. L-isforz tar-riċerka fl-ICT, sew pubbliku kif ukoll privat, jirrappreżenta terz tar-riċerka kollha fl-ekonomiji ewlenin kollha. Minkejja li l-Ewropa f'xi oqsma ewlenin ta' l-ICT diġà qiegħda fuq quddiem nett fl-industrija u t-teknoloġija, tinsab lura wara l-kompetituri l-kbar tagħha fir-rigward ta' l-investiment fir-riċerka fl-ICT. Ikun biss jekk l-għaqda ta' l-isforzi tkun imġedda u iktar intensiva fuq il-livell Ewropew li nkunu kapaċi nagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet li jista' joffri l-progress fl-ICT. L-attività ta' riċerka ta' l-ICT bbażata fuq il-mudell ta' żvilupp 'sors miftuħ' qed tagħti prova ta' l-utilità tagħha bħala sors ta' innovazzjoni u ta' kollaborazzjoni dejjem tiżdied Ir-riżultati tar-riċerka fl-ICT jistgħu jieħdu toroq differenti fejn jiġu sfruttati u jwasslu għal diversi mudelli ta' negozju.

L-attivitajiet ta' riċerka fl-ICT se jkunu artikolati mill-qrib ma' l-azzjonijiet ta' politika fl-applikazzjoni ta' l-ICT u mal-miżuri regolatorji fi ħdan strateġija komprensiva u olistika. Ġew stabbiliti prijoritajiet wara li saru konsultazzjonijiet estensivi, li inkludew kontributi minn għadd ta' Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u minn inizjattivi industrijali f'oqsma bħan-nano-elettronika, il-mikrosistemi, is-sistemi integrati, il-komunikazzjoni ċellulari u mingħajr fil, il-midja elettroniċi, il-fotonika, ir-robotika u s-software, is-servizzi u l-rids, inkluża il-Free, Libre and Open Source Software (FLOSS). Ser jittieħed kont ukoll ta' kwistjonijiet ta' sostenibbiltà, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-elettronika.

Attivitajiet

Ir-rwol tar-riċerka f'Teknolġiji Futuri u Emerġenti huwa partikolarment relevanti f'din it-tema sabiex tappoġġa r-riċerka fil-fruntiera tal-konoxxenza f'ICT ewlenin, u fil-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini relevanti oħra; sabiex jitrawmu ideat ġodda u użi radiklament ġodda u sabiex ikunu esplorati għażliet ġodda fir-roadmaps ta' riċerka ta' l-ICT, inkluż l-isfruttament ta' effetti quantum, l-integrazzjoni tas-sistemi u sistemi intelliġenti.

Il-Pilastri ta' l-ICT:

In-nano-elettronika, il-fotonika u s-sistemi mikro/nano integrati: li javvanzaw il-limiti tal-minjaturizzazzjoni, l-integrazzjoni, il-varjetà, il-ħażna u d-densità; iż-żieda fil-prestazzjoni u l-manifatturabbiltà b'anqas spiża; il-faċilitazzjoni ta' l-inkorporazzjoni ta' l-ICT f'firxa ta' applikazzjonijiet; punti ta' interazzjoni (interfaces); riċerka 'l fuq lejn l-oriġini li teħtieġ l-esplorazzjoni ta' kunċetti ġodda.

Networks ta' komunikazzjoni aċċessibbli minn kullimkien u ta' kapaċità bla limiti: aċċess minn kullimkien permezz ta' networks eteroġeni — networks fissi, mobbli, ta' mingħajr fil u tax-xandir li jifirxu miż-żona personali sa dik reġjonali u dik globali — li jippermettu t-twassil bla interruzzjoni ta' volumi dejjem akbar ta' data u servizzi f'kull post u f'kull ħin.

Sistemi integrati, computing u kontroll: sistemi u prodotti ta' computing, ħażna u komunikazzjoni qawwija, siguri u distribwiti, affidabbli u effiċjenti li huma integrati f'oġġetti u f'infrastrutturi fiżiċi li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom; interoperabbiltà ta' sistemi diskreti u kontinwi.

Software, Grids, sigurtà u affidabbiltà: software u servizzi dinamiċi, adattivi, affidabbli u fdati, pjattaformi għal software u servizzi, sistemi komplessi u arkitetturi ġodda ta' proċessar, inkluż il-provvista tagħhom bħala utilità.

Konoxxenza, sistemi konjittivi u ta' tagħlim: sistemi semantiċi; il-kisba u l-isfruttament tal-konoxxenza integrata fi ħdan il-kontenut tal-web u dak multimedjatiku; sistemi artifiċjali bijo-ispirati li jipperċepixxu, jifhmu, jitgħallmu u jevolvu, u jaġixxu b'mod awtonomu; it-tagħlim minn magni u bnedmin konvivjali, abbażi ta' fehim aħjar tal-konjizzjoni tal-bniedem.

Simulazzjoni, viżwalizzazzjoni, interazzjoni u realtajiet imħallta: għodod għall-proġettazzjoni innovattiva u għall-kreattività fil-prodotti, servizzi u media diġitali, u għall-interazzjoni u komunikazzjoni naturali, li jużaw il-lingwaġġ u li jkunu għonja fil-kuntest.

Perspettivi ġodda fl-ICT li jirriferu għal dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi oħra, inklużi l-kisbiet tal-konoxxenza mill-matematika u l-fiżika, il-bijoteknoloġiji, ix-xjenzi tal-materjali u tal-ħajja, għall-minjaturizzazzjoni tat-tagħmir ta' l-ICT għal daqsijiet li jippermettulhom il-kompattibbiltà u l-interazzjoni ma' organiżmi ħajjin, sabiex jiżdiedu l-prestazzjoni u l-użu faċli ta' l-inġinerija sistemika u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni, u għall-immudellar u s-simulazzjoni tad-dinja ħajja.

L-Integrazzjoni tat-Teknoloġiji:

Ambjenti personali: il-komunikazzjoni personali u t-tagħmir, aċċessorji, apparat li jintlibes u impjanti ta' computing; il-punti ta' interazzjoni u l-interkonnessjonijiet tagħhom mas-servizzi u r-riżorsi.

Ambjenti domestiċi: il-komunikazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-għajnuna; l-inter-operabbiltà u l-użu bla interruzzjoni tat-tagħmir kollu; il-kontenut u s-servizzi diġitali interattivi.

Sistemi robotiċi: sistemi awtonomi avanzati; il-konjizzjoni, il-kontroll, il-ħiliet għall-azzjoni, l-interazzjoni u l-koperazzjoni naturali; il-minjaturizzazzjoni, it-teknoloġiji umanojdi.

infrastrutturi intelliġenti: għodod li jagħmlu l-infrastrutturi li huma ta' importanza kritika għall-ħajja ta' kuljum iktar effiċjenti u faċli sabiex jintużaw, eħfef f'dak li hu adattament u manutenzjoni, u aktar robusti fl-użu u li huma reżistenti għall-ħsarat.

Ir-Riċerka dwar l-Applikazzjonijiet:

L-ICT li jindirizzaw l-isfidi tas-socjetà: sistemi ġodda, materjali, strutturi, teknoloġiji u servizzi ġodda fl-oqsma ta' interess pubbliku, li jtejbu l-kwalità, l-effiċjenza, l-aċċess u l-inklużività, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni diżabbli; applikazzjonijiet ta' użu faċli, l-integrazzjoni ta' teknoloġiji u inizjattivi ġodda bħall-għajxien domestiku megħjun (ambient assisted living).

għas-saħħa, it-titjib tal-prevenzjoni tal-mard u d-disposizzjonijiet dwar il-kura tas-saħħa, djanjosi bikrija, trattament u personalizzazzjoni; l-awtonomija, is-sigurtà, il-monitoraġġ u l-mobbiltà tal-pazjenti; spazju ta' informazzjoni dwar is-saħħa għall-kisba u l-ġestjoni tal-konoxxenza.

it-titjib ta' l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni ugwali u l-prevenzjoni tal-firdiet diġitali; it-teknoloġija assistiva għall-anzjani u għall-persuni b'diżabbiltà; proġettazzjoni għal kulħadd (design-for-all).

għall-mobbiltà; sistemi ta' trasport intelliġenti msejsa fuq l-ICT, vetturi u soluzzjonijiet ta' servizz intelliġenti għat-turiżmu li jippermettu ċ-ċaqliq tan-nies u l-merkanzija fis-sigurtà, b'mod ekoloġiku, fil-kumdità u b'mod effiċjenti.

b'appoġġ għall-ambjent, għall-immaniġġar tar-riskju u għall-iżvilupp sostenibbli, sabiex tiġi pprevenuta jew titnaqqas il-vulnerabbiltà u jiġu mitigati l-konsegwenzi ta' diżastri naturali, l-inċidenti industrijali u attivitajiet tal-bniedem relatati ma' l-iżvilupp ekonomiku.

għall-gvernijiet f'kull livell: l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà, għal amministrazzjoni pubblika ta' klassi dinjija u rabtiet maċ-ċittadini u l-azjendi, b'appoġġ għad-demokrazija, waqt li jiġi permess l-aċċess għal informazzjoni għal kulħadd.

L-ICT għall-kontenut, għall-kreatività u għall-iżvilupp personali:

mudelli ġodda tal-medja u forom ġodda ta' kontenut, inkluż id-divertiment; il-ħolqien ta' u aċċess għal kontenut diġitali interattiv; l-arrikkiment ta' l-esperjenzi ta' l-utenti; il-forniment effettiv fl-infiq tal-kontenut; ġestjoni ta' drittijiet diġitali; medja ibrida.

tagħlim arrikkit bit-teknoloġija; soluzzjonijiet adattivi u kuntestwalizzati ta' tagħlim; tagħlim attiv.

sistemi msjesa fuq l-ICT li jappoġġaw l-aċċessibbiltà u l-użu fuq tul ta' żmien tar-riżorsi u l-assi diġitali kulturali u xjentifiċi, f'ambjent multilingwistiku/ multikulturali u li jinkludi fir-rigward tal-wirt kulturali.

L-ICT fl-appoġġ għall-azjendi u l-industrija:

forom ġodda ta' proċessi azjendali f'network, dinamiċi u koperattivi, eko-sistemi diġitali inkluż sabiex tingħata aktar setgħa lil organizzazzjonijiet u komunitajiet żgħar u ta' daqs medju; organizzazzjoni ottimizzata tax-xogħol u ambjenti tax-xogħol kollaborattivi bħall-kondiviżjoni tal-konoxxenza u servizzi interattivi (p.e. għat-turiżmu).

il-manifattura inklużi l-industriji tradizzjonali: il-proġettazzjoni rapida u adattabbli, il-produzzjoni u l-kunsinna ta' oġġetti speċifikament adattati għal użu partikolari; il-produzzjoni diġitali u virtwali; għodod għall-immudellar, simulazzjoni, ottimizzazzjoni u preżentazzjoni; prodotti ta' l-ICT minjaturizzati u integrati.

L-ICT għall-fiduċja u l-kunfidenza: l-amministrazzjoni ta' l-identità; l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni; teknoloġiji li jtejbu l-privatezza; amministrazzjoni ta' drittijiet u ta' assi; protezzjoni mit-theddid informatiku, f'koordinazzjoni ma' temi oħra, b'mod partikulari t-tema ta' “Sigurtà”.

4.   Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda

Objettiv

It-titjib tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u l-ġenerazzjoni tal-konoxxenza sabiex tiġi żgurata t-trasformazzjoni tagħha minn industrija li sserraħ primarjament fuq ir-riżorsi għal waħda li sserraħ primarjament fuq il-konoxxenza, bil-ġenerazzjoni ta' bidliet gradwali fil-konoxxenza u bl-implimentazzjoni ta' konoxxenza deċiżiva għal applikazzjonijiet ġodda f'salib it-toroq bejn teknoloġiji u dixxiplini differenti. Dan ikun ta' benefiċċju kemm għal industriji ġodda ta' teknoloġija għolja kif ukoll għal industriji tradizzjonali bbażati fuq il-konoxxenza ta' valur iktar għoli, b'attenzjoni partikolari għad-disseminazzjoni xierqa ta' riżultati ta' RTD lill-SMEs. Dawn l-attivitajiet huma primarjament ikkonċernati li jippermettu teknoloġiji li għandhom impatt fuq is-setturi industrijali kollha u ħafna temi tas-Seba' Programm Kwadru oħra.

Motivazzjoni

Id-diffikultajiet li qed jiżdiedu li jaffetwaw ħafna attivitajiet industrijali ma jidhirx li baqgħu ristretti għas-setturi tradizzjonali li jserrħu l-aktar fuq ix-xogħol, imma bdew jinħassu wkoll f'setturi intermedji — li jikkostitwixxu l-punti qawwija stabbiliti ta' l-industrija Ewropea — u saħansitra f'xi setturi ta' teknoloġija avvanzata. Bażi industrijali b'saħħitha għandha tinżamm billi jissaħħaħ il-kontenut tal-konoxxenza fl-industrija eżistenti kif ukoll billi tinbena, fl-Ewropa, industrija b'saħħitha, ibbażata fuq il-konoxxenza u li sserraħ primarjament fuq il-konoxxenza, waqt li ssir enfasi fuq l-isfruttament ta' riċerka bażika għal applikazzjonijiet industrijali. Dan ser jinkludi l-modernizzazzjoni tal-bażi ta' SMEs eżistenti u l-ħolqien u t-tkabbir sussegwenti ta' SMEs ġodda mmexxija mill-konoxxenza permezz tad-disseminazzjoni tal-konoxxenza u l-kompetenzi u permezz ta' programmi kollaborattivi.

Il-kompetittività ta' l-industrija fil-futur ser tiddipendi ħafna fuq in-nano-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħhom. L-RTD fin-nano-xjenzi u n-nano-teknologiji integrati minn diversi oqsma jista' jaċċelera t-trasformazzjoni ta' l-industrija Ewropea. L-UE għandha pożizzjoni rikonoxxuta ta' tmexxija f'oqsma bħan-nano-xjenzi, in-nano-teknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji ta' produzzjoni, li għandha tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata u mkabbra l-pożizzjoni ta' l-UE f'kuntest globali ta' kompetizzjoni qawwija.

Materjali bi proprjetajiet ġodda huma ċentrali għall-kompetittività futura ta' l-industrija Ewropea u l-bażi għal progress tekniku f'ħafna oqsma.

Prijoritajiet relevanti għall-industrija u l-integrazzjoni tagħhom għal applikazzjonijiet settorali jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' attivitajiet bħall-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej f'oqsma bħan-nano-elettronika, il-manifattura, il-ġenerazzjoni ta' ħolqien ta' l-enerġija, l-azzar, il-kimika, l-enerġija, l-industrija tat-trasport, il-kostruzzjoni, is-sigurtà industrijali, it-tessuti, iċ-ċeramika, l-industrija bbażata fuq il-foresti u n-nano-mediċina. Dan se jgħin sabiex jiġu stabbiliti prijoritajiet u miri komuni ta' riċerka. Barra minn hekk, b'risposta flessibbli għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda li jirriżultaw matul ħajjet is-Seba' Programm Kwadru, ser jiġu indirizzati l-kwistjonijiet relevanti dwar il-politika, ir-regolamentazzjoni u l-istandardizzazzjoni, u l-impatt.

Attivitajiet

Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji

Il-ġenerazzjoni ta' konoxxenza ġdida dwar fenomeni li jiddipendu fuq interface u daqs; il-kontroll fuq skala nanometrika tal-proprjetajiet tal-materjali għal applikazzjonijiet ġodda; l-integrazzjoni fuq skala nanometrika ta' teknoloġiji inklużi monitoraġġ u sensing; il-proprjetajiet ta' assemblaġġ awtomatiku; in-nano-muturi; in-nano-magni u n-nano-sistemi; il-metodi u l-għodod għall-karatterizzazzjoni u l-manipulazzjoni fuq dimensjonijiet nanometriċi; nano-teknoloġiji u dawk ta' preċiżjoni għolja fil-kimika għall-manifattura ta' materjali u komponenti bażiċi; l-istudju u l-produzzjoni ta' komponenti nanometriċi preċiżi; l-impatt fuq is-sigurtà tal-bniedem, is-saħħa u l-ambjent; il-metroloġija, il-monitoraġġ u s-sensing, in-nomenklatura u l-istandards; l-esplorazzjoni ta' kunċetti u approċċi ġodda għal applikazzjonijiet settorali, inkluż l-integrazzjoni u l-konverġenza ta' teknoloġiji emerġenti. L-attivitajiet ser jinvestigaw ukoll l-impatt tan-nano-teknoloġija fuq is-soċjetà u r-relevanza tan-nano-xjenza u t-teknoloġija għas-soluzzjoni tal-problemi tas-soċjetà.

Materjali

Il-ġenerazzjoni ta' konoxxenza ġdida dwar materjali u superfiċji bi prestazzjoni għolja għal prodotti u proċessi ġodda kif ukoll għat-tiswija tagħhom; materjali msejsa fuq il-konoxxenza, bi proprjetajiet imfassla apposta u bi prestazzjoni prevedibbli; disinn u simulazzjoni aktar affidabbli; mudellar tal-computing; kumplessità akbar; kompatibbiltà ambjentali; l-integrazzjoni ta' funzjonalità nano-mikro-makro fl-industriji tat-teknoloġija kimika u ta' l-ipproċessar tal-materjali; nano-materjali ġodda, inkluzi nano-komposti, bijo-materjali, u materjali ibridi, inkluż id-disinn u l-kontroll ta' l-ipproċessar, il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tagħhom.

Produzzjoni Ġdida

Il-ħolqien ta' kondizzjonijiet u assi għall-produzzjoni sostenibbli li sserraħ primarjament fuq il-konoxxenza, inkluż il-bini, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' mudelli ġodda li jirrispondu għal ħtiġijiet emerġenti ta' l-industrija u t-trawwim tal-modernizzazzjoni tal-bażi ta' l-industrija Ewropea; l-iżvilupp ta' assi ġeneriċi ta' produzzjoni għall-produzzjoni adattiva, msejsa fuq il-konoxxenza, u fi ħdan network; l-iżvilupp ta' kunċetti ġodda fl-inġinerija li jisfruttaw il-konverġenza tat-teknoloġiji (per eżempju tekonololġiji nano, mikro, bijo, ġeo, info, ottiċi, konjittivi, flimkien mal-ħtiġijiet ta' l-inġinerija tagħhom) għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' prodotti u servizzi ġodda jew imġedda b'valur miżjud għoli, u l-adattament għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu; l-użu ta' teknoloġiji ta' produzzjoni ta' prestazzjoni għolja.

Integrazzjoni tat-teknoloġiji għal applikazzjonijiet industrijali

L-integrazzjoni ta' konoxxenza ġdida, nano- u mikro-teknoloġiji, materjali u produzzjoni f'applikazzjonijiet settorali jew trans-settorali, f'oqsma bħalma huma: is-saħħa, l-ikel, il-kostruzzjoni u l-bini, it-trasport, l-enerġija, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-kimika, l-ambjent, it-tessuti u l-ħwejjeġ, iż-żraben, l-industrija bbażata fuq il-foresti, l-azzar, l-inġinerija mekkanika.

5.   Enerġija

Objettiv

L-adattament tas-sistema attwali ta' enerġija f'waħda iktar sostenibbli, inqas dipendenti fuq il-karburanti importati u bbażat fuq taħlita varja ta' sorsi ta' enerġija, b'mod partikolari dawk rinnovabbli, it-trasportaturi ta' l-enerġija u s-sorsi li ma jniġġsux; it-tisħiħ ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż permezz ta' razzjonalizzazzjoni ta' l-użu u l-ħażna ta' l-enerġija; l-indirizzar ta' l-isfidi urġenti tas-sigurtà tal-provvista u l-bidla fil-klima, filwaqt li tiżdied il-kompetittività ta' l-industriji ta' l-Ewropa.

Motivazzjoni

Is-sistemi ta' l-enerġija għandhom quddiemhom sfidi kbar. Hemm bżonn urġentement li jiġu identifikati u żviluppati soluzzjonijiet adegwati u f'waqthom fid-dawl tat-tendenzi allarmanti fit-talba globali għall-enerġija, tan-natura limitata tar-riżervi konvenzjonali taż-żejt u l-ġass naturali u tal-bżonn li jitrażżnu drammatikament l-emissjonjiet tal-gassijiet serra bil-għan li jiġu mitigati l-konsegwenzi devastanti tal-bidla fil-klima, tal-volatilità danneġġanti tal-prezzijiet taż-żejt (b'mod partikolari għas-settur tat-trasport, li jiddipendi ħafna fuq iż-żejt) u ta' l-instabbiltà ġeopolitika tar-reġjuni fornituri. Ir-riċerka dwar l-enerġija hija kontribut importanti biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-industriji tagħna jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispiża għall-enerġija. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni huma meħtieġa sabiex jiġu pprovduti t-teknoloġiji u l-miżuri l-iktar sodi mill-aspett ambjentali u effettivi fin-nefqa, b'tali mod li l-Ewropa tkun tista' tilħaq il-miri tagħha skond il-Protokoll ta' Kyoto u lil hinn minnu, u sabiex twettaq l-impenji li ħadet fil-politika ta' l-enerġija tagħha, kif deskritti fil-Green Paper ta' l-2000 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija (7), il-Green Paper ta' l-2005 dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija (8) u l-Green Paper ta' l-2006 dwar strateġija Ewropea għall-enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura (9).

L-Ewropa żviluppat pożizzjoni ta' tmexxija dinjija f'għadd ta' teknoloġiji għall-ġenerazzjoni u l-effiċjenza ta' l-enerġija. Hija l-pijuniera fit-teknoloġiji moderni ta' l-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mix-xemx, bijo-enerġija u l-enerġija mir-riħ. L-UE hija wkoll kompetitriċi dinjija fit-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija, u għandha kapaċità qawwija ta' riċerka fil-qasam ta' l-akkwiżizzjoni u l-iżolament tal-karbonju. Madankollu, dawn il-pożizzjonijiet issa qed jiffaċċaw kompetizzjoni serja (b'mod partikolari mill-USA u l-Ġappun). Għalhekk l-Ewropa għandha żżomm u tiżviluppa l-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha li teħtieġ sforzi sostanzjali u kollaborazzjoni internazzjonali.

It-trasformazzjoni radikali tas-sistema ta' l-enerġija f'sistema ta' l-enerġija li temetti inqas jew l-ebda CO2, affidabbli, kompetittiva u sostenibbli tirrikjedi teknoloġiji ġodda u materjali ġodda li jġorru magħhom riskji li huma kbar wisq u li l-qligħ huwa wisq inċert sabiex l-azjendi privati jipprovdu l-investiment kollu meħtieġ għar-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku għandu jkollu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni ta' l-investiment privat u l-isforzi u r-riżorsi Ewropej għandhom jiġu magħquda flimkien b'mod iktar koerenti u effettiv, sabiex jikkompetu ma' l-ekonomiji li qed jinvestu ħafna u b'mod konsistenti f'teknoloġiji simili. Il pjattaformi teknoloġiċi Ewropej għandhom rwol importanti f'dan ir-rigward, billi jimmobilizzaw l-isforz ta' riċerka meħtieġ b'mod koordinat. L-attivitajiet sabiex jilħqu dan l-objettiv huma nmiżżla hawn taħt. Iżjed effiċjenza fis-sistema kollha ta' l-enerġija, mis-sors sa l-utent, hija essenzjali u l-bażi tat-Tema ta' l-Enerġija kollha. Minħabba l-kontribut importanti tagħhom għal sistemi ta' l-enerġija sostenibbli, dawk li jiġġeddu u l-effiċjenza ta' l-enerġija għall-użu aħħari fil-futur ser ikunu l-parti prinċipali ta' din it-Tema. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-istimulazzjoni ta' riċerka, żvilupp u demostrazzjoni u lill-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità f'dan il-qasam. F'dan ir-rigward se jiġu sfruttati b'mod sħiħ sinerġiji mal-komponent tal-Programm ta' “Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa” tal-Programm ta' Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Ser jiġi esplorat ukoll il-potenzjal għal inizjattivi futuri fuq skala kbira li jintegraw finanzjament minn diversi sorsi (eżempju JTI).

Hija inkluża attività speċifika dwar il-konoxxenza fit-tfassil ta' politika dwar l-enerġija, attività li tista' toffri appoġġ ukoll għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jirriżultaw, per eżempju fir-rigward tar-rwol tal-politika Ewropea dwar l-enerġija fl-iżviluppi ta' l-azzjonijiet internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, u l-instabbilitajiet jew id-disturbi fil-provvista u fil-prezz ta' l-enerġija.

Attivitajiet

Idroġenu u fuel cells

Azzjoni integrata sabiex tipprovdi pedament teknoloġiku sod għal industriji kompetittivi ta' l-UE fl-oqsma ta' fuel cells u l-idroġenu, għal applikazzjonijiet fissi, li jinġarru u għat-trasport. Il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għall-Idroġenu u għall-Fuel Cells tikkontribwixxi għal din l-attività billi tipproponi strateġija integrata għar-riċerka u l-implimentazzjoni.

Ġenerazzjoni ta' elettriku rinnovabbli

Teknoloġiji sabiex tiżdied l-effiċjenza ġenerali tal-konverżjoni, l-effiċjenza fl-ispiża u affidabbiltà, li tnaqqas in-nefqa fuq il-produzzjoni ta' l-elettriku minn sorsi ta' l-enerġija indiġeni u rinnovabbli, inkluż l-iskart, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji adatti għal kondizzjonijiet reġjonali differenti.

Produzzjoni ta' karburant rinnovabbli

Sistemi integrati għall-produzzjoni ta' karburant u teknoloġiji ta' konverżjoni: sabiex jiġi żviluppat u mnaqqas il-kost unitarju ta' karburanti solidi, likwidi u f'forma ta' gass (inkluż l-idroġenu) prodotti minn għejun ta' l-enerġija rinnovabbli inkluż il-bijomassa u l-iskart, bil-għan ta' produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni u użu effettiv fl-infiq ta' karburanti li huma newtri fir-rigward tal-karbonju, b'mod partikolari il-bijo-karburanti għall-użu fit-trasport u l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku.

Enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji u apparat inklużi teknoloġiji ta' ħażna sabiex tiżdied l-effiċjenza u tonqos in-nefqa fuq it-tisħin u t-tkessiħ attiv u passiv minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'tali mod li jiġi żgurat l-użu tagħhom f'kondizzjonijiet reġjonali differenti fejn jista' jiġi identifikat potenzjal suffiċjenti.

Teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna tas-CO2 għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija mingħajr emissjonijiet

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jitnaqqas drastikament l-impatt ambjentali ta' l-użu tal-karburanti fossili bil-għan li jkun hemm impjanti ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija u/jew is-sħana b'effiċenza għolja u effettivi fl-infiq li jqarrbu lejn l-assenza sħiħa ta' emissjonijiet, ibbażati fuq teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna tas- CO2 b'mod partikolari l-ħażna taħt l-art.

Teknoloġiji nodfa tal-faħam

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jittejbu sostanzjalment l-effiċjenza, l-affidabbiltà u n-nefqa ta' l-impjanti, permezz ta' l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa ta' konverżjoni, inklużi proċessi kimiċi, tal-faħam u karburanti solidi oħra, li jipproduċu wkoll ġarriera sekondarji ta' l-enerġija (inkluż l-idroġenu) u karburanti likwidi jew f'forma ta' gass. L-attivitajiet ser ikunu marbuta skond il-każ ma' teknoloġiji għall-qbid u l-ħażna tas- CO2 jew ma' l-użu konġunt tal-bijomassa.

Networks intelliġenti ta' l-enerġija

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni dwar kif tiżdied l-effiċjenza, is-sigurtà, l-affidabbiltà u l-kwalità tas-sistemi Ewropej ta' l-elettriku u tal-gass u tan-networks b'mod partikolari fil-kuntest ta' suq Ewropew ta' l-enerġija iktar integrat p. eż. permezz tat-trasformazzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku attwali f'network interattiv (klijenti/operaturi) ta' servizz, permezz ta' l-iżvilupp ta' għażliet għall-ħażna ta' l-enerġija u tat-tneħħija ta' l-ostakoli għall-implimentazzjoni fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta' sorsi ta' l-enerġija distribwiti u rinnovabbli.

L-effiċjenza u l-ekonomija fl-użu ta' l-enerġija

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' kunċetti ġodda, ottimizzazzjoni ta' kunċetti u teknoloġiji ppruvati sabiex jittejbu l-effiċjenza enerġetika u sabiex jippermettu aktar ekonomija fuq il-konsum aħħari u primarju ta' l-enerġija tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom, għall-bini (inkluż fid-dawl), it-trasport, is-servizzi u l-industrija. Dan jinkludi l-integrazzjoni ta' l-istrateġiji u t-teknoloġiji għall-effiċjenza enerġetika (inkluż ko- u poli-ġenerazzjoni), l-użu ta' teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda u rinnovabbli u miżuri u apparat għall-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija, u d-dimostrazzjoni ta' bini ta' impatt minimu fuq il-klima.

Konoxxenza għat-tfassil tal-politika dwar l-enerġija

L-iżvilupp ta' għodod, metodi u mudelli għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali ewlenin relatati mat-teknoloġiji ta' l-enerġija, u sabiex jipprovdu miri u xenarji kwantifikabbli għall-perijodu medju u fit-tul (inkluż l-għoti ta' appoġġ xjentifiku għall-iżvilupp tal-politika).

6.   Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

Objettiv

L-immaniġġar sostenibbli ta' l-ambjent u r-riżorsi tiegħu permezz ta' l-avvanzi fil-konoxxenza dwar l-interazzjonijiet bejn il-klima, il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet globali ta' l-ambjent jiġu indirizzati b'mod integrat. Ser issir enfasi fuq it-tbassir tat-tibdil fil-klima, l-ekoloġija u s-sistemi ta' l-art u ta' l-oċeani; fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-adattament tal-pressjonijiet u r-riskji ambjentali inklużi riskji għas-saħħa, u għodod u teknoloġiji għas-sostenibbiltà ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Motivazzjoni

Il-problemi ambjentali jmorru 'l hinn mill-fruntieri nazzjonali, u jeħtieġu approċċ koordinat fil-livell pan-Ewropew u, ħafna drabi, saħansitra fuq livell globali. Ir-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent magħmul mill-bniedem jinsabu taħt pressjoni qawwija mill-popolazzjoni li qed tikber, l-urbanizzazzjoni, il-kostruzzjoni, l-espansjoni kontinwa ta' l-agrikoltura, l-akwa-kultura, is-sajd, is-setturi tat-trasport u l-enerġija, kif ukoll mill-varjabbiltà tal-klima u ż-żieda fit-temperatura fuq skala lokali, reġjonali u globali. L-Ewropa jeħtiġilha tidħol f'relazzjoni sostenibbli ġdida ma' l-ambjent, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività u ssaħħaħ l-industrija Ewropea. Fid-dawl ta' l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta' kumplessità tar-riċerka ambjentali, jeħtieġ li jkun hemm koperazzjoni mifruxa ma' l-UE kollha sabiex tinkiseb il-massa kritika. Din ser tiffaċilita l-ippjanar komuni, l-użu ta' databases konnessi u inter-operabbli, u l-iżvilupp ta' sistemi ta' osservazzjoni u previżjoni koerenti u fuq skala kbira. Ir-riċerka għandha tindirizza l-ħtieġa għal ġestjoni ta' data u s-servizzi ta' informazzjoni u l-problemi dwar trasferiment, integrazzjoni u mapping ta' data.

Jeħtieġ li ssir riċerka fil-livell ta' l-UE għall-implimentazzjoni ta' l-impenji internazzjonali bħalma huma l-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCC) u l-protokoll ta' Kyoto tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Desertifikazzjoni, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Orġaniċi Persistenti li Jniġġsu, l-objettivi tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2002, inkluż l-Inizjatttiva ta' l-UE dwar l-Ilma, u l-kontributi lill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima u l-inizjattiva dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja.

Barra minn hekk hemm ħtiġijiet sinifikattivi ta' riċerka li jirriżultaw mil-linji politiċi eżistenti u emerġenti fil-livell ta' l-UE, l-implimentazzjoni tas-Sitt Pjan ta' Azzjoni Ambjentali u strateġiji tematiċi assoċjati (p. eż. l-istrateġija ta' l-UE dwar il-baħar), il-pjanijiet ta' azzjoni, il-programmi u d-direttivi dwar it-Teknoloġiji Ambjentali u l-Ambjent u s-Saħħa, id-Direttiva Kwadru dwar l-Ilma u NATURA 2000.

L-UE jeħtiġilha ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fit-teknoloġiji ambjentali fis-swieq dinjija. Dawn it-teknoloġiji jikkontribwixxu għal konsum u produzzjoni sostenibbli, billi jgħinu sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli, billi jipprovdu soluzzjonijiet eko-effiċjenti għall-problemi ambjentali fuq skali differenti, filwaqt li jipproteġu l-wirt kulturali u naturali tagħna. Il-ħtiġijiet ambjentali jaħdmu bħala stimulu għall-innovazzjoni u jistgħu joħolqu opportunitajiet kummerċjali u kompetittività akbar filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw futur aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej dwar il-provvista ta' l-ilma, s-sanità u l-kimika sostenibbli jikkonfermaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fuq il-livell ta' l-UE, u l-aġendi ta' riċerka tagħhom huma meqjusa fl-attivitajiet ta' hawn taħt. Pjattaformi oħra (p. eż. dwar il-kostruzzjoni u l-forestrija) parzjalment jittrattaw kwistjonijiet ta' teknoloġija ambjentali, u qed jitqiesu wkoll. Il-kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi jinfluwenzaw partikolarment b'mod qawwi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ambjentali u l-introduzzjoni tagħhom fuq is-suq u l-applikazzjoni sussegwenti tagħhom, kif inhu l-każ, per eżempju, fl-immaniġġar tar-riżorsi ta' l-ilma. L-attivitajiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti soċjo-ekonomiċi ta' linji politiċi u żviluppi teknoloġiċi, kull meta relevanti għas-suġġett.

Hawn taħt qed tiġi elenkata sensiela ta' attivitajiet (10), li ħafna minnhom huma ta' relevanza diretta għall-ħtiġijiet tal-politika. Madankollu, appoġġ addizzjonali jista' jingħata lil ħtiġijiet ġodda ta' politika li jirriżultaw, per eżempju rigward valutazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-sostenibbiltà tal-linji politiċi ta' l-UE; is-segwitu għall-azzjoni ta' wara Kyoto dwar il-didla fil-klima; u oqsma ġodda tal-politika ambjentali bħalma huma dawk fl-Istrateġija Ewropea dwar il-Ħamrija u li għandhom x'jaqsmu mal-politika, l-istandards u r-regolamenti marittimi.

Attivitajiet

Bidla fil-klima, tniġġis u riskji

Pressjonijiet fuq l-ambjent u l-klima: funzjonament tal-klima u tas-sistema terrestri u tal-baħar inklużi r-reġjuni polari; miżuri ta' adattament u ta' mitigazzjoni; tniġġis fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma; bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u fiċ-ċiklu ta' l-ilma; interazzjonijiet globali u reġjonali bejn il-klima u l-atmosfera, wiċċ l-art, is-silġ u l-oċean; u impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti taż-żieda fil-livell tal-baħar fuq żoni kostali u impatti fuq żoni partikolarment sensittivi.

Ambjent u saħħa: interazzjoni bejn il-fatturi ta' stress ambjentali u s-saħħa tal-bniedem, inkluż l-identifikazzjoni ta' għejun, ir-riċerka dwar bijomonitoraġġ għas-saħħa relatata ma' l-ambjent, il-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa u r-rabtiet ma' l-ambjent ta' ġewwa, ambjent urban, emissjonijiet mill-karozzi u impatt u fatturi ta' riskju emerġenti; metodi integrati ta' valutazzjoni tar-riskji għal sustanzi perikolużi, inkluż l-alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali; kwantifikazzjoni u analiżi ta' kost-benefiċċju tar-riskji ambjentali għas-saħħa u indikaturi għal strateġiji ta' prevenzjoni.

Perikli naturali: titjib tal-previżjoni u l-perikli integrati, — il-vulnerabbiltà — u l-valutazzjonijiet tar-riskji ta' diżastri relatati ma' perikli ġeoloġiċi (bħalma huma t-terremoti, il-vulkani, it-tsunami) u l-klima (bħalma huma t-tempesti, in-nixfa, l-għargħar, in-nirien tal-foresti, iċ-ċediment ta' l-art, il-valangi u avvenimenti estremi oħra) u l-impatt tagħhom; żvilupp ta' sistemi tat-twissija bikrija u titjib ta' l-istrateġiji ta' prevenzjoni, mitigazzjoni u mmaniġġar, ukoll fi ħdan approċċ li jindirizza numru ta' riskji.

L-Immaniġġar Sostenibbli tar-Riżorsi

Il-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali u dawk magħmula mill-bniedem u l-bijodiversità: ekosistemi; l-immaniġġar tar-riżorsi ta' l-ilma; l-immaniġġar u l-prevenzjoni ta' l-iskart; il-protezzjoni u l-immaniġġar tal-bijodiversità, inkluż il-kontroll ta' speċijiet aljeni invażivi, il-protezzjoni tal-ħamrija, ta' qiegħ il-baħar, tal-laguni u taż-żoni kostali, approċċi kontra d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni ta' l-art, il-preservazzjoni tal-pajsaġġ; l-użu u l-immaniġġar sostenibbli tal-foresti; l-immaniġġar sostenibbli u l-ippjanar ta' l-ambjent urban, inkluż żoni post-industrijalizzati; is-servizzi ta' ġestjoni ta' data u ta' l-informazzjoni; il-valutazzjoni u l-antiċipazzjoni fir-rigward ta' proċessi naturali.

L-immaniġġar ta' l-ambjenti ta' l-ibħra: impatti ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent tal-baħar u r-riżorsi tiegħu; it-tniġġis u l-ewtrofikazzjoni f'ibħra reġjonali u żoni kostali; l-ekosistemi tal-baħar fond; il-valutazzjoni tat-tendenzi fil-bijodiversità fl-ibħra, tal-proċessi fl-ekosistemi u taċ-ċirkolazzjoni oċeanika; il-ġeoloġija ta' qiegħ il-baħar; żvilupp ta' strateġiji, kunċetti u għodod għal użu sostenibbli ta' l-oċean u r-riżorsi tiegħu.

Teknoloġiji Ambjentali

Teknoloġiji ambjentali għall-osservazzjoni, is-simulazzjoni, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, l-adattament, ir-rimedjar u r-restawr ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem: relatati ma' l-ilma, il-klima, l-arja, il-baħar, l-ambjent urban u rurali, il-ħamrija, it-trattament ta' l-iskart, ir-riċiklaġġ, proċessi ta' produzzjoni ndaf u prodotti sostenibbli, is-sigurtà tal-kimiċi.

Il-protezzjoni, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt kulturali, inkluż il-ħabitat uman: valutazzjoni mtejba tal-ħsara fuq wirt kulturali, żvilupp ta' strateġiji innovattivi ta' konservazzjoni; trawwim ta' l-integrazzjoni ta' wirt kulturali fl-ambjent urban.

Valutazzjoni, verifika u ttestjar tat-teknoloġija: metodi u għodod għall-valutazzjoni tar-riskji ambjentali u taċ-ċiklu tal-ħajja ta' proċessi, teknoloġiji u prodotti, inklużi strateġiji alternattivi għal ittestjar u b'mod partikolari metodi sabiex kimiċi industrijali ma jiġux ittestjati fuq l-annimali; appoġġ għall-pjattaformi sostenibbli dwar kimika, it-teknoloġija dwar is-settur tal-foresti, il-provvista ta' l-ilma u s-sanità (11); aspetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta' programm Ewropew futur għall-verifika u l-ittestjar tat-teknoloġiji ambjentali, li jikkomplementaw strumenti ta' valutazzjoni minn partijiet terzi.

Osservazzjoni tad-dinja u għodod ta' valutazzjoni

Sistemi ta' osservazzjoni tad-dinja u l-oċean u metodi ta' monitoraġġ għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli: kontribut għall-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' sistemi ta' osservazzjoni għal kwistjonijiet ambjentali u ta' sostenibbiltà fil-qafas ta' GEOSS (li l-GMES hija komplementari għaliha); interoperabblità bejn is-sistemi u ottimizzazzjoni ta' l-informazzjoni għall-fehim, l-immudellar u t-tbassir ta' fenomeni ambjentali, għall-valutazzjoni, l-esplorazzjoni u l-immaniġġar tar-riżorsi naturali.

Metodi ta' previżjoni u għodod ta' valutazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli b'kont meħud ta' l-iskali differenti ta' osservazzjoni: il-mudellar ta' rabtiet bejn l-ekonomija/l-ambjent/is-soċjetà, inkluż strumenti bbażati fuq is-suq, esternalitajiet, valuri ta' limitu u l-iżvilupp tal-bażi tal-konoxxenza u metodoloġiji għall-valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-sostenibbiltà fi kwistjonijiet ewlenin bħall-użu ta' l-art u kwistjonijiet dwar il-baħar; żvilupp urban, tensjonijiet soċjali u ekonomiċi relatati mal-bidla fil-klima.

7.   Trasport (inkluża l-aeronawtika)

Objettiv

Abbażi ta' avvanzi teknoloġiċi u operattivi u tal-politika Ewropea tat-trasport, l-iżvilupp ta' sistemi integrati Pan-Ewropej tat-trasport li jkunu aktar siguri, “ekoloġiċi” u “intelliġenti” għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha, politika dwar is-soċjetà u l-klima, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u l-iżgurar u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetittività miksuba mill-industriji Ewropej fis-suq globali.

Motivazzjoni

It-trasport huwa wieħed mill-oqsma fejn l-Ewropa hija b'saħħitha — is-settur tat-trasport bl-ajru jikkontribwixxi għal 2,6 % tal-PGD ta' l-UE (bi 3.1 miljun impjieg) u l-qasam tat-trasport tal-wiċċ jiġġenera 11 % tal-PGD ta' l-UE (filwaqt li jimpjega madwar 16-il miljun persuna). Madankollu, it-trasport huwa responsabbli għal 25 % ta' l-emissjonijiet tas-CO2 kollha fl-UE, u minn hawn toħroġ il-ħtieġa assoluta li s-sistema ssir aktar “ħadra” sabiex jiġu żgurati mudelli aktar sostenibbli tat-trasport kif ukoll il-kompatibbiltà mar-rati ta' tkabbir, kif żviluppat fil-White Paper dwar “Politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu” (12).

It-tkabbir ta' l-UE (żieda ta' 25 % ta' wiċċ l-art u ta' 20 % fil-popolazzjoni) u l-iżvilupp ekonomiku ta' l-UE jippreżentaw sfidi ġodda għat-trasport effiċjenti, effettiv fl-infiq, u sostenibbli tal-persuni u tal-merkanzija. It-trasport għandu wkoll relevanza diretta għal linji politiċi ewlenin oħra, bħalma huma l-kummerċ, il-kompetizzjoni, l-impjiegi, l-ambjent, il-koeżjoni, l-enerġija, is-sigurtà u s-suq intern.

Biex jiġi żgurat il-vantaġġ teknoloġiku kompetittiv fis-swieq dinjija, ma nistgħux ngħaddu mingħajr l-investiment fl-RTD fl-industriji tat-trasport Ewropej (13). Attivitajiet fil-livell Ewropew ser jistimolaw ukoll ir-ristrutturar ta' l-industrija, inklużi l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista u, b'mod partikolari, l-SMEs.

L-aġendi ta' riċerka li żviluppaw il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (14) jappoġġaw il-ħtieġa li tittieħed perspettiva ġdida ta' “sistemi tat-trasport”, li tqis l-interazzjonijiet tal-vetturi jew bastimenti, in-networks u l-infrastrutturi tat-trasport jew l-infrastruttura u l-użu tas-servizzi tat-trasport, ħaġa li tista' tiġi żviluppata biss fuq il-livell Ewropew. L-ispejjeż ta' l-RTD f'dawn l-oqsma kollha qed jikbru sostanzjalment, u l-attività kollaborattiva fuq il-livell ta' l-UE hija essenzjali sabiex “massa kritika” ta' fornituri diversi ta' l-RTD tkun tista' tindirizza l-isfidi ta' skala u ta' multidixxiplinarjetà b'mod effettiv fl-infiq, kif ukoll li tilqa' għall-isfidi politiċi, teknoloġiċi u soċjo-ekonomiċi fuq kwistjonijiet bħall-“karozza nadifa u żgura” tal-ġejjieni, l-interoperabbiltà u l-intermodalità, b'referenza partikolari rigward it-trasport fuq l-ilma u bil-ferrovija, abbordabbiltà, sigurtà, kapaċità, u impatti ambjentali u fuq is-sigurtà f'Unjoni mkabbra. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' appoġġ għas-sistema Galileo u għall-applikazzjonijiet tagħha ser ikun essenzjali fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi Ewropej.

Minbarra r-relevanza qawwija għall-industrija tat-temi u l-attivitajiet stabbiliti hawn taħt, il-ħtiġiijet ta' dawk li jfasslu l-politika ser jiġu indirizzati b'mod integrat li jkopri l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-politika tat-trasport. Barra minn hekk, ser jingħata wkoll appoġġ għal rispons għall-ħtiġijiet politiċi eżistenti, kif ukoll dawk ġodda, per eżempju rigward l-iżviluppi fil-politika marittima jew l-implimentazzjoni tas-Sema Uniku Ewropew.

Attivitajiet

Aeronawtika u trasport bl-ajru

Lejn trasport bl-ajru iktar favur l-ambjent: it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, inklużi l-gassijiet serra u d-disturb mill-istorbju, li jinkorpora ħidma fuq magni u fuq karburanti alternattivi, strutturi u proġettazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru ġodda inklużi inġenji li jaħdmu bir-rotors (inklużi ħelikopters u tiltrotors), operazzjonijiet ta' l-ajruporti u l-ġestjoni tat-traffiku.

Żieda fl-effiċjenza fil-ħin: titjib fl-effiċjenza ta' l-iskedi operativi b'fokus fuq sistemi innovattivi għall-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru konformi ma' l-implimentazzoni effettiva tal-politika ta' Sema Uniku li jintegraw il-komponenti ta' l-ajru, ta' l-art u ta' l-ispazju, inklużi l-fluss tat-traffiku u aktar awtonomija għall-inġenji ta' l-ajru.

L-iżgurar tas-sodisfazzjon u s-sigurtà tal-klijent: titjib fil-kumdità tal-passiġġieri, servizzi innovattivi matul it-titjira u trattament iktar effiċjenti tal-passiġġieri; titjib fl-aspetti kollha tas-sigurtà tat-trasport bl-ajru; għażla akbar ta' tipi ta' inġenji ta' l-ajru, minn inġenji kbar għal dawk iżgħar adatti għal applikazzjonijiet differenti (inklużi applikazzjonijiet reġjonali).

Titjib fl-effettività fl-infiq: tnaqqis fl-infiq marbut ma' l-iżvilupp tal-prodott, mal-manifattura u l-ispejjeż ta' l-operat, b'enfasi fuq manutenzjoni innovattiva u li ma jkunx hemm ħtieġa ta' manutenzjoni, fuq tiswija u ispezzjoni, fuq l-inġenji ta' l-ajru, fuq iktar użu ta' l-awtomazzjoni u s-simulazzjoni.

Protezzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru u tal-passiġġieri: titjib fil-miżuri ta' protezzjoni għall-vjaġġatur, l-ekwipaġġ, l-inġenju ta' l-ajru u s-sistema tat-trasport bl-ajru, bħalma huma metodi mtejba ta' data u ta' identifikazzjoni, il-protezzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru minn attakki, il-proġettazzjoni mtejba tas-sigurtà ta' l-ajruplani.

Riċerka ta' avangwardja għat-trasport bl-ajru tal-ġejjieni: l-iffaċċar ta' l-isfidi ta' aktar fit-tul ta' l-avjazzoni bil-kombinazzjoni ta' teknoloġiji iktar radikali, effiċjenti mil-lat ambjentali, aċċessibbli u innovattivi, li jwassal għal avvanzi sinifikattivi għat-trasport bl-ajru.

Trasport sostenibbli tal-wiċċ (ferroviji, toroq, u fuq l-ilmijiet)

Lejn l-ambjentalizzazzjoni tat-trasport tal-wiċċ: it-tnaqqis tat-tniġġis ambjentali u ta' l-istorbju, inkluż gassijiet serra; tnaqqis ta' l-impatt tat-trasport fuq il-bidla fil-klima bit-tnaqqis ta' emissjonijiet permezz ta' mezzi teknoloġiċi u soċjo-ekonomiċi kif ukoll tat-taħriġ ta' l-utenti; l-iżvilupp ta' magni u power-trains nodfa u effiċjenti, inkluża teknoloġija ibrida u l-użu ta' karburanti alternattivi għall-applikazzjonijiet tat-trasport bħaċ-ċelluli ta' l-idroġenu u ta' kombustjoni, b'kont meħud ta' konsiderazzjonijiet ta' l-effettività fl-infiq u ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija; strateġiji għal tmiem il-ħajja ta' vetturi u bastimenti.

Tħeġġiġ u żieda ta' bidla modali u t-tnaqqis tal-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport: l-iżvilupp fl-Ewropa ta' networks, infrastrutturi u sistemi tat-trasport u tal-loġistika reġjonali u nazzjonali li jkunu sostenibbli, innovattivi, intermodali u interoperabbli; l-internalizzazzjoni ta' l-ispiża; l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-vettura/bastiment u l-infrastruttura tat-trasport; l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali; strateġiji ta' bidla fil-mezzi għall-inkoraġġiment ta' mezzi ta' trasport li huma effiċjenti fl-enerġija.

L-iżgurar tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet għaċ-ċittadini kollha inklużi dawk żvantaġġati: skemi ta' organizzazzjoni innovattivi, inklużi vetturi nodfa u siguri u mezzi tat-trasport b'livelli ta' tniġġis aktar baxxi, modi ta' trasportazzjoni pubbliċi ġodda u ta' kwalità għolja u razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni, ippjanar integrat ta' l-ibliet u t-trasport tenut kont tar-relazzjoni tagħhom mat-tkabbir u l-impjiegi.

Titjib tas-sigurtà: bħala elementi inerenti fis-sistema tat-trasport: f'operazzjonjiet ta' trasport għas-sewwieqa, il-passiġġieri, l-ekwipaġġi, iċ-ċiklisti u l-persuni li jivvjaġġaw bil-mixi, kif ukoll għall-merkanzija, fid-disinn u l-funzjonament ta' vetturi, bastimenti, infrastrutturi, u fi ħdan is-sistema tat-trasport kollha kemm hi.

Tisħiħ tal-kompetittività: it-titjib tal-proċessi ta' ddisinjar; l-iżvilupp ta' teknoloġiji avvanzati għall-ferroviji, il-vetturi u l-bastimenti; sistemi ta' produzzjoni u kostruzzjoni u manutenzjoni ta' infrastruttura innovattivi u effettiv fl-infiq; arkitetturi integrattivi.

Appoġġ għas-sistema Ewropea tan-navigazzjoni globali bis-satelliti (Galileo u EGNOS): servizzi ta' navigazzjoni u ta' żamma tal-ħin bi preċiżjoni għall-użu f'firxa ta' setturi; użu effiċjenti tan-navigazzjoni bis-satellita u appoġġ għad-definizzjoni ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet tat-tieni ġenerazzjoni.

8.   Xjenzi Soċjo-Ekonomiċi u Umanistika

Objettiv

Il-ħolqien ta' għarfien dettaljat u kondiviż ta' sfidi soċjo-ekonomiċi kumplessi u inter-konnessi li l-Ewropa hija konfrontata bihom, bħat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali, sfidi soċjali, kulturali u edukattivi f'UE mkabbra u s-sostenibbiltà, sfidi ambjentali, il-bidla demografika, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-interdependenza globali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi mtejba ta' konoxxenza għal-linji ta' politiċi fl-oqsma konċernati.

Motivazzjoni

L-Ewropa għandha bażi ta' riċerka qawwija u ta' kwalità għolja fix-xjenzi soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali u fl-oqsma ta' l-umanistika. Id-diversità ta' approċċi fl-UE fis-setturi ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali tipprovdi art għammiela għar-riċerka f'dawn l-oqsma fil-livell ta' l-UE. Hemm valur miżjud Ewropew għoli fir-riċerka kollaborattiva li tindirizza kwistjonjiet soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali Ewropej fl-oqsma msemmija. L-ewwelnett, il-kwistjonijiet u l-isfidi konċernati huma ta' prijorità għolja fil-livell Ewropew u huma indirizzati mil-linji politiċi Komunitarji. It-tieni, ir-riċerka komparattiva mifruxa ma' l-UE jew pajjiżi oħra toffri għodda partikolarment effettiva kif ukoll opportunitajiet importanti ta' tagħlim fil-pajjiżi u r-reġjuni.

It-tielet, ir-riċerka fil-livell ta' l-UE għandha l-vantaġġ partikolari li tista' tiżviluppa l-ġbir tad-data mill-Ewropa kollha u li tuża l-kotra ta' perspettivi meħtieġa għall-fehim ta' kwistjonijiet kumplessi. Fl-aħħarnett, l-iżvilupp ta' bażi ta' konoxxenza soċjo-ekonomika ġenwinament Ewropea dwar dawn l-isfidi ewlenin ser jagħti kontribut essenzjali għall-promozzjoni tal-fehim kondiviż tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha u, aktar sinifikattivament, miċ-ċittadini Ewropej.

L-attivitajiet li se jiġu appoġġati huma elenkati hawn taħt u huma mistennija li jagħtu kontribut sinifikattiv sabiex jiġi mtejjeb it-tfassil, l-implimentazzjoni, l-impatti u l-valutazzjoni tal-politika u d-definizzjoni ta' miżuri regolatorji f'firxa wiesgħa ta' oqsma, bħal dak ekonomiku, soċjali, kulturali, ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ, ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, ta' l-intrapriża, tal-kummerċ internazzjonali, tal-konsumatur, tar-relazzjonijiet esterni, u fl-isferi tax-xjenza u t-teknoloġija, fil-politika ta' l-istatististika uffiċjali u fil-ħolqien ta' żona ta' libertà, sigurtà u l-ġustizzja. Barra minn hekk, ser jingħataw opportunitajiet sabiex jiġu indirizzati sfidi soċjo-ekonomiċi emerġenti kif ukoll sabiex titwettaq riċerka dwar ħtiġijiet ta' politika ġodda jew mhux previsti. Jista' jsir użu wkoll mill-pjattaformi soċjali sabiex jiġu diskussi aġendi tar-riċerka futuri.

Attivitajiet

Tkabbir, impjiegi u kompetittività f'soċjetà ibbażata fuq il-konoxxenza: l-iżvilupp u l-integrazzjoni tar-riċerka dwar il-kwistjonijiet li jolqtu t-tkabbir, l-istabbiltà soċjo-ekonomika, l-impjiegi u l-kompetittività, li tkopri suġġetti bħall-innovazzoni, l-edukazzjoni inkluża dik tul il-ħajja kollha u r-rwol tal-konoxxenza xjentifika u ta' oqsma oħra ta' konoxxenza u beni mhux tanġibbli fuq skala globali, iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ, l-adattament tal-politika tas-suq tax-xogħol u l-kuntesti istituzzjonali nazzjonali.

L-għaqda ta' objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali f'perspettiva Ewropea: billi jiġu indirizzati ż-żewġ kwistjonjiet ewlenin u ferm relatati flimkien ta' l-evoluzzjoni kontinwa tal-mudelli soċjo-ekonomiċi Ewropej u l-koeżjoni ekonomika u soċjali u reġjonali f'UE wara t-tkabbir, b'kont meħud tas-sostenibbiltà u tal-protezzjoni ta' l-ambjent, l-ippjanar urban sostenibbli, l-interazzjoni bejn l-ambjent, l-enerġija u s-soċjetà, ir-rwol ta' l-ibliet u r-reġjuni metropolitani, u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-linji politiċi u l-leġislazzjoni Ewropea.

Tendenzi ewlenin fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom: bħall-bidla demografika inkluż il-proċess ta' tixjiħ u l-effetti tiegħu fuq is-sistemi tal-pensjoni, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, waqt li ssir l-analiżi ta' l-implikazzjonijiet tal-bidla demografika għall-iżvilupp urban; l-istili ta' ħajja, ix-xogħol, il-familji, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u dik tal-familja, il-kwistjonijiet marbuta mas-sessi, il-kwistjonijiet ta' diżabbiltajiet, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja; il-protezzjoni ekonomika tal-konsumatur; l-inugwaljanzi; il-kriminalità; ir-rwol tal-kummerċ fis-soċjetà u d-diversità fil-popolazzjoni, l-etniċità, il-pluraliżmu reliġjuż, l-interazzjonijiet kulturali, il-kwistjonijiet multikulturali u l-kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe xorta.

L-Ewropa fid-dinja: fehim tat-tibdil fl-interazzjonijiet, ir-relazzjonijiet trans-kulturali u l-interdependenzi bejn ir-reġjuni tad-dinja, inklużi reġjuni li qed jiżviluppaw u l-implikazzjonijiet tagħhom; l-indirizzar tat-theddid u r-riskji emerġenti mingħajr ma jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-benessri, u t-trawwim tal-paċi.

Iċ-ċittadin fl-Unjoni Ewropea: fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-UE mkabbra fil-ġejjieni, l-iffaċċar tal-kwistjonijiet marbuta mal-ksib ta' sens ta' “appartenenza” demokratiku u ta' parteċipazzjoni attiva tal-popli ta' l-Ewropa; tmexxija effettiva u demokratika fil-livelli kollha, inkluża t-tmexxija ekonomika u legali u r-rwol tas-soċjetà ċivili kif ukoll proċessi ta' tmexxija innovattiva maħsuba sabiex jissaħħu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-koperazzjoni bejn atturi pubbliċi u privati; riċerka għall-bini ta' komprensjoni u rispett komuni tad-diversitajiet u x-xebħ fi ħdan l-Ewropa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kulturi, reliġjonijiet, wirt kulturali, istituzzjonijiet u sistemi legali, storja, lingwi u valuri bħala elementi ta' bini ta' l-identità u l-wirt Ewropew multi-kulturali tagħna.

Indikaturi soċjo-ekonomiċi u xjentifiċi: l-użu tagħhom fil-politika u fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħha, it-titjib ta' indikaturi eżistenti, tekniki sabiex jiġu analizzati u l-iżvilupp ta' oħrajn ġodda għal dan il-għan kif ukoll għall-valutazzjoni ta' programmi ta' riċerka, inkluż indikaturi bbażati fuq l-istatistika uffiċjali.

Attivitajiet ta' previżjoni dwar kwistjonijiet ewlenin ta' xjenza, teknoloġija u kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi relatati, bħalma huma t-tendenzi demografiċi futuri u l-globalizzazzjoni tal-konoxxenza, id-disseminazzjoni tal-konoxxenza, u l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' riċerka, kif ukoll l-iżviluppi futuri fi ħdan u tul il-firxa kollha ta' l-oqsma ewlenin ta' riċerka u d-dixxiplini xjentifiċi.

9.   L-Ispazju

Objettiv

L-appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet bħall- Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) b'benefiċċji għaċ-ċittadini u għall-kompetittività ta' l-industrija spazjali Ewropea. Dan ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea, billi jikkomplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' atturi ewlenin oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).

Motivazzjoni

Il-Komunità tista' tagħti kontribut f'dan il-qasam għad-definizzjoni aħjar ta' l-objettivi komuni bbażati fuq il-ħtiġijiet ta' l-utent u l-objettivi ta' politika; għall-koordinazzjoni ta' attivitajiet sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u tiżdied kemm tista' l-interoperabbiltà; għat-titjib ta' l-effettività fl-infiq u għad-definizzjoni ta' l-istandards. L-awtoritajiet pubbliċi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jirrapreżentaw utenti potenzjali importanti u l-industrija Ewropea ser tibbenefika wkoll minn politika Spazjali Ewropea ddefinita sew implimentata minn Programm Spazjali Ewropew, appoġġat parzjalment mill-azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku proposti. Azzjonijiet fuq il-livell Ewropew huma meħtieġa wkoll sabiex jagħtu appoġġ lill-objettivi ta' politika Komunitarji, per eżempju fl-oqsma ta' l-agrikoltura, il-foresterija, is-sajd, l-ambjent, is-saħħa, it-telekomunikazzjoni, is-sigurtà, it-trasport, kif ukoll sabiex jiżguraw li l-Ewropa tkun imsieħba rrispettata fil-koperazzjoni reġjonali u internazzjonali.

Fl-aħħar 40 sena, inbniet kompetenza teknoloġika eċċellenti fl-Ewropa, kemm nazzjonalment kif ukoll permezz ta' l-ESA,. Appoġġ għal industrija kompetittiva (inklużi manifatturi, fornituri ta' servizzi u operaturi) jeħtieġ riċerka u teknoloġiji ġodda. Applikazzjonijiet spazjali jġibu magħhom benefiċċji importanti liċ-ċittadini permezz ta' effetti teknoloġiċi derivati u huma indispensabbli f'soċjetà ta' teknoloġija avvanzata.

B'enfasi partikolari fuq l-użu ta' kapaċitajiet eżistenti fl-Ewropa, l-attivitajiet imniżżla hawn taħt jimmiraw lejn: l-isfruttament effiċjenti ta' l-assi spazjali (f'koordinazzjoni ma' assi fil-post, inklużi assi trasportati bl-ajru) għall-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet, notament il-GMES u l-kontribut tagħhom għall-infurzar tal-liġi fil-linji politiċi Komunitarji; l-esplorazzjoni ta' l-ispazju, li toffri opportunitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali u progressi teknoloġiċi straordinarji kif ukoll missjonijiet effettiv fl-infiq; l-isfruttament u l-esplorazzjoni ta' l-ispazju appoġġati minn attivitajiet ta' abilitazzjoni li jiggarantixxu r-rwol strateġiku ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn l-attivitajiet ser jiġu kkomplementati minn azzjonjiet oħra taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u fil-Programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ. Il-benefiċċji għall-politika pubblika ta' l-attivitajiet ta' hawn taħt ser jiġu wkoll massimizzati, anke permezz ta' l-għoti ta' appoġġ addizzjonali għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jinqalgħu, per eżempju: soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji spazjali f'appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; u l-użu ta' għodod u metodi għall-osservazzjoni ta' l-ispazju sabiex jappoġġaw żviluppi fil-linji politiċi Komunitarji.

Attivitajiet

Applikazzjonijiet ibbażati fuq it-teknoloġija spazjali sabiex jaqdu lis-soċjetà Ewropea

GMES: l-iżvilupp ta' sistemi ta' monitoraġġ u ta' twissija bikrija permezz tas-satellita u fil-post, inkluż għas-sigurtà taċ-ċittadini, u teknika relatata ma' l-immaniġġar ta' l-ambjent u s-sigurtà (inkluż l-immaniġġar ta' diżastri naturali) u l-integrazzjoni tagħhom ma' komponenti bbażati fuq l-art, fuq il-bastimenti u fl-ajru; appoġġ għall-integrazzjoni, l-armonizzazzjoni, l-użu u l-forniment ta' data (kemm mis-satelliti u fil-post, inkluż dawk ibbażati fuq l-art, fuq il-bastimenti u fl-ajru) u servizzi GMES.

Servizzi innovattivi ta' komunikazzjoni permezz tas-satellita integrati b'mod kontinwu fin-networks globali ta' komunikazzjoni elettronika, għaċ-ċittadini u l-intrapriżi f'setturi ta' applikazzjoni li jinkludu l-protezzjoni ċivili, l-e-government, it-telemediċina, it-tele-edukazzjoni, it-tiftix u s-salvataġġ, it-turiżmu u l-ħin liberu, in-navigazzjoni personali, l-immaniġġar tal-flotta, l-agrikoltura u l-forestrija, il-meteoroloġija u l-utenti ġeneriċi.

Żvilupp ta' teknoloġiji u sistemi ta' monitoraġġ għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tas-servizzi bbażati fl-ispazju u sabiex jingħata kontribut lejn is-sorveljanza ta' l-ispazju.

Applikazzjonijiet ta' sistemi bbażati fl-ispazju għall-prevenzjoni tar-riskji u l-maniġġar tar-riskji u kull tip ta' emerġenza, li jtejbu l-konverġenza ma' sistemi mhux spazjali.

Esplorazzjoni ta' l-ispazju

L-għoti ta' appoġġ R&D u l-massimizzazzjoni tal-valur xjentifiku miżjud permezz ta' sinerġiji ma' inizjattivi ta' l-ESA jew aġenziji spazjali nazzjonali fil-qasam ta' l-esplorazzjoni ta' l-ispazju; b'faċilitazzjoni ta' l-aċċess għal data xjentifika.

Appoġġ għal sforzi koordinati għall-iżvilupp ta' teleskopji u detectors spazjali kif ukoll għall-analiżi tad-data fix-xjenzi spazjali.

L-RTD sabiex jissaħħu l-pedamenti tat-teknoloġija spazjali

Riċerka u żvilupp għall-ħtiġijiet fil-perijodu fit-tul fil-qasam ta' l-ispazju inkluż it-trasport spazjali; attivitajiet ta' riċerka sabiex tiżdied il-kompetittività u l-effettività fl-infiq tas-settur Ewropew tat-teknoloġija spazjali.

Ix-xjenzi spazjali inkluż il-bijomediċina u x-xjenzi tal-ħajja u x-xjenzi fiżiċi fl-ispazju.

10.   Sigurtà

Objettiv

Għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u tail-konoxxenza għall-bini ta' kapaċitajiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini minn theddid bħat-terroriżmu, id-diżastri naturali u l-kriminalità, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem inkluż id-dritt għall-privatezza; sabiex ikun żgurat l-użu ottimali u miftiehem tat-teknoloġiji disponibbli għall-benefiċċju tas-sigurtà ċivili Ewropea, sabiex tiġi stimulata l-koperazzjoni tal-fornituri u l-utenti għal soluzzjonijiet ta' sigurtà ċivili, tittejjeb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-sigurtà u jiġu prodotti riżultati ta' riċerka orjentati lejn missjoni sabiex jitnaqqsu d-distakki fis-sigurtà.

Motivazzjoni

Is-sigurtà fl-Ewropa hija prerekwiżit għall-prosperità u l-libertà. L-Istrateġija ta' l-UE għas-Sigurtà: “Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar”, adottata mill-Kunsill Ewropew, tindirizza l-ħtieġa għal strateġija komprensiva għas-sigurtà li tkopri l-miżuri ta' sigurtà sew fl-oqsma ċivili kif ukoll tad-difiża.

Riċerka relatata mas-sigurtà hija modulu importanti sabiex jinkiseb livell għoli ta' sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Hija ser tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u kapaċitajiet li jappoġġaw linji politiċi Komunitarji oħra f'oqsma bħat-trasport, il-protezzjoni ċivili, l-enerġija, l-ambjent u s-saħħa. Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà teħtieġ regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi sabiex jittieħed kont tan-natura speċjali tagħha.

L-attivitajiet ta' riċerka eżistenti relatati mas-sigurtà fl-Ewropa jbatu minn frammentazzjoni ta' l-isforzi, in-nuqqas ta' massa kritika ta' skala u ambitu u n-nuqqas ta' konnessjonijiet u interoperabbiltà. L-Ewropa jeħtiġilha ttejjeb il-koerenza ta' l-isforzi tagħha billi tiżviluppa arranġamenti istituzzjonali effiċjenti u billi tistiga lid-diversi atturi nazzjonali u internazzjonali sabiex jikkoperaw u jikkoordinaw sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u sabiex jiġu esplorati s-sinerġiji kull meta dan ikun possibbli. Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà fil-livell Komunitarju ser iżżomm orjentament esklussivament ċivili u tiffoka fuq attivitajiet ta' valur miżjud ċar għal-livell nazzjonali. B'konsegwenza ta' dan, ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà ċivili fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru ser issaħħaħ il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-sigurtà. Waqt li jkun rikonoxxut li jeżistu oqsma ta' teknoloġija ta' 'użu doppju', koordinazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża ser tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-komplementarità.

Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà ser tenfasizza l-kapaċitajiet Ewropej rigward is-sorveljanza, id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni u il-konoxxenza dwar it-theddid u l-inċidenti kif ukoll tas-sistemi għal valutazzjonijiet aħjar u kontroll tas-sitwazzjoni permezz ta' użu aħjar tas-sistemi komuni ta' l-L-ICT fl-oqsma ta' operazzjonijiet differenti.

Ir-rekwiżiti speċjali dwar il-kunfidenzjalita' f'dan il-qasam se jiġu infurzati iżda t-trasparenza tar-riżultati tar-riċerka mhijiex se tiġi limitata mingħajr bżonn. Barra minn hekk, se jiġu identifikati oqsma li fihom ir-riżultati tar-riċerka jistgħu jiġu ppubblikati.

L-attivitajiet mhux ta' difiża stabbliti hawn taħt ser jikkomplementaw u jintegraw ir-riċerka orjentata lejn it-teknoloġija u dik orjentata lejn sistemi relevanti għas-sigurtà ċivili li hija mwettqa f'temi oħra. Dawn ser ikunu orjentati lejn missjonijiet, waqt li jiżviluppaw it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet meħtieġa mill-missjonijiet speċifiċi ta' sigurtà. Dawn huma mfassla sabiex ikunu flessibbli sabiex jiffaċċjaw theddidiet futuri għas-sigurtà li għadhom mhux magħrufa u ħtiġijiet ta' politika relatati li jistgħu jirriżultaw, filwaqt li jistimolaw l-influwenza reċiproka u l-adozzjoni ta' teknoloġiji eżistenti għas-settur tas-sigurtà ċivili, ir-riċerka Ewropea fil-qasam tas-sigurtà ser tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji b'iktar minn użu wieħed, sabiex jitwessa' kemm jista' l-ambitu ta' l-applikazzjoni tagħhom.

Attivitajiet

Sigurtà taċ-ċittadini: l-elaborazzjoni ta' soluzzjonijijet teknoloġiċi għall-protezzjoni ċivili, inklużi l-bijosigurtà u l-protezzjoni kontra riskji li jirriżultaw mill-kriminalità u minn attakki terroristiċi.

Sigurtà ta' l-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi: l-analiżi u t-tqegħid fis-sigurtà ta' l-infrastrutturi (p.e. fis-setturi tat-trasport, ta' l-enerġija, ta' l-ICT) is-sistemi u s-servizzi (inklużi servizzi finanzjarji u amministrattivi) essenzjali jew konnessi f'network, pubbliċi u privati, eżistenti u futuri.

Sorveljanza intelliġenti u sigurtà tal-fruntieri: riċerka ffukata fuq it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet sabiex tissaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi, t-tagħmir, l-għodod u l-proċessi kollha kif ukoll il-metodi għal identifikazzjoni rapida meħtieġa għat-titjib tas-sigurtà tal-fruntieri ta' l-art u dawk kostali ta' l-Ewropa, inklużi kwistjonijiet ta' kontroll u sorveljanza tal-fruntieri.

Ir-ristabbilizzazzjoni tas-sigurtà f'każ ta' kriżi: riċerka ffukata fuq teknoloġiji li jipprovdu idea ġenerali ta' u appoġġ għal varji operazzjonijiet ta' maniġġar ta' emerġenza (bħall-protezzjoni ċivili, kompiti umanitarji u ta' salvataġġ), u fuq kwistjonjiet bħat-tħejjija inter-organizzattiva, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni, l-arkitetturi distribwiti u l-fatturi umani.

Dawn l-erba' oqsma ta' hawn fuq ser jingħataw appoġġ mit-temi ta' natura aktar transettorali li ġejjin:

Integrazzjoni, interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistemi ta' sigurtà: intelliġenza, ġbir ta' informazjoni u sigurtà ċivili, riċerka ffukata fuq it-teknoloġiji għat-tisħiħ ta' l-interoperabbiltà tas-sistemi, it-tagħmir, is-servizzi u l-proċessi, inklużi l-infrastrutturi ta' infurzar tal-liġi, it-tifi tan-nar, id-difiża ċivili u l-informazzjoni medika, kif ukoll fuq l-affidabbiltà, l-aspetti organizzattivi, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-integrità ta' l-informazzjoni u t-traċċabbiltà tat-transazzjonijiet u l-operazzjonijiet kollha.

Sigurtà u soċjetà: riċerka orjentata lejn il-missjonijiet li ser tiffoka fuq l-analiżi soċjo-ekonomika, il-bini ta' xenarji u l-attivitajiet marbuta ma': id-dimensjonijiet kulturali, soċjali, politiċi u ekonomiċi tas-sigurtà, il-komunikazzjoni mas-soċjetà, ir-rwol tal-valuri tal-bniedem u t-tfassil ta' politika, l-ambjent psikoloġiku u soċjali tat-terroriżmu, il-perċezzjoni taċ-ċittadin tas-sigurtà, l-etika, il-protezzjoni tal-privatezza, il-previżjonijiet dwar aspetti tas-soċjetà u l-analiżi sistemika tar-riskju. Ir-riċerka ser tindirizza wkoll it-teknoloġiji li jissalvagwardjaw aħjar il-privatezza u l-libertajiet, u ser tindirizza vulnerabilitajiet u theddid ġdid, kif ukoll l-immaniġġar u l-valutazzjoni ta' l-impatt ta' konsegwenzi possibbli.

Koordinazzjoni u strutturar tar-riċerka dwar is-sigurtà: il-koordinazzjoni ta' l-isforzi ta' riċerka Ewropej u internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà u l-iżvilupp ta' sinerġiji bejn ir-riċerka fl-oqsma ċivili, tas-sigurtà u tad-difiża, it-titjib tal-kondizzjonijiet legali, u t-tħeġġiġ għall-użu ottimali ta' l-infrastrutturi eżistenti.

II   IDEAT

Objettiv

Dan il-programm ser isaħħaħ id-dinamiżmu, il-kreattività u l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea fuq il-fruntieri tal-konoxxenza. Dan ser isir billi jingħata appoġġ lil proġetti ta' riċerka “mmexxija mir-riċerkatur” imwettqa fl-oqsma kollha minn timijiet individwali f'kompetizzjoni fil-livell Ewropew. Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati abbażi ta' proposti mressqa minn riċerkaturi mis-settur privat u minn dak pubbliku dwar suġġetti ta' l-għażla tagħhom u vvalutati fuq il-kriterju waħdieni ta' l-eċċellenza kif meqjus permezz ta' reviżjoni bejn pari. Il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka huma aspett importanti ta' dan il-programm.

Motivazzjoni

Ir-riċerka “innovattiva” mmexxija mir-riċerkatur, fi ħdan il-qafas ta' attivitajiet mifhuma komunement bħala “riċerka bażika”, hija mutur ewlieni tal-prosperità u l-progress soċjali, minħabba li tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-avvanz xjentifiku u teknoloġiku, u hija strumentali fil-produzzjoni ta' konoxxenza ġdida li jwassal għal applikazzjonijiet u swieq futuri.

Minkejja l-bosta kisbiet u livell għoli ta' prestazzjoni f'għadd kbir ta' oqsma, l-Ewropa mhix qed tisfrutta bl-aħjar mod il-potenzjal ta' riċerka u r-riżorsi tagħha, u teħtieġ b'urġenza kapaċità akbar sabiex tiġġenera l-konoxxenza u sabiex din il-konoxxenza tiġi tradotta f'valur u tkabbir ekonomiku u soċjali.

Mekkaniżmu kompetittiv ta' finanzjament mifrux ma' l-Ewropa kollha (minbarra u mhux minflok il-finanzjament nazzjonali) għal riċerka innovattiva mwettqa minn timijiet individwali, li tista' tkun ta' karattru nazzjonali jew transnazzjonali, huwa komponent ċentrali taż-Żona ta' Riċerka Ewropea, li tikkomplementa attivitajiet Komunitajri u nazzjonali oħra. Ser tkun ta' għajnuna fit-tisħiħ tad-dinamiżmu u l-kapaċità ta' l-Ewropa li tiġbed lejha sew l-aħjar riċerkaturi mill-Ewropa u minn pajjiżi terzi, kif ukoll l-investiment industrijali.

Attivitajiet

Din l-azzjoni ser tirrispondi għall-oqsma l-iktar promettenti u produttivi tar-riċerka u għall-aħjar opportunitajiet għall-progress xjentifiku u teknoloġiku, fi ħdan u fost id-dixxiplini, inklużi l-inġinerija u x-xjenzi soċjali u l-umanistika. Ser titwettaq mingħajr irbit ma' l-orjentamenti tematiċi tal-partijiet l-oħra tas-Seba' Programm Kwadru, u se tagħti attenzjoni sew lir-riċerkaturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida u lil gruppi ġodda, kif ukoll lil timijiet stabbiliti.

L-attivitajiet Komunitarji fir-riċerka innovattiva ser jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER), magħmul minn kunsill xjentifiku indipendenti, appoġġat minn struttura implimentattiva dedikata modesta u effettiv fl-infiq. L-immaniġġar tal-KER ser titwettaq minn persunal impjegat għal dak il-għan, inkluż uffiċjali mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, u ser tkopri biss il-ħtiġijiet amministrattivi reali sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità meħtieġa għal amministrazzjoni effettiva.

Il-Kunsill Xjentifiku ser ikun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea li jiżguraw diversità ta' l-oqsma ta' riċerka, li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement mill-interessi politiċi jew interess oħra. Il-membri tiegħu ser ikunu maħtura mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku, li tinkludi l- konsultazzjoni tal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Huma ser jiġu maħtura għal perijodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li ser tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-Kunsill Xjentifiku ser, inter alia, jistabbilixxi strateġija xjentifika ġenerali, ikollu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta' riċerka li għandha tirċievi finanzjament u jaġixxi bħala garanti tal-kwalità ta' l-attività mill-perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu ser ikopru, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-programm annwali ta' ħidma, l-istabbiliment ta' proċess ta' reviżjoni bejn pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm mill-perspettiva xjentifika. Huwa ser jistabbilixxi kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta' konflitti ta' interess.

L-istruttura implimentattiva dedikata ser tkun responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni u l-esekuzzjoni tal-programm kif previst fil-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, ser timplimenta l-proċessi ta' reviżjoni bejn pari u ta' għażla skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku, u ser tiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet.

L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-KER li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsill Xjentifiku u struttura implimentattiva dedikata ser ikunu konsistenti ma' l-amministrazzjoni modesta u effettiva fl-infiq; in-nefqa amministrattiva ser tinżamm għal minimu u mhux ser ikun iktar minn 5 % ta' l-allokazzjoni finanzjarja totali għall-ERC, b'mod konsistenti ma' l-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni ta' kwalità għolja, sabiex jiġi massimizzat il-finanzjament għal riċerka innovattiva.

Il-Kummissjoni ser taġixxi bħala garanti ta' l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal-KER Hija ser tiżgura li l-KER ser taġixxi skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza, u li jsegwi b'mod preċiż l-istrateġija u l-metodoloġija implimentattiva stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku. Il-Kummissjoni ser tfassal, f'koperazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku, rapport annwali dwar l-operazzjonijiet tal-KER u t-twettiq ta' l-objettivi u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-KER ser ikollu s-setgħa li jmexxi l-istudji strateġiċi tiegħu għat-tħejjija u l-appoġġ ta' l-attivitajiet operattivi tiegħu. B'mod partikolari, huwa jista' jikkonsulta ma' inizjattivi Ewropej, intergovernattivi u nazzjonali sabiex jipprogramma l-attivitajiet tiegħu fid-dawl ta' riċerka oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali.

L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tagħha u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 7(2) ser titwettaq ukoll reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi tal-KER, kontra l-kriterji ta' l-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza u t-trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku. Dan ser jinkludi l-proċess u l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku. Ir-reviżjoni ser tħares b'mod espliċitu lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' struttura bbażata fuq Aġenzija Eżekuttiva u struttura bbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, dawn l-istrutturi u l-mekkaniżmi għandhom jiġu modifikati kif xieraq. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-ħidma preparatorja kollha meħtieġa, inkluża kwalunkwe proposta leġislattiva li hija tqis meħtieġa, titwettaq u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif meħtieġ mit-Trattat, bil-ħsieb ta' transizzjoni għal kwalunkwe struttura modifikata meħtieġa, kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan il-Programm Kwadru ser jiġi adattat jew issupplimentat b'kodeċiżjoni skond l-Artikolu 166(2) tat-Trattat. Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 7(2), li jsir qabel l-evalwazzjoni interim, ser jagħti l-konklużjonijiet inizjali dwar il-funzjonament tal-KER.

III   NIES

Objettiv

Li jissaħħaħ, kwantitattivament u kwalitattivament, il-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa, billi n-nies jiġu stimolati sabiex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, billi r-riċerkaturi Ewropej jiġu inkoraġġuti sabiex jibqgħu fl-Ewropa, u billi riċerkaturi mid-dinja kollha jiġu miġbuda lejn l-Ewropa, b'tali mod li l-Ewropa ssir aktar attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Bi tkomplija ta' l-esperjenzi bl-azzjonijiet “Marie Curie” taħt Programmi Kwadru preċedenti, dan ser isir billi jiġi stabbilit sett koerenti ta' azzjonijiet “Marie Curie”, b'kont meħud b'mod partikolari tal-valur miżjud Ewropew f'termini ta' l-impatt tagħhom fuq iż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Dawn l-azzjonijiet ser jindirizzaw ir-riċerkaturi fl-istadji kollha tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali fir-riċerka maħsub b'mod speċifiku għaż-żgħażagħ sa l-edukazzjoni tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera fis-setturi pubbliċi u privati. Ser isiru wkoll sforzi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni mir-riċerkaturi nisa, billi jiġu inkoraġġuti l-opportunitajiet indaqs fl-“Azzjonijiet Marie Curie” kollha, billi l-azzjonijiet jitfasslu b'mod tali li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja u billi tiġi ffaċilitata t-tkomplija tal-karriera wara waqfa.

Motivazzjoni

Id-disponibbiltà ta' numru kbir ta' riċerkaturi mħarrġa u kwalifikati f'livell għoli huwa prerekwiżit għall-avvanz tax-xjenza u sabiex tiġi sostnuta l-innovazzjoni, iżda huwa wkoll fattur importanti sabiex jiġu attratti u sostnuti l-investimenti fir-riċerka minn entitajiet pubbliċi u privati. Fuq l-isfond ta' kompetizzoni dejjem tikber fil-livell dinji, l-iżvilupp ta' suq Ewropew miftuħ ta' l-impjiegi għar-riċerkaturi ħieles minn kull forma ta' diskriminazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ħiliet u tar-rotot tal-karriera tar-riċerkaturi huma ta' importanza kruċjali sabiex jiżguraw ċirkolazzjoni benefika ta' riċerkaturi u tal-konoxxenza tagħhom, sew fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja. Ser jiġu introdotti miżuri speċjali sabiex jiġu inkoraġġuti riċerkaturi fi stadju bikri u jkunu appoġġati l-istadji bikrija ta' karriera xjentifika, kif ukoll miżuri sabiex jitnaqqas l-“esodu ta' l-imħuħ”, bħal għotjiet għall-integrazzjoni mill-ġdid.

Il-mobbiltà, kemm transnazzjonali u intersettorali, inkluż li tiġi stimolata l-parteċipazzjoni industrijali u l-ftuħ ta' karrieri fir-riċerka u pożizzjonijiet akkademiċi fuq skala Ewropea, hija komponent ewlieni fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea u hija indispensabbli sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-prestazzjonijiet Ewropej fir-riċerka. Kompetizzjoni internazzjonali bejn ir-riċerkaturi ser tibqa' ċentrali sabiex tiġi żgurata l-għola kwalità tar-riċerka taħt din l-attività. Żieda fil-mobbiltà tar-riċerkaturi u tisħiħ tar-riżorsi ta' dawk l-istituzzjonijiet li jiġbdu lir-riċerkaturi internazzjonalment ser jinkoraġġixxu ċentri ta' eċċellenza fl-Unjoni Ewropea kollha. Sabiex jiġu żgurati t-taħriġ u l-mobbiltà fi ħdan oqsma ġodda ta' riċerka u teknoloġija, ser tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata ma' partijiet oħra tas-Seba' Programm Kwadru u ser jitfittxu sinerġiji ma' linji politiċi Komunitarji oħra, p. eż. dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjiegi. Azzjonijiet sabiex l-edukazzjoni xjentifika tintrabat mal-karrieri, u azzjonijiet ta' riċerka u koordinazzjoni dwar metodi ġodda fl-edukazzjoni xjentifika huma previsti taħt il-parti Xjenza fis-Soċjetà tal-Programm “Kapaċitajiet”.

Attivitajiet

Taħriġ inizjali tar-riċerkaturi sabiex jittejbu l-perspettivi ta' karriera tagħhom, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fost oħrajn permezz tat-twessiegħ tal-ħiliet xjentifiċi u ġeneriċi tagħhom, inklużi dawk relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija u l-intraprenditorija, u billi jiġu attratti aktar persuni żgħażagħ lejn karrieri xjentifiċi. Dan ser jiġi implimentat permezz ta' Networks Marie Curie bl-objettiv ewlieni li tingħeleb il-frammentazzjoni ta', u sabiex jissaħħu fil-livell Ewropew, it-taħriġ inizjali u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi. Huwa previst appoġġ għall-aħjar riċerkaturi fi stadju bikri sabiex dawn jingħaqdu ma' timijiet ta' riċerka stabbiliti. Il-membri tan-networks transnazzjonali għandhom jisfruttaw il-kompetenzi kumplementari tagħhom permezz ta' programmi integrati ta' taħriġ. L-appoġġ ser jinkludi r-reklutaġġ ta' riċerkaturi fi stadju bikri, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' taħriġ li jkunu miftuħa wkoll għal riċerkaturi minn barra n-network u akkademiċi ta' esperjenza kbira u/jew persuni f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fl-industrija għat-trasferiment tal-konoxxenza u għas-superviżjoni.

Taħriġ tul il-ħajja u żvilupp tal-karrieri sabiex jingħata appoġġ għall-izvilupp tal-karriera ta' riċerkaturi ta' esperjenza. Bil-għan li jiġu kkomplementati jew miksuba ħiliet u kompetenzi ġodda jew sabiex tissaħħaħ l-inter/multi-dixxiplinarjetà u/jew il-mobbiltà inter-settorali, huwa maħsub li jingħata appoġġ lil riċerkaturi bi bżonnijiet partikolari għal kompetenzi u abbiltajiet addizzjonali/komplementari, lil riċerkaturi li jkunu jridu jerġgħu jaqbdu karriera fir-riċerka wara waqfien fl-attività tagħhom, u għall-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' riċerkaturi f'pożizzjonijiet fit-tul tar-riċerka fl-Ewropa, inkluż fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, wara li jkunu għamlu esperjenza ta' mobbiltà transnazzjonali jew internazzjonali. Din il-linja ta' azzjoni ser tiġi implimentata kemm permezz ta' fellowships individwali li jingħataw direttament fil-livell Komunitarju kif ukoll permezz tal-ko-finanzjament ta' programmi reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali fejn dan jissodisfa l-kriterji ta' valur miżjud Ewropew, trasparenza u ftuħ.

Inizjalment il-metodu ta' ko-finanzjament ser jiġi implimentat fuq skala kontrollata li tippermetti li tinkiseb l-esperjenza meħtieġa.

Toroq u sħubiji bejn l-industrija u l-akkademja: Appoġġ għal programmi ta' koperazzjoni fit-tul bejn organizzazzjonijiet mill-akkademja u mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs u inkluż l-industriji tradizzjonali ta' manifattura, ser timmira li tistimola l-mobbiltà intersettorali u tiżdied il-kondiviżjoni tal-konoxxenza permezz ta' sħubiji konġunti ta' riċerka, appoġġati mir-reklutaġġ fis-sħubija ta' riċerkaturi ta' esperjenza, mis-sekondar ta' persunal bejn iż-żewġ setturi, u mill-organizzazzjoni ta' avvenimenti.

Id-dimensjoni internazzjonali: sabiex titjieb il-kwalità tar-riċerka Ewropea billi jiġu attratti talenti fir-riċerka minn barra l-Ewropa, u titrawwem kollaborazzjoni fir-riċerka għall-benefiċċju reċiproku ma' riċerkaturi minn barra l-Ewropa. Dan ser jiġi indirizzat permezz ta' fellowships internazzjonali għal riċerka barra mill-Ewropa (b'fażi ta' ritorn obbligatorju inkluż); fellowships internazzjonali lejn l-Ewropa; sħubiji għall-appoġġ ta' l-iskambju ta' riċerkaturi. Ser jingħata appoġġ ukoll għal inizjattivi komuni bejn organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet minn pajjiżi ġirien ta' l-UE u minn pajjiżi li magħhom il-Komunità għandha ftehim ta' Xjenza u Teknoloġija. L-attività ser tinkludi miżuri li jilqgħu kontra r-riskju ta' “esodu ta' l-imħuħ” mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-ekonomiji emerġenti u miżuri sabiex jinħolqu networks bejn ir-riċerkaturi Ewropej li jaħdmu barra mill-Ewropa. Dawn l-azzjonijiet ser jiġu implimentati skond l-attivitajiet internazzjonali taħt il-Programmi “Koperazzjoni” u “Kapaċitajiet”.

Azzjonijiet speċifiċi sabiex jagħtu appoġġ għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin għar-riċerkaturi, billi jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà u jittejbu l-perspettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa. Miżuri ta' inċentiv għal istituzzjonijiet pubbliċi li jippromwovu l-mobbiltà, il-kwalità u l-profil tar-riċerkaturi tagħhom jiġu wkoll appoġġati. Barra minn hekk, ser jingħataw għotjiet sabiex titjieb l-kuxjenza pubblika dwar l-azzjonijiet Marie Curie u l-objettivi tagħhom.

IV   KAPAĊITAJIET

Din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru ser issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-Ewropa kollha u tiżgura użu ottimali tagħhom. Dan il-għan ser jinkiseb permezz ta':

It-titjib kemm jista' jkun ta' l-użu u l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka,

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet innovattivi ta' l-SMEs u l-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka,

Appoġġ għall-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka,

Il-ftuħ tal-potenzjal ta' riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE,

It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea,

Appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi dwar ir-riċerka,

Azzjonijiet u miżuri orizzontali ta' appoġġ għall-koperazzjoni internazzjonali.

INFRASTRUTTURI TA' RIĊERKA

Objettiv

Li jittejjeb kemm jista' jkun l-użu u l-iżvilupp ta' l-aħjar infrastrutturi ta' riċerka eżistenti fl-Ewropa, u tingħata għajnuna sabiex jinħolqu fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija infrastrutturi ta' riċerka ġodda ta' interess pan-Ewropew meħtieġa mill-komunità xjentifika Ewropea sabiex tibqa' fuq quddiem nett tal-progress tar-riċerka, u tkun kapaċi tgħin lill-industrija sabiex issaħħaħ il-bażi tagħha tal-konoxxenza u l-konoxxenza teknoloġika tagħha.

Motivazzjoni

L-infrastrutturi ta' riċerka għandhom rwol dejjem akbar fl-avvanzi fil-konoxxenza u t-teknoloġija u l-isfruttament tagħhom. L-importanza ta' tali infrastrutturi hija diġà stabbilita sew f'oqsma bħall-enerġija, l-ispazju u l-fiżika tal-partiċelli u qed tiżdied f'oqsma oħra. Per eżempju, s-sorsi ta' radjazzjoni, id-databanks fil-ġenomika u fix-xjenzi soċjali, l-osservatorji għax-xjenzi ambjentali u spazjali, is-sistemi ta' l-imaging jew clean rooms għall-istudju u l-iżvilupp ta' materjali ġodda jew tan-nano-elettronika, huma fil-qofol tar-riċerka. Dawn huma għaljin, jeħtieġu l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' kompetenzi, u għandhom jintużaw u jiġu sfruttati minn kommunità kbira ta' xjenzati u industriji klijenti fuq skala Ewropea.

L-iżvilupp ta' approċċ Ewropew fir-rigward ta' infrastrutturi tar-riċerka, inklużi infrastrutturi elettroniċi bbażati fuq l-informatika u l-komunikazzjoni u infrastrutturi virtwali, u t-twettiq ta' attivitajiet f'dan il-qasam fil-livell ta' l-Unjoni, jistgħu jagħtu kontribut sinifikattiv sabiex tingħata spinta lill-potenzjal tar-riċerka Ewropea u l-isfruttament tiegħu u jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

Filwaqt li r-rwol ta' l-Istati Membri ser jibqa' ċentrali fl-iżvilupp u l-finanzjament ta' infrastrutturi, il-Komunità tista' u għandu jkollha rwol ta' katalizzatur u ta' lieva billi tgħin tiżgura aċċess usa' u aktar effiċjenti għal, u l-użu ta', l-infrastrutturi eżistenti fl-Istati Membri differenti, billi tistimula l-iżvilupp ta' dawn l-infrastrutturi, u n-networking tagħhom, b'mod koordinat, u billi tiġi promossa l-emerġenza ta' infrastrutturi tar-riċerka ġodda ta' interess pan-Ewropew għall-perijodu medju għal dak fit-tul. F'dan ir-rigward, il-Forum Strateġiku Ewropew dwar l-Infrastrutturi ta' Riċerka (ESFRI) għandu rwol ċentrali fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u ta' roadmap ta' infrastrutturi ta' riċerka Ewropej.

Attivitajiet

L-attivitajiet imwettqa taħt din l-intestatura ser jiġu esegwiti fil-qasam kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija. Huma ser jiġu implimentati f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li jseħħu fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha mwettqa fil-livell Ewropew fil-qafas Komunitarju jwieġbu għall-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fl-oqsma in kwistjoni, inkluża l-koperazzjoni internazzjonali.

L-attivitajiet ser ikunu dawn li ġejjin:

Appoġġ għal infrastrutturi ta' riċerka eżistenti

l-integrazzjoni ta' attivitajiet sabiex jiġi strutturat aħjar, fuq skala Ewropea, il-mod kif l-infrastrutturi ta' riċerka joperaw f'qasam speċifiku u sabiex jiġu promossi l-użu koerenti u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' aċċess transnazzjonali sabiex jiġi żgurat li r-riċerkaturi Ewropej, inklużi riċerkaturi mill-industrija u l-SMEs, jista' jkollhom aċċess għal infrastrutturi ta' riċerka ta' prestazzjoni għolja sabiex iwettqu r-riċerka tagħhom, irrispettivament mill-post ta' l-infrastruttura,

it-tisħiħ ta' l-infrastruttura elettronika għar-riċerka permezz tal-promozzjoni ta' l-iżvilupp ulterjuri u l-evoluzzjoni u l-konnettività globali ta' infrastrutturi ta' komunikazzjoni u ta' infrastrutturi grid ta' kapaċità għolja u ta' prestazzjoni għolja u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet Ewropej fl-informatika, kif ukoll billi titħeġġeġ l-adozzjoni minn komunitajiet utenti fejn ikun il-każ, waqt li tissaħħaħ ir-relevanza globali tagħhom u jiżdied il-livell ta' fiduċja u kunfidenza fihom, b'bini fuq il-kisbiet ta' l-infrastrutturi GEANT u Grid u abbażi ta' standards miftuħa għall-interoperabbiltà.

Appoġġ għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda

Kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda u titjib maġġuri ta' dawk eżistenti b'iffokar prinċipali fuq fażijiet preparatorji, għall-promozzjoni ta' l-emerġenza ta' faċilitajiet ta' riċerka ġodda, skond il-prinċipju ta' “ġeometrija varjabbli”, li jibnu primarjament fuq il-ħidma mwettqa mill-ESFRI (15).

studji ta' proġettazzjoni, permezz ta' approċċ minn isfel 'il fuq għal sejħiet għal proposti, sabiex jiġi promoss il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka permezz tal-finanzjament ta' għotjiet esploratorji u studji dwar il-fattibbiltà għal infrastrutturi ġodda.

Il-proġetti ta' infrastrutturi proposti għall-finanzjament f'dan ir-rigward ser jiġu identifikati abbażi ta' sensiela ta' kriterji inklużi b'mod partikolari:

Inkapaċità ta' mekkaniżmi eżistenti li jiksbu l-objettiv.

Valur miżjud ta' appoġġ finanzjarju Komunitarju.

Kapaċità li jiġi offrut servizz bi tweġiba għall-ħtiġijiet ta' l-utenti mill-komunità xjentifika (akkademika u industrijali) fl-Ewropa kollha, inkluż il-valur miżjud għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

Eċċellenza xjentifika.

Relevanza fil-livell internazzjonali.

Kontribut għal kapaċità ta' żvilupp teknoloġiku.

Kontribut għall-iżvilupp ta' “raggruppamenti ta' eċċellenza bbażati fuq ir-riċerka”.

Fattibbiltà teknoloġika u organizzattiva.

Possibbiltajiet għal sħubija Ewropea u impenn finanzjarju b'saħħtu u impenn ieħor ta' l-Istati Membri u tal-partijiet interessati ewlenin oħra, kif ukoll l-użu possibbli ta' self mill-BEI u tal-Fondi Strutturali.

L-istima ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni u dawk operattivi.

Safejn hija kkonċernata l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda, għandu jittieħed kont tal-potenzjal għal eċċellenza xjentifika tar-reġjuni ta' konverġenza kif ukoll r-reġjuni l-aktar imbiegħda kull meta jkun il-każ. Ser tiġi żgurata il-koordinazzjoni effiċjenti ta' l-istrumenti finanzjarji Komunitarji, b'mod partikolari s-Seba' Programm Kwadru u l-fondi strutturali.

RIĊERKA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA' L-SMEs

Objettivi

It-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' prodotti u swieq ġodda bbażati fuq it-teknoloġija ġdida billi tingħatalhom għajnuna sabiex jesternalizzaw ir-riċerka, iżidu l-isforzi ta' riċerka tagħhom, jestendu n-networks tagħhom, jisfruttaw aħjar ir-riżultati tar-riċerka u jiksbu konoxxenza teknoloġika, b'hekk jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Motivazzjoni

L-SMEs jinsabu fil-qofol ta' l-industrija Ewropea. Għandhom ikunu element ċentrali fis-sistema ta' l-innovazzjoni u fil-katina tat-trasformazzjoni tal-konoxxenza fi prodotti, proċessi u servizzi ġodda. Quddiem kompetizzjoni li qed tikber, sew fis-suq intern kif ukoll globalment, l-SMEs Ewropej jeħtiġilhom iżidu l-konoxxenza kif ukoll l-intensità tar-riċerka tagħhom, itejbu l-isfruttament tar-riċerka, jespandu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom fi swieq akbar u jġibu n-networks tal-konoxxenza tagħhom fuq skala internazzjonali. Il-parti l-kbira ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri relevanti għall-SMEs ma jinkoraġġux u ma jappoġġawx il-koperazzjoni trasnazzjonali fir-riċerka u t-trasferiment tat-teknoloġija. Jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell ta' l-UE sabiex jikkomplementaw u jtejbu l-impatt ta' azzjonijiet meħuda fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Minbarra l-azzjonijiet elenkati hawn taħt, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs ser tiġi inkoraġġita u ffaċilitata, u ser jittieħed kont tal-ħtiġijiet tagħhom tul is-Seba' Programm Kwadru.

Attivitajiet

Azzjonijiet speċifiċi f'appoġġ għall-SMEs huma maħsuba sabiex jappoġġaw lill-SMEs jew lil assoċjazzjonijiet ta' SMEs li jkunu jeħtieġu jesternalizzaw ir-riċerka: prinċipalment SMEs b'teknoloġija baxxa jew medja bi ftit jew ebda kapaċità ta' riċerka. L-SMEs b'intensità għolja ta' riċerka jistgħu jipparteċipaw bħala fornituri ta' servizzi ta' riċerka jew jesternalizzaw ir-riċerka sabiex jikkomplementaw il-kapaċità ta' riċerka fundamentali tagħhom. Ser jitwettqu azzjonijiet fil-qasam kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija b'approċċ minn isfel 'il fuq. L-azzjonijiet ser jinkludu appoġġ ta' dimostrazzjoni u attivitajiet oħra sabiex jiffaċilitaw l-isfruttament ta' riżultati ta' riċerka, bl-iżgurar tal-komplementarità mal-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Il-mezzi finanzjarji ser jiġu allokati permezz ta' żewġ skemi:

Riċerka għall-SMEs: sabiex jingħata appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari.

Riċerka għal assoċjazzjonijiet ta' SMEs: sabiex jingħata appoġġ lil assoċjazzjonijiet ta' SMEs u raggruppamenti ta' SMEs sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi għal problemi komuni għal għadd kbir ta' SMEs f'setturi industrijali speċifiċi jew f'ħoloq speċifiċi tal-katina ta' valur.

Il-fokus ċar se jkun li jingħata appoġġ għal proġetti ta' riċerka. Barra minn hekk, ser jingħata appoġġ għal skemi nazzjonali li jipprovdu mezzi finanzjarji lill-SMEs jew lill-assoċjazzjonijiet ta' SMEs sabiex iħejju proposti għal azzjonijiet taħt “Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs”. Matul l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, il-komplementarità u s-sinerġija ser ikunu żgurati bl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni ser iħeġġeġ u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fis-Seba' Programm Kwadru permezz tas-servizzi orizzontali tiegħu f'appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni. Il-komplementarità u s-sinerġija ma' programmi Komunitarji oħra ser jiġu żgurati.

REĠJUNI TA' KONOXXENZA

Objettivi

Li jissaħħaħ il-potenzjal ta' riċerka tar-reġjuni Ewropej, b'mod partikolari billi jitħeġġeġ u jiġi appoġġat l-iżvilupp, madwar l-Ewropa, ta' “raggruppamenti mmexxija mir-riċerka” reġjonali li jassoċjaw flimkien universitajiet, ċentri ta' riċerka, intrapriżi u awtoritajiet reġjonali.

Motivazzjoni

Ir-reġjuni kull ma jmur dejjem iżjed qed jitqiesu bħala atturi importanti fix-xenarju tar-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE. Il-politika tar-riċerka u l-attivitajiet fil-livell reġjonali ta' spiss iserrħu fuq l-iżvilupp ta' “raggruppamenti” li jassoċjaw flimkien atturi pubbliċi u privati. L-azzjoni pilota dwar “Reġjuni ta' Konoxxenza” uriet id-dinamika ta' din l-evoluzzjoni u l-ħtieġa ta' appoġġ u inkoraġġament għall-iżvilupp ta' dawn l-istrutturi.

L-azzjonijiet meħuda f'dan il-qasam ser jippermettu lir-reġjuni Ewropej sabiex isaħħu l-kapaċità tagħhom għall-investiment fl-RTD u sabiex iwettqu attivitajiet ta' riċerka, filwaqt li jkabbru kemm jistgħu il-potenzjal ta' l-operaturi tagħhom għal parteċipazzjoni b'suċċess fi proġetti Ewropej ta' riċerka u jiffaċilitaw l-emerġenza ta' raggruppamenti, b'hekk jippromwovu l-iżvilupp reġjonali fl-Ewropa. Xi azzjonijiet ser jiffaċilitaw il-ħolqien ta' raggruppamenti reġjonali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

Attivitajiet

L-inizjattiva ġdida “Reġjuni ta' Konoxxenza” ser tinvolvi u ġġib flimkien atturi reġjonali involuti fir-riċerka bħal universitajiet, ċentri ta' riċerka, l-industrija, awtoritajiet pubbliċi (kunsilli reġjonali jew aġenziji ta' żvilupp reġjonali). Il-proġetti ser ikopru l-analiżi konġunta ta' l-aġendi ta' riċerka ta' raggruppamenti reġjonali (f'koordinazzjoni ma' attivitajiet oħra dwar il-kwistjoni usa' ta' raggruppamenti reġjonali ta' innovazzjoni) u l-elaborazzjoni ta' sensiela ta' strumenti sabiex jindirizzawhom f'attivitajiet ta' riċerka speċifiċi, inkluż permezz ta' “konsulenza” ta' reġjuni bi profili ta' riċerka anqas żviluppati minn reġjuni ferm żviluppati u appoġġ lil Reġjuni ta' Konoxxenza emerġenti.

Dan ser jinkludi miżuri mmirati lejn it-titjib ta' networking ta' riċerka u l-aċċess għal sorsi ta' finanzjament għar-riċerka kif ukoll integrazzjoni u konnessjoni aħjar ta' atturi fir-riċerka u istituzzjonijiet f'ekonomiji reġjonali. Dawn l-attivitajiet ser jiġu implimentati f'relazzjoni mill-qrib mal-politika reġjonali Komunitarja (il-fondi strutturali), u l-Programm Kwadru ta' Kompetittività u Innovazzjoni u l-Programmi ta' Edukazzjoni u Taħriġ.

Fil-kuntest ta' l-attività speċifika “Reġjuni ta' Konoxxenza” ser jitfittxu sinerġiji mal-politika reġjonali Komunitarja kif ukoll mal-programmi nazzjonali u reġjonali relevanti, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni ta' konverġenza u r-reġjuni l-aktar imbiegħda.

POTENZJAL GĦAR-RIĊERKA

Objettiv

Li tiġi stimulata r-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ ta' riċerka ta' l-Unjoni wara t-tkabbir permezz tal-ftuħ u l-iżvilupp ta' l-eċċellenza eżistenti u emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE (16), u li jiġi megħjun it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerkaturi tagħhom sabiex jipparteċipaw b'suċċess fl-attivitajiet ta' riċerka fil-livell Komunitarju.

Motivazzjoni

L-Ewropa ma tisfruttax bis-sħiħ il-potenzjal ta' riċerka tagħha, b'mod partikolari f'reġjuni anqas avvanzati mbiegħda mill-qalba Ewropea tar-riċerka u l-iżvilupp industrijali. Sabiex tingħata għajnuna lir-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet, kemm jekk fis-settur pubbliku jew privat, ta' dawn ir-reġjuni sabiex jikkontribwixxu għall-isforz globali Ewropew fir-riċerka, filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-konoxxenza u l-esperjenza eżistenti f'reġjuni oħra ta' l-Ewropa, din l-azzjoni timmira li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jippermettulhom jisfruttaw il-potenzjal tagħhom, u ser tgħin sabiex tiġi realizzata bis-sħiħ iż-Żona ta' Riċerka Ewropea fl-Unjoni wara t-tkabbir. L-azzjonijiet ser jibnu fuq miżuri ta' l-imgħoddi u dawk eżistenti bħaċ-Ċentri Ewropej ta' Eċċellenza taħt il-Ħames Programm Kwadru f'dawk li kienu l-pajjiżi aderenti u kandidati fil-Ħames Programm Kwadru u l-Fellowships ta' Ospitalità Marie Curie għat-Traferiment tal-Konoxxenza.

Attivitajiet

L-azzjonijiet f'dan il-qasam ser jinkludu appoġġ għal:

Sekondamenti transnazzjonali miż-żewġ naħat ta' persunal ta' riċerka bejn organizzazzjonijiet magħżula fir-reġjuni ta' konverġenza, u organizzazzjoni msieħba waħda jew aktar; appoġġ għal ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi ta' esperjenza, inklużi maniġers, li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra.

L-akkwist u l-iżvilupp ta' tagħmir tar-riċerka u l-iżvilupp ta' ambjent materjali li jippermetti l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal intellettwali preżenti fiċ-ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza.

L-organizzazzjoni ta' workshops u konferenzi sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment tal-konoxxenza; attivitajiet ta' promozzjoni kif ukoll inizjattivi li jimmiraw lejn id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' riżultati ta' riċerka f'pajjiżi oħra u lejnhom u fuq is-swieq internazzjonali.

“Faċilitajiet ta' valutazzjoni” li permezz tagħhom kwalunkwe ċentru ta' riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza jista' jibbenefika minn valutazzjoni esperta indipendenti tal-livell tal-kwalità globali tar-riċerka u ta' l-infrastrutturi tiegħu.

Ser jiġu mfittxija sinerġiji b'saħħithom mal-politika reġjonali Komunitarja. L-azzjonijiet li jirċievu l-appoġġ taħt din l-intestatura ser jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka taċ-ċentri ta' eċċellenza emerġenti u eżistenti fir-reġjuni ta' koverġenza, li jistgħu jiġu indirizzati permezz tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni.

Ser jiġu mfittxija wkoll sinerġiji mal-Programm Kwadru ta' Kompetittività u Innovazzjoni sabiex tiġi promossa l-kummerċjalizzazzjoni reġjonali ta' l-R&D f'kolloborazzjoni ma' l-industrija.

IX-XJENZA FIS-SOĊJETÀ

Objettiv

Sabiex tiġi stimulata, bil-ħsieb li tinbena soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza Ewropea li tkun miftuħa, effettiva u demokratika, l-integrazzjoni armonjuża ta' sforz xjentifiku u teknoloġiku, u ta' politika ta' riċerka assoċjata fit-tessut soċjali Ewropew, billi fuq skala Ewropea jiġu mħeġġa r-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, u r-relazzjoni tagħhom ma' l-ispektrum sħiħ tas-soċjetà u l-kultura.

Motivazzjoni

L-influwenza tax-xjenza u tat-teknoloġija fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum qed issir dejjem iktar profonda. Madankollu, prodotti ta' l-attività soċjali u ffurmati minn fatturi soċjali u kulturali, ix-xjenza u t-teknoloġija jibqgħu dominju remot, bogħod mit-tħassib ta' kuljum tal-biċċa l-kbira tal-pubbliku u ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-linji politiċi, u jkomplu jkunu s-suġġett ta' nuqqas ta' fehim. Kwistjonijiet kontroversjali rigward teknoloġiji emerġenti għandhom jiġu indirizzati mis-soċjetà abbażi ta' dibattitu infurmat li jwassal għal għażliet u deċiżjonijiet sodi.

Attivitajiet

L-inizjattiva sostanzjali u integrata meħuda f'dan il-qasam ser tinkludi appoġġ għal:

It-tisħiħ u t-titjib tas-sistema Ewropea tax-xjenza, u l-indirizzar tal-kwistjonijiet li ġejjin: it-titjib ta' l-użu u l-monitoraġġ ta' l-impatt tal-parir u l-kompetenzi xjentifiċi għal tfassil ta' deċiżjonijiet (inkluż l-immaniġġar tar-riskji); il-futur tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi; miżuri sabiex il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi jsiru aktar aċċessibbli għal membri tal-pubbliku li jixtiequ jikkonsultawhom; salvagwardji għal oqsma xjentifiċi miftuħa għal użu mhux xieraq; u kwistjonijiet ta' frodi, fiduċja u “regolamentazzjoni proprja”.

Involviment usa' bejn ir-riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali, inkluża s-soċjetà ċivili organizzata, b'mistoqsijiet relatati max-xjenza, sabiex jiġu antiċipati u ċċarati kwistjonijiet politiċi u tas-soċjetà, inklużi dawk etiċi.

Ir-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija u posthom fis-soċjetà, abbażi ta' dixxiplini bħall-istorja, is-soċjoloġija u l-filosofija tax-xjenza u t-teknoloġija.

Riċerka dwar is-sessi, inkluża l-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar is-sessi fl-oqsma kolla tar-riċerka u l-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fir-riċerka u fil-korpi ta' tfassil ta' deċiżjonijiet xjentifiċi.

Il-ħolqien ta' ambjent miftuħ li jqajjem il-kurżità dwar ix-xjenza fost it-tfal u ż-żgħażagħ, permezz tat-tisħiħ ta' l-edukazzjoni tax-xjenzi fil-livelli kollha, inklużi fl-iskejjel, u permezz tal-promozzjoni ta' l-interess u l-parteċipazzjoni sħiħa fix-xjenza fost iż-żgħażagħ minn kull sfond tal-ħajja.

It-tisħiħ tar-rwol tar-riċerka bbażata f'universitajiet u istituti ta' l-edukazzjoni ogħla oħra u l-impenn ta' dawn l-universitajiet u istituti fl-isfidi ta' globalizzazzjoni.

Inter-komunikazzjoni mtejba u fehim reċiproku bejn id-dinja xjentifika u l-udjenza usa' ta' dawk li jfasslu l-politika, il-medja u l-pubbliku ġenerali, permezz ta' għajnuna lix-xjenzjati sabiex jikkomunikaw aħjar u jippreżentaw il-ħidma tagħhom u permezz ta' appoġġ għall-informazzjoni xjentifika, pubblikazzjonijiet u medja.

Dawn l-attivitajiet se jieħdu l-forma, b'mod partikolari, ta' proġetti ta' riċerka, studji, networking u skambji, okkażjonjiet u inizjattivi pubbliċi, premjijiet, stħarriġ u ġbir tad-data. F'ħafna każijiet, ser ikunu jinkludu sħubiji internazzjonali ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP KOERENTI TA' LINJI POLITIĊI DWAR IR-RIĊERKA

Objettivi

It-titjib ta' l-effikaċja u l-koerenza ta' linji politiċi tar-riċerka Komunitarji u nazzjonali u l-artikolazzjoni tagħhom ma' linji politiċi oħra, it-titjib ta' l-impatt tar-riċerka pubblika u r-rabtiet tagħha ma' l-industrija, u t-tisħiħ ta' l-appoġġ pubbliku u l-influwenza pożittiva fuq l-investiment minn atturi privati.

Motivazzjoni

Iż-żieda ta' l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp sa l-objettiv ta' 3 % u t-titjib ta' l-effikaċja tiegħu hija prijorità minn ta' fuq nett ta' l-istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Għalhekk, l-iżvilupp ta' linji politiċi effettivi sabiex jiġu influwenzati b'mod pożittiv investimenti f'riċerka pubbliċi u privati hu tħassib prinċipali ta' l-awtoritajiet pubbliċi fid-dawl tal-bżonn ta' l-aċċellerazzjoni tat-transizzjoni lejn ekonomija kompetittiva bbażata fuq il-konoxxenza. Dan jitlob għal adattabbiltà ta' linji politiċi tar-riċerka, il-mobilizzazzjoni ta' firxa usa' ta' strumenti, il-koordinazzjoni ta' sforzi minn konfini nazzjonali għall-ieħor u l-mobilizzazzjoni ta' linji politiċi oħra sabiex jinħolqu kondizzjonijiet-kwadru aħjar għar-riċerka.

Attivitajiet

L-attivitajiet imwettqa taħt din l-intestatura ser jikkomplementaw l-attivitajiet ta' koordinazzjoni taħt il-programm “Koperazzjoni” u ser jimmiraw lejn it-titjib tal-koerenza u l-impatt ta' linji politiċi u inizjattivi reġjonali, nazzjonali u Komunitarji (p.eż il-finanzjament ta' programmi, il-leġislazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida). L-attivitajiet ser ikunu dawn li ġejjin:

Il-monitoraġġ u l-analiżi ta' linji politiċi pubbliċi relatati mar-riċerka u strateġiji industrijali, inkluż l-impatt tagħhom u l-iżvilupp ta' indikaturi sabiex jiġu provduti informazzjoni u evidenza b'appoġġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali ta' linji politiċi.

It-tisħiħ, fuq bażi volontarja, tal-koordinazzjoni ta' linji politiċi tar-riċerka permezz ta' azzjonijiet għall-appoġġ ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (OMC) u inizjattivi ta' koperazzjoni transnazzjonali minn isfel 'il fuq imwettqa fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.

ATTIVITAJIET TA' KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Il-Komunità Ewropea teħtieġ politika internazzjonali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija koerenti u b'saħħitha, sabiex issir kompetittiva u sabiex ikollha rwol prinċipali fuq il-livell dinji. L-azzjonijiet internazzjonali mwettqa taħt il-programmi differenti tas-Seba' Programm Kwadru ser ikunu implimentati fil-kuntest ta' strateġija ta' koperazzjoni internazzjonali globali.

Din il-politika internazzjonali għandha tlitt objettivi interdipendenti:

Li tagħti appoġġ għall-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubija strateġika ma' pajjiżi terzi f'oqsma magħżula tax-xjenza u bl-ingaġġ ta' l-aqwa xjenzjati minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha;

Li tiffaċilita l-kuntatti ma' l-imsieħba f'pajjiżi terzi bil-għan li tipprovdi aċċess aħjar għar-riċerka mwettqa xi mkien ieħor fid-dinja;

Li tindirizza problemi speċifiċi li għandhom quddiemhom il-pajjiżi terzi, jew dawk ta' natura globali, abbażi ta' l-interess reċiproku u l-benefiċċju reċiproku.

Il-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi fis-Seba' Programm Kwadru ser tkun immirata, b'mod partikolari, lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:

Il-pajjiżi kandidati;

Pajjiżi ġirien ta' l-UE, il-pajjiżi sħab tal-Mediterran, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (WBC) (17) u l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali (EECA) (18);

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'attenzjoni fuq il-ħtiġijiet partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun ikkonċernat (19);

L-ekonomiji emerġenti.

L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali orjentati skond it-temi jitwettqu taħt il-programm “Koperazzjoni”. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-programm “Nies”.

Taħt il-programm “Kapaċitajiet” ser jiġu implimentati azzjonijiet ta' appoġġ orizzontali u miżuri li jiffokaw fuq oqsma minbarra dawk marbuta ma' tema speċifika jew ma' qasam interdixxiplinari koperti fil-programm “Koperazzjoni”, u jistgħu jiġu supplimentati, f'numru limitat ta' każijiet, minn azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifika ta' interess reċiproku. Se jsiru sforzi sabiex tittejjeb il-koerenza ta' l-attivitajiet nazzjonali permezz ta' l-appoġġ ta' l-koordinament bejn il-programmi nazzjonali dwar il-koperazzjoni xjentifika internazzjonali. B'kont meħud ta' l-esperjenza miksuba permezz ta' INTAS u filwaqt li jibnu fuq il-ħidma tagħha fil-qafas tal-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali, attivitajiet li jipprovdu kontinwità ser jitwettqu permezz ta' dan il-programm u l-programmi speċifiċi “Koperazzjoni” u “Nies”.

Ser tiġi żgurata l-koordinazzjoni globali ta' l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali taħt il-programmi differenti tas-Seba' Programm Kwadru, kif ukoll ma' strumenti Komunitarji oħra.

AZZJONIJIET MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TA' RIĊERKA (JRC)

Objettiv

Li jiġi provdut appoġġ xjentifiku u tekniku mmexxi mill-klijent għall-proċess ta' tfassil tal-politika Komunitarja, bl-iżgurar ta' l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi eżistenti u li jwieġeb għal bżonnijiet ġodda ta' politika.

Motivazzjoni

L-indipendenza tal-JRC mill-interessi speċjali, sew privati kif ukoll nazzjonali, flimkien mal-kompetenzi tekniċi tiegħu, jippermettulu jiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tkabbir tal-kunsens bejn il-partijiet interessati (assoċjazzjonijiet industrijali, gruppi ta' azzjoni ambjentali, awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ċentri ta' riċerka oħra, eċċ.) u dawk li jfasslu l-politika, speċjalment fuq il-livell Komunitarju u b'mod partikolari mal-Parlament Ewropew. Permezz ta' l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku l-JRC jgħin sabiex il-proċess politiku Komunitarju jsir aktar effettiv, trasparenti u bbażat fuq ix-xjenza soda. Fejn u meta xieraq, ir-riċerka mwettqa mil-JRC għandha tkun koordinata mar-riċerka mwettqa taħt it-“Temi” tal-Programm Speċifiku “Koperazzjoni”, sabiex jiġu evitati sovrapożizzjoni u duplikazzjoni.

Il-JRC ser isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fiż-Zona ta' Riċerka Ewropea. Permezz ta' l-aġevolazzjoni ta' l-aċċess għall-faċilitajiet tiegħu minn riċerkaturi Ewropej u dawk mhux Ewropej, inklużi riċerkaturi fi stadju bikri, ser iżid il-koperazzjoni tiegħu ma' organizzazzjoniet oħra ta' riċerka pubbliċi u privati, itejjeb b'mod konsistenti l-kwalità xjentifika ta' l-attivitajiet tiegħu stess u jikkontribwixxi b'mod aktar xjentifiku għat-taħriġ, li ser jibqa' ta' prijorità għolja għall-JRC.

L-utilità u l-kredibbiltà ta' l-appoġġ tal-JRC għal-linji politiċi Komunitarji huma marbuta mill-qrib mal-kwalità tal-kompetenzi xjentifiċi tiegħu u ma' l-integrazzjoni tiegħu fil-komunità xjentifika internazzjonali. Il-JRC għaldaqstant ser ikompli jinvesti fir-riċerka u fin-networking ma' ċentri oħra ta' eċċellenza fl-oqsma relevanti. Ser jipparteċipa f'azzjonijiet indiretti fl-oqsma kollha b'enfasi fuq sistemi komuni ta' referenza xjentifika, networking, it-taħriġ u l-mobbiltà, l-infrastrutturi tar-riċerka u l-parteċipazzjoni fil-Pjattaformi tat-Teknoloġija u l-istrumenti ta' ko-ordinazzjoni fejn għandu l-kompetenzi relevanti sabiex jipproduċi l-valur miżjud.

Il-JRC ser ikompli jippromwovi b'mod attiv l-integrazzjoni ta' l-Istati Membri l-Ġodda u l-Pajjiżi Kandidati fl-attivitajiet tiegħu, sa ma jilħqu l-istess livell ta' involviment attwali ta' l-UE-15.

Attivitajiet

Il-prijoritajiet tal-JRC ser ikunu f'oqsma li huma ta' importanza strateġika għall-Unjoni u fejn il-kontribut tal-JRC jipprovdi valur miżjud għoli. L-appoġġ xjentifiku u tekniku għal-linji politiċi Komunitarji ser ikomplu jingħataw f'oqsma ċentrali bħall-iżvilupp sostenibbli, il-bidla fil-klima, l-ikel, l-enerġija, it-trasport, il-kimiċi, metodi alternattivi ta' ttestjar fuq l-annimali, il-politika tar-riċerka, it-teknoloġiji ta' l-informatika, metodi u materjal ta' referenza, il-bijoteknoloġija, ir-riskji, il-perikli u l-impatti soċjo-ekonomiċi. It-tkabbir ser ikun fl-oqsma ta' interess ewlieni għall-Komunità:

Il-prosperità f'soċjetà li sserraħ fuq il-konoxxenza

It-twettiq u l-iżvilupp ta' tekniċi ta' l-immudellar u l-analiżi ekonometriċi avvanzati fil-kuntest tad-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-politika bħalma huma s-segwitu ta' l-Aġenda ta' Lisbona, is-Suq Intern u l-linji politiċi tar-riċerka u ta' l-rdukazzjoni tal-Komunità;

L-iżvilupp ta' mudelli sabiex jappoġġaw bilanċ ġdid bejn l-objettivi ta' sostenibbiltà u l-kompetittività b'mod responsabbli;

L-għoti ta' l-appoġġ xjentifiku/tekniku tagħha għall-iżvilupp tal-proċeduri ta' valutazzjoni u maniġġar tar-riskju bħala għodda għall-proċess Ewropew ta' tfassil ta' deċiżjonijiet.

Is-solidarjetà u l-immaniġġar responsabbli tar-riżorsi

Li jsir ċentru rikonoxxut ta' referenza xjentifika u teknoloġika dwar l-agrikoltura sostenibbli b'enfasi fuq il-kwalità, it-traċċabbiltà u s-sigurtà ta' l-ikel (inkluż dak ġenetikament immodifikat u għalf), l-immaniġġar ta' l-ispazji u l-konformità reċiproka u sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komunitarja.

Li jagħti l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku lill-Politika Komuni tas-Sajd.

Li jtejjeb il-provvista tas-sistemi ta' informazzjoni armonizzati Ewropej tad-data b'rabtiet ġeografiċi u spazjali (appoġġ għall-INSPIRE) u li jkompli l-iżvilupp ta' approċċi ġodda għall-monitoraġġ globali ta' l-ambjent u tar-riżorsi (appoġġ għall-GMES).

Li jipprovdi kompetenzi u jkollu rwol fl-attivitajiet ta' riċerka tal-GMES u fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda f'dan il-qasam.

Li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar l-Ambjent u s-Saħħa inkluż l-appoġġ għal attivitajiet kurrenti sabiex tiġi stabbilita sistema Komunitarja ta' informazzjoni integrata dwar l-ambjent u s-saħħa.

Li jippromwovi u jtejjeb l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' strateġiji alternattivi, u b'mod partikolari metodi li ma jinvolvux annimali, fl-oqsma relevanti ta' riċerka kollha (valutazzjoni tas-sigurtà, ittestjar tal-vaċċini, riċerka tas-saħħa u bijomedika eċċ.).

Libertà, sigurtà u ġustizzja

Li jiżviluppa attivitajiet li jagħtu kontribut għall-istabbiliment tal-qasam tal-ħelsien, il-ġustizzja u s-sigurtà, speċjalment fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-frodi, is-sigurtà tal-fruntieri u l-prevenzjoni ta' riskji kbar, f'koperazzjoni mal-korpi relevanti.

Li jappoġġa r-rispons Komunitarju għad-diżastri naturali u teknoloġiċi.

L-Ewropa bħala imsieħba dinjija

Li jsaħħaħ l-appoġġ għal-linji politiċi esterni Komunitarji f'oqsma speċifiċi bħalma huma l-aspetti esterni tas-sigurtà interna, il-koperazzjoni fl-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.


(1)  Fis-Seba' Programm Kwadru kollu, “SMEs” għandhom jinftiehmu li jinkludu mikro-intrapriżi.

(2)  B'mod partikolari ma' l-attivitajiet imwettqa mill-istruttura intergovernattiva EUREKA. Barra minn hekk, l-esperijenza miksuba minn raggruppamenti EUREKA jistgħu jkunu relevanti għal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti f'oqsma relatati.

(3)  Dan se jinkludi l-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST.

(4)  It-terminu “bijo-ekonomija” jinkludi l-industriji u s-setturi ekonomiċi kollha li jipproduċu, jimmaniġġaw u jisfruttaw b'xi mod ieħor ir-riżorsi bijoloġiċi u s-servizzi relatati, l-industriji tal-provvista jew tal-konsumatur relatati, bħall-agrikoltura, l-industrija alimentari, is-sajd, il-foresterija, eċċ.

(5)  “Ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija — Strateġija għall-Ewropa” — COM(2002) 27.

(6)  Ir-riċerka komplementari rigward l-immaniġġar sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali hija ttrattata taħt it-tema “L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)”.

(7)  COM (2000) 0769.

(8)  COM (2005) 0265.

(9)  COM (2006) 0105.

(10)  Ir-riċerka komplementari relatata mal-produzzjoni u l-użu ta' riżorsi bijoloġiċi hija indirizzata taħt it-tema “Ikel, Agrikoltura, Sajd u l-Bijoteknoloġija”.

(11)  L-aġendi ta' riċerka tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej relevanti ser jitqiesu fl-attivitajiet differenti.

(12)  COM (2001) 370.

(13)  L-industrija Ewropea ta' l-aeronawtika tinvesti 14 % tal-fatturat tagħha fir-riċerka, l-industrija Ewropea tal-karrozzi kważi 5 % tal-fatturat tagħha; u l-vantaġġ kompetittiv ta' l-industrija ta' l-UE tal-bini tal-vapuri jistrieħ għal kollox fuq l-RTD.

(14)  ACARE: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa. Imniedi fl-2001, u huwa l-ewwel eżempju operattiv ta' Pjattaforma Teknoloġika; ERRAC: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji; ERTRAC: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fit-Trasport bit-Toroq; Pjattaforma Teknoloġika WATERBORNE.

(15)  L-ESFRI tnieda f'April 2002. ESFRI jġib flimkien rappreżentanti mill-25 Stat Membru ta' l-UE, maħtura mill-Ministri inkarigati mir-Riċerka, u rappreżentant mill-Kummissjoni Ewropea. Il-pajjiżi assoċjati mal-Programmi Kwadru għar-Riċerka ġew mistiedna jissieħbu fl-2004.

(16)  Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (ĠU L 210, 31.07.2006, p. 25). Dan jinkludi r-reġjuni ta' l-objettiv ta' “konverġenza”, ir-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)  Minbarra pajjiżi kandidati assoċjati.

(18)  Qabel kienu msejħa l-Istati Indipendenti Ġodda: L-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Kazakstan, ir-Repubblika tal-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina u l-Uzbekistan.

(19)  Filwaqt li jigi nnutat li l-Amerika Latina tinkludi kemm pajjizi li qed jizviluppaw kif ukoll ekonomiji emerġenti.


ANNESS II

ANALIŻI INDIKATTIVA TAL-PROGRAMMI

L-analiżi indikattiva tal-programmi hija kif ġej (f'EUR miljuni):

I.

Koperazzjoni (1), (2)

32 413

Saħħa

6 100

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija

1 935

It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ICT)

9 050

Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ta' Produzzjoni ġodda

3 475

Enerġija

2 350

L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 890

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

4 160

Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika

623

L-Ispazju

1 430

Is-Sigurtà

1 400

II.

Ideat

7 510

III.

Nies

4 750

IV.

Kapaċitajiet

4 097

Infrastrutturi tar-Riċerka

1 715

Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs

1 336

Reġjuni ta' konoxxenza

126

Potenzjal għar-Riċerka

340

Ix-Xjenza fis-Soċjetà

330

Appoġġ għall-Iżvilupp koerenti ta' Linji Politiċi dwar ir-Riċerka

70

Attivitajiet ta' Koperazzjoni Internazzjonali

180

V.

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

TOTAL

50 521

Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju (RSFF)

Il-baġits indikattivi għall-programmi “Koperazzjoni” u “Kapaċitajiet” jinkludu kontributi lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) għall-istabbiliment ta' l-RSFF msemmija fl-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jadottaw il-programmi speċifiċi li jikkontribwixxu ser jistabbilixxu, inter alia, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni li taħthom il-Kummissjoni ser tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni mill-ġdid għal attivitajiet oħra tal-Programm Kwadru tal-kontribut tal-Komunità għall-RSFF u d-dħul li hi tiġġenera, li mhumiex użati mill-BEI.

Is-Seba' Programm Kwadru ser jikkontribwixxi ammont sa EUR 500 miljun għall-RSFF sa l-2010. Għall-perijodu 2010-2013, ser ikun hemm il-possibbiltà ta' rilaxx ta' somma addizzjonali sa EUR 500 miljun wara l-evalwazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2) ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' SMEs u universitajiet, tat-twettiq tal-kriterji ta' l-għażla tas-Seba' Programm Kwadru, tat-tipi ta' proġetti appoġġati u tad-domanda għall-istrument ikkonċernat, tat-tul tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni, tar-riżultati tal-proġett, u tal-mod ta' distribuzzjoni tal-fondi.

L-ammont disponibbli mis-Seba' Programm Kwadru għandu jiżdied miegħu ammont ekwivalenti mill-EIB. Huwa ser jiġi mill-programm “Koperazzjoni” (sa 800 miljun EURO b'kontribut proporzjonali tal-prijoritajiet tematiċi kollha, minbarra xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-umanistika) u l-programm “Kapaċitajiet” (sa 200 miljun mil-linja ta' l-infrastruttura tar-riċerka).

L-ammont ser ikun magħmul disponibbli progressivament lill-EIB b'kont meħud tal-livell tat-talba.

Sabiex tiġi żgurata tnedija rapida b'massa kritika ta' riżorsi, ammont li jlaħħaq l-EUR 500 miljun ser ikun progressivament allokat fil-baġit għall-perijodu sa l-evalwazzjoni interim tas-Seba' ProgrammKwadru, imsemmi fl-Artikolu 7 (2) ta' din id-Deċiżjoni.


(1)  Inklużi Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (inkluż il-pjan finanzjarju, eċċ.) u l-parti mill-attivitajiet ta' koordinazzjoni u ta' koperazzjoni internazzjonali li għandhom jiġu ffinanzjati fi ħdan it-temi.

(2)  L-għan ser ikun li għall-inqas 15% mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti “Koperazzjoni” tal-programm imorru għall-SMEs.


ANNESS III

SKEMI TA' FINANZJAMENT

Azzjonijiet Indiretti

L-attivitajiet appoġġati mis-Seba' Programm Kwadru ser jiġu ffinanzjati permezz ta' firxa ta' “Skemi ta' finanzjament”. Dawn l-iskemi ser jintużaw, sew individwalment kif ukoll flimkien, sabiex jiffinanzjaw azzjonijiet implimentati taħt il-Programm Kwadru.

Id-deċiżjonijiet għal programmi speċifiċi, programmi ta' ħidma u sejħiet għal proposti ser jispeċifikaw, skond u meta jkun xieraq:

It-tip(i) ta' skema(i) użata(i) għall-finanzjament ta' azzjonijiet differenti;

Il-kategoriji ta' parteċipanti (bħal ma huma organizzazzjonijiet tar-riċerka, universitajiet, industriji, SMEs, awtoritajiet pubbliċi) li jistgħu jibbenefikaw minnu;

It-tipi ta' attivitajiet (bħal riċerka u żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni, ġestjoni, taħriġ, disseminazzjoni, u attivitajiet oħra relatati) li jistgħu jiġu ffinanzjati minn kull waħda minnhom.

Fejn jistgħu jintużaw skemi ta' finanzjament differenti, il-programmi ta' ħidma jistgħu jispeċifikaw l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għas-suġġett li dwaru jkunu mistiedna proposti.

L-iskemi ta' finanzjament huma dawn li ġejjin:

a)

B'appoġġ ta' azzjonijiet li huma implimentati primarjament abbażi ta' sejħiet għall-proposti:

1)

Proġetti kollaborattivi

Appoġġ għal proġetti ta' riċerka mwettqa minn konsorzji b'parteċipanti minn pajjiżi differenti, li jkollhom il-mira li jiżviluppaw konoxxenza ġdida, teknoloġija ġdida, prodotti, attivitajiet ta' dimostrazzjoni jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw minn qasam għall-ieħor u minn suġġett għall-ieħor. Il-proġetti jistgħu jkollhom firxa minn skala żgħira għal dik medja ffokati fuq azzjonijiet ta' riċerka għal proġetti ta' integrazzjoni fuq skala kbira għall-kisba ta' objettiv definit. Il-proġetti ser ikunu mmirati wkoll lejn gruppi speċjali bħal SMEs u partijiet oħrajn iżgħar.

2)

Networks ta' Eċċellenza

Appoġġ għal Programm Konġunt ta' Attivitajiet implimentat minn għadd ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka li jintegraw l-attivitajiet tagħhom f'qasam partikolari, imwettqa minn timijiet ta' riċerka fil-qafas ta' koperazzjoni fil-perijodu aktar fit-tul. L-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Konġunt ta' Attivitajiet tkun tirrikjedi impenn formali min-naħa ta' l-organizzazzjonijiet li jkunu qed jintegraw parti mir-riżorsi u l-attivitajiet tagħhom.

3)

Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ

Appoġġ għal attivitajiet immirati lejn il-koordinament jew l-appoġġ tal-linji politiċi u l-attivitajiet ta' riċerka (networking, skambji, aċċess transnazzjonali għall-infrastrutturi tar-riċerka, studji, konferenzi, eċċ.). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati wkoll permezz ta' modi oħra, minbarra s-sejħiet għall-proposti.

4)

Appoġġ għal riċerka “innovattiva”

Appoġġ għal proġetti mwettqa minn timijiet individwali ta' riċerka nazzjonali jew transnazzjonali. Din l-iskema ser tintuża sabiex tappoġġa proġetti tar-riċerka “innovattiva” mmexxija mir-riċerkaturi ffinanzjati fil-qafas tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka.

5)

Appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

Appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera ta' riċerkaturi, użat prinċiplament għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet Marie Curie.

6)

Riċerka għall-benefiċċju ta' gruppi speċifiċi (b'mod partikolari l-SMEs)

Appoġġ għal proġetti ta' riċerka li fihom il-parti l-kbira tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku ssir minn universitajiet, ċentri ta' riċerka jew entitajiet legali oħra, għall-benefiċċju ta' gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-SMEs jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-SMEs. Ser isiru sforzi sabiex jiġi mobilizzat finanzjament ulterjuri mill-BEI u organizzazzjonijiet finanzjarji oħra.

b)

B'appoġġ għal azzjonijiet implimentati abbażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew (jew mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew), ibbażati fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Komunità ser tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għal inizjattivi fuq skala kbira u ffinanzjati minn għadd ta' sorsi.

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-implimentazzjoni konġunta ta' programmi nazzjonali ta' riċerka identifikati sew, abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat. Din l-implimentazzjoni konġunta ser tirrikjedi l-istabbiliment jew l-eżistenza ta' struttura ddedikata ta' implimentazzjoni. L-appoġġ finanzjarju Komunitarju ser jingħata suġġett għad-definizzjoni ta' pjan ta' finanzjament ibbażat fuq impenji formali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-implimentazzjoni ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija sabiex jintlaħqu għanijiet li ma jkunux jistgħu jiġu milħuqa permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament identifikati f'parti (a) hawn fuq. Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija ser jimmobilizzaw taħlita ta' finanzjament ta' tipi differenti u minn sorsi differenti, privati u pubbliċi, Ewropej u nazzjonali. Dan il-finanzjament jista' jieħu forom differenti u jista' jiġi allokat jew mobilizzat permezz ta' firxa ta' mekkaniżmi: appoġġ mill-Programm Kwadru, self mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), appoġġ lill-kapital ta' riskju. Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija jistgħu jiġu deċiżi u implimentati abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (dan jista' jinkludi l-ħolqien ta' impriżi konġunti) jew permezz tad-Deċiżjonijiet li jistabbiixxu l-programm speċifiċi. L-appoġġ Komunitarju ser jingħata suġġett għad-definizzjoni ta' skema globali ta' l-inġinerija finanzjarja, ibbażata fuq impenji formali min-naħa tal-partijiet kollha kkonċernati.

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ta' interess Ewropew. Din il-kontribuzzjoni tista' tiġi deċiża abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat jew permezz ta' Deċiżjonijiet tal-Programm Speċifiku. L-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ser jimmobilizza taħlita ta' finanzjament ta' tipi differenti u minn sorsi differenti: finanzjament nazzjonali, Programm Kwadru, Fondi Strutturali, self mill-BEI u oħra. L-appoġġ Komunitarju ser jingħata suġġett għad-definizzjoni ta' pjan globali finanzjarju, ibbażat fuq impennn min-naħa tal-partijiet kollha kkonċernati.

Il-Komunità ser timplimenta l-iskemi ta' finanzjament identifikati f'parti a) hawn fuq konformement mad-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, l-istrumenti relevanti ta' għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-qafas Komunitarju dwar l-għajnuniet mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll ir-regolamenti internazzjonali f'dan il-qasam. Konformement ma' dan il-qafas internazzjonali, ser ikun meħtieġ li jkun possibbli li l-iskala u l-forma tal-parteċipazzjoni finanzjarja jiġu aġġustati fuq bażi ta' każ b'każ, b'mod partikolari jekk ikun disponibbli l-finanzjament minn sorsi oħra tas-settur pubbliku, inklużi sorsi oħra Komunitarji ta' finanzjament bħall-BEI.

Minbarra l-għoti ta' appoġġ finanzjarju dirett lill-parteċipanti f'azzjonijiet RTD, il-Komunità ser ittejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tad-dejn permezz ta' “Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju” billi tipprovdi kontribuzzjoni lill-BEI. Il-BEI għandu juża l-kontribut tal-Komunità, li ser ikun sħab fil-kondiviżjoni tar-riskju, għall-kontribuzzjoni tal-forniment u l-allokazzjoni kapitali tal-finanzjament ta' self u garanzija mir-riżorsi tiegħu stess. Mhux ser ikun hemm responsabbiltà ulterjuri għall-baġit tal-Komunità. Suġġett għal u skond il-modalitajiet li jridu jiġu stabbiliti mir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jadottaw il-programmi speċifiċi, dan il-mekkaniżmu ser jippermetti lill-BEI iżid l-ammont ta' finanzjament għall-azzjonijiet RTD Ewropej (bħalma huma inizjattivi konġunti fit-teknoloġija, proġetti kbar -inklużi l-proġetti Eureka, u infrastrutturi ġodda tar-riċerka u proġetti mmexxija mill-SMEs ) sabiex jgħin sabiex jingħelbu defiċjenzi tas-suq.

Fil-każ ta' parteċipanti f'azzjoni indiretta stabbilita f'reġjun li jkun baqa' lura fl-iżvilupp (ir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-iktar imbiegħda (1)), finanzjament addizzjonali mill-fondi strutturali ser ikun mmobilizzat kulfejn dan ikun possibbli u xieraq. Fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet mill-pajjiżi kandidati, taħt kondizzjonijiet simili tista' tingħata kontribuzzjoni addizzjonali mill-istrumenti finanzjarji ta' qabel l-adeżjoni. Rigward azzjonijiet fil-parti ta' “infrastrutturi tar-riċerka” tal-programm “kapaċitajiet” fis-Seba' Programm Kwadru, l-arranġamenti dettaljati għall-finanzjament għal dawn ser jiġi ddefinit bil-ħsieb li tiġi żgurata l-komplementarità effettiva bejn il-finanzjament Komunitarju tar-riċerka u strumenti oħra nazzjonali u Komunitarji, b'mod speċjali l-fondi strutturali.

Azzjonijiet diretti

Il-Komunità ser tniedi attivitajiet li jiġu implimentati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, li jissejħu azzjonijiet diretti.


(1)  Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Dan jinkludi r-reġjuni ta' l-objettiv ta' “konverġenza”, ir-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-iktar imbiegħda.


DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Rigward l-Artikolu 6

Għas-Seba' Programm Kwadru, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissokta bl-istess qafas etiku tas-Sitt Programm Kwadru biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament ta' l-UE għar-riċerka fuq ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-issuktar ta' dan il-qafas etiku minħabba li dan żviluppa, abbażi ta' l-esperjenza, approċċ responsabbli għal qasam promettenti ħafna tax-xjenza u wera li jaħdem b'mod sodisfaċenti fil-kuntest ta' programm tar-riċerka li fih riċerkaturi jipparteċipaw minn bosta pajjiżi b'sitwazzjonijiet regolatorji differenti ħafna.

(1)

Id-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru espliċitament teskludi tliet oqsma tar-riċerka mill-finanzjament Komunitarju:

attivitajiet ta' riċerka li jimmiraw għall-klonazzjoni tal-bniedem għal finijiet ta' riproduzzjoni;

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex jimmodifikaw il-wirt ġenetiku tal-bnedmin, li jistgħu jwasslu biex tibdiliet bħal dawn isiru ereditarji;

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex joħolqu embrijoni tal-bniedem esklussivament għall-fini ta' riċerka jew għall-fini tal-kisba ta' ċelloli staminali, inkluż permezz ta' trasferiment ta' nuklei ta' ċelloli somatiċi.

(2)

L-ebda attività pprojbita fl-Istati Membri kollha m'hi ser tiġi ffinanzjata. Fejn attività tkun ipprojbita fi Stat Membru, din mhix ser tiġi ffinanzjata f'dak l-Istat Membru.

(3)

Id-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru u d-dispożizzjoniiet għall-qafas etiku li jirregola l-finanzjament Komunitarju tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem bl-ebda mod ma tinvolvi ġudizzju ta' valur dwar il-qafas regolatorju jew etiku li jirregola din ir-riċerka fl-Istati Membri.

(4)

Meta l-Kummissjoni Ewropea tagħmel sejħa għal proposti, hija ma tissolleċitax b'mod espliċitu l-użu ta' ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem. L-użu possibbli ta' ċelloli staminali tal-bniedem, sew jekk ikunu dderivati minn adulti jew minn embrijoni, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati, fid-dawl ta' l-objettivi li jkunu jridu jilħqu. Fil-prattika, il-parti l-kbiranett tal-fondi Komunitarji għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tmur għall-użu ta' ċelloli staminali adulti. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jinbidel sostanzjalment fis-Seba' Programm Kwadru.

(5)

Kull proġett li jipproponi li juża ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem għandu jgħaddi b'suċċess minn evalwazzjoni xjentifika li matulha esperti xjentifiċi indipendenti jivvalutaw il-ħtieġa li jintużaw tali ċelloli staminali biex jintlaħqu l-objettivi xjentifiċi.

(6)

Il-proposti li jgħaddu b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika mbagħad ikunu soġġetti għal reviżjoni etika stretta organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'din ir-reviżjoni etika, jitqiesu l-prinċipji riflessi fil-Karta ta' l-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-UNESCO. Ir-reviżjoni etika sservi wkoll biex tikkontrolla li l-proposti jirrispettaw ir-regoli tal-pajjiżi fejn tkun ser titwettaq ir-riċerka.

(7)

F'każijiet partikolari, reviżjoni etika tista' titwettaq matul il-perjodu tal-proġett.

(8)

Qabel ma jibda, kull proġett li jipproponi l-użu ta' ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem għandu jikseb l-approvazzjoni tal-kumitat ta' l-etika nazzjonali jew lokali rilevanti. Ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha għandhom jiġu osservati, inkluż f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall-kunsens tal-ġenituri, l-assenza ta' tħajjir finanzjarju, eċċ. Ser isiru kontrolli dwar jekk il-proġett jinkludix referenzi għal miżuri ta' liċenzjar u kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ser titwettaq ir-riċerka.

(9)

Proposta li tgħaddi b'suċċess l-evalwazzjoni xjentifika, ir-reviżjonijiet etiċi nazzjonali jew lokali u r-reviżjoni etika Ewropea, ser jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, lill-Istati Membri, mlaqqgħin bħala Kumitat Regolatorju. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta' ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem u li ma jiksibx l-approvazzjoni mill-Istati Membri m'hu ser jiġi ffinanzjat.

(10)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tkompli taħdem biex ir-riżultati tar-riċerka dwar ċelloli staminali, li tkun ġiet iffinanzjata mill-Komunità, ikunu ġeneralment aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha, għall-benefiċċju aħħari tal-pazjenti fil-pajjiżi kollha.

(11)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tappoġġa azzjonijiet u inizjattivi li jikkontribwixxu għal koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni, f'approċċ etiku responsabbli, tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ser tappoġġa reġistru Ewropew ta' linji ta' ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-biedem. Appoġġ għal tali reġistru ser jippermetti monitoraġġ taċ-ċelloli staminali eżistenti ta' l-embrijoni tal-bniedem fl-Ewropa, ser jikkontribwixxi għall-massimizzazzjoni ta' l-użu tagħhom mix-xjenzjati u jista' jgħin biex jiġu evitati derivazzjonijiet mhux meħtieġa ta' linji ġodda ta' ċelloli staminali.

(12)

Il-Kummissjoni Ewropea ser tissokta l-prattika attwali u mhix ser tressaq quddiem il-Kumitat Regolatorju proposti għal proġetti li jinkludu attivitajiet ta' riċerka li jeqirdu l-embrijoni tal-bniedem, inklużi dawk għall-ksib ta' ċelloli staminali. L-esklużjoni mill-finanzjament ta' dan il-pass ta' riċerka mhux ser jimpedixxi l-finanzjament Komunitarju ta' passi sussegwenti li jinvolvu ċ-ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem.

Dwar: it-tema Enerġija

L-għaxar temi tal-Programm ta' Kooperazzjoni jinkludu r-riċerka meħtieġa biex tirfed il-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji li lilhom il-Kummissjoni tattribwixxi rwol ċentrali. Din tapprezza l-importanza li l-Parlament Ewropew jagħti lill-politika ta' l-enerġija b'mod ġenerali u lill-promozzjoni ta' effiċjenza ta' l-enerġija u ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli b'mod partikolari. Sabiex il-Parlament ikun jista' jsegwi l-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni bi ħsiebha tkompli l-politika ta' trasparenza u għoti ta' informazzjoni. Informazzjoni xierqa dwar proġetti ffinanzjati mill-PK ser tkun disponibbli b'mod sħiħ għall-pubbliku permezz ta' l-internet. Ser tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li, mill-inqas kull sentejn, issir preżentazzjoni komprensiva ta' proġetti relatati ma' l-użu razjonali u effiċjenti ta' l-enerġija u r-rwol ta' sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli.

Dwar: Ideat

Fil-kuntest tar-rapport dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 7(2) u li jippreċedi l-evalwazzjoni interim, il-Kummissjoni ser tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa nofs l-2008 Komunikazzjoni dwar il-metodoloġija u t-termini ta' referenza li għandhom jintużaw għar-reviżjoni li għandha titwettaq minn esperti indipendenti rigward l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta' l-ERC. Jekk ikun meħtieġ il-Kummissjoni ser tippreżenta proposta għall-adattament tal-Programm Kwadru.


30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

44


DEĊIŻJONI NRU 1983/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 151(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħtiha l-kompitu li toħloq unjoni dejjem eqreb bejn il-popli ta' l-Ewropa u li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u filwaqt ukoll li tenfasizza l-wirt kulturali komuni tagħhom.

(2)

L-effett magħdud tat-tkabbiriet suċċessivi ta' l-Unjoni Ewropea (UE), iż-żieda fil-mobbiltà li tirriżulta mis-suq uniku, il-flussi migratorji qodma u ġodda, skambji aktar sinifikattivi mal-bqija tad-dinja permezz tal-kummerċ, l-edukazzjoni, l-attivitajiet rikreattivi u l-globalizzazzjoni in ġenerali, qed ikattar l-interazzjonijiet bejn iċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-UE, u d-diversi kulturi, ilsna, gruppi etniċi u reliġjonijiet fl-Ewropa u lil hinn minnha.

(3)

Iċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-UE temporanjament jew b'mod permanenti, għandhom għalhekk ikollhom l-opportunità li jieħdu sehem fi djalogu interkulturali u jiksbu l-potenzjal tagħhom f'soċjetà differenti, pluralista, ibbażata fuq is-solidarjetà u dinamika, mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fid-dinja.

(4)

Fil-qalba tal-proġett Ewropew, hu importanti li jiġu pprovduti l-mezzi għal djalogu interkulturali u djalogu bejn iċ-ċittadini biex jissaħħaħ ir-rispett għad-diversità kulturali u tiġi ttrattata r-realtà kumplessa fis-soċjetajiet tagħna u l-koeżistenza ta' identitajiet kulturali u twemmin differenti. Barra minn dan, hu importanti li jiġi enfasizzat il-kontribut tal-kulturi differenti għall-wirt kulturali u l-mod ta' għajxien ta' l-Istati Membri u li jiġi rikonoxut li d-djalogu kulturali u interkulturali huma essenzjali biex wieħed jitgħallem jgħix flimkien f'armonija.

(5)

B'hekk id-djalogu interkulturali jikkontribwixxi lejn it-twettiq ta' għadd ta' prijoritajiet strateġiċi ta' l-UE, partikolarment billi:

jirrispetta u jippromwovi d-diversità kulturali fl-Ewropa, waqt li jtejjeb il-koeżistenza u jinkoraġġixxi ċittadinanza Ewropea attiva miftuħa għad-dinja u bbażata fuq il-valuri komuni fl-UE;

jikkontribwixxi biex jiżgura opportunitajiet indaqs u non-diskriminazzjoni fl-UE billi jinkludi l-istrateġija mġedda ta' Lisbona, li għaliha l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien teħtieġ persuni kapaċi jadattaw għall-bidliet u jibbenefikaw mill-għejun kollha ta' innovazzjoni possibbli sabiex tiżdied il-prosperità;

jisħaq dwar id-dimensjoni kulturali u edukattiva ta' l-istrateġija mġedda ta' Lisbona, u, b'dan, jistimola l-ekonomija kulturali u kreattiva fl-UE, li tiġġenera t-tkabbir u toħloq l-impjiegi;

jappoġġa l-impenn ta' l-UE favur is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq soċjali, kooperazzjoni u koeżjoni akbar fir-rispett tal-valuri komuni tagħha;

jippermetti lill-UE ssemma' leħinha aħjar fid-dinja u toħloq sħubijiet effettivi mal-pajjiżi fil-viċinat, u b'hekk tkabbar żona ta' stabbiltà, demokrazija u prosperità komuni lil hinn mill-UE u b'dan iżżid il-benesseri u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-UE.

(6)

Id-djalogu interkulturali hu dimensjoni importanti f'bosta linji politiċi u strumenti Komunitarji fl-oqsma tal-fondi strutturali, l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, iż-żgħażagħ, il-kultura, iċ-ċittadinanza u l-isport, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, il-politika dwar l-asil u l-integrazzjoni ta' l-immigranti, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli, il-politika awdjoviżiva u r-riċerka.

(7)

Huwa wkoll fattur li qed jiżdied fir-relazzjonijiet esterni ta' l-UE, partikolarment fir-rigward tal-pajjiżi aderenti u kandidati, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, il-pajjiżi kandidati għal ftehim ta' assoċjazzjoni ma' l-UE u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-viċinat u pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(8)

Abbażi ta' esperjenzi u inizjattivi Komunitarji, pass fundamentali huwa l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' kull ċittadin, irġiel u nisa, taħt kondizzjonijiet indaqs, ta' kull Stat Membru u tas-soċjetà Ewropea fit-totalità tagħha fi djalogu interkulturali, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni strutturata mas-soċjetà ċivili. Dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sens ta' identità Ewropea, billi jinkludi d-differenzi u jsawwar l-aspetti diversi ta' appartenenza għal komunità.

(9)

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, il-kunċett ta' “ċittadinanza Ewropea attiva” ma għandux ikopri biss iċ-ċittadini ta' l-UE kif definit fl-Artikolu 17 tat-Trattat tal-KE, iżda kwalunkwe individwu li jgħix b'mod permanenti jew temporanjament fl-UE.

(10)

Il-valuri komuni ta' l-UE huma dawk definiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(11)

Hu essenzjali li tkun żgurata l-komplementarjetà u approċċ orizzontali fl-azzjonijiet kollha Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali b'dimensjoni qawwija ta' djalogu interkulturali minħabba li s-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali ser jgħin biex dawn jingħataw aktar prominenza u tizdied il-koerenza tagħhom. L-ippjanar ta' dawn l-azzjonijiet, kemm fil-livell Komunitarju u nazzjonali, għandu japprofitta, fejn rilevanti, mill-esperjenza miksuba minn azzjonijiet taħt is-Sena Ewropea ta' Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007).

(12)

Is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali għandha tikkontribwixxi wkoll għall-integrazzjoni tad-djalogu interkulturali bħala prijorità orizzontali u trans-settorjali fil-linji politiċi, l-azzjonijiet u l-programmi Komunitarji u biex tiġi identifikata u kondiviża l-aħjar prattika fil-promozzjoni tiegħu. Ir-rikonoxximent viżibbli ta' l-aħjar prattika u proġetti fil-qasam tad-djalogu interkulturali jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati u jippromwovi l-idea fost is-soċjetà ċivili.

(13)

Il-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO tista' tiġi żviluppata kif xieraq, b'mod partikolari biex jittieħed kont ta' l-esperjenza u l-kompetenza tagħhom fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali.

(14)

Ikun importanti wkoll li tkun żgurata l-komplementarjetà bejn is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u l-aspetti esterni kollha tal-promozzjoni ta' inizjattivi ta' djalogu interkulturali żviluppati fi ħdan oqfsa adatti, inkluż ma' dawk il-pajjiżi ta' l-EFTA li jagħmlu parti mill-ftehim taż-ŻEE, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Ikun ukoll importanti li tkun żgurata l-komplementarjetà ma' kwalunkwe inizjattiva oħra ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tkun rilevanti għall-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali.

(15)

L-azzjonijiet ta' djalogu interkulturali li għandhom jiġu żviluppati fi ħdan l-istrumenti rilevanti tar-relazzjonijiet esterni għandhom inter alia jirreflettu l-interess reċiproku assoċjat ma' l-iskambju ta' esperjenzi u valuri mal-pajjiżi terzi u jippromwovi l-għarfien, ir-rispett u l-fehim reċiproċi tal-kulturi rispettivi tagħhom.

(16)

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Il-pajjiżi kandidati għandhom madankollu ikunu assoċjati mill-qrib ma' l-azzjonijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali permezz ta' inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp tad-djalogu interkulturali fi ħdan l-oqfsa rilevanti għall-kooperazzjoni u d-djalogu, partikolarment fil-kuntest tad-djalogu tas-soċjetà ċivili bejn l-UE u dawn il-pajjiżi (4).

(17)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu ta' l-azzjoni, pakkett finanzjarju li ser ikun ir-referenza primarja ta' l-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (5).

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtijin lill-Kummissjoni (6). Kumitat konsultattiv hu b'hekk meqjus xieraq għat-tip u għad-daqs ta' l-azzjoni maħsuba.

(19)

Billi l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-ħtieġa, partikolarment, għal sħubijiet multilaterali u skambji transnazzjonali fuq skala Komunitarja, jinkisbu b'mod aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Is-sena 2008 għandha tiġi denominata s-“Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali” biex tikkontribwixxi biex tingħata espressjoni u prominenza kbira lil proċess sostnut ta' djalogu interkulturali li ser ikompli lil hinn minn dik is-sena.

Artikolu 2

Objettivi

1.   L-objettivi ġenerali tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali għandhom ikunu li jingħata kontribut sabiex:

ikun promoss id-djalogu interkulturali bħala proċess li fih dawk kollha li jgħixu fl-UE jkunu jistgħu jtejbu l-kapaċità tagħhom li jittrattaw ma' ambjent kulturali aktar miftuħ iżda wkoll aktar kumpless, fejn, fi Stati Membri differenti kif ukoll fi ħdan kull Stat Membru, jeżistu flimkien identitajiet kulturali u twemmin differenti,

ikun enfasizzat id-djalogu interkulturali bħala opportunità ta' kontribut għal u benefiċċju minn soċjetà varjata u dinamika, mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fid-dinja,

titqajjem il-kuxjenza ta' dawk kollha li jgħixu fl-UE, partikolarment iż-żgħażagħ, dwar l-importanza li tiġi żviluppata ċittadinanza Ewropea attiva li hija miftuħa għad-dinja, tirrispetta d-diversità kulturali u hija msejsa fuq valuri komuni fl-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ikun enfasizzat il-kontribut ta' kulturi differenti u espressjonijiet ta' diversità kulturali għall-wirt u l-mod ta' għajxien ta' l-Istati Membri ta' l-UE.

2.   L-objettivi speċifiċi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali għandhom ikunu li:

titfittex li titqajjem il-kuxjenza ta' dawk kollha li jgħixu fl-UE, partikolarment iż-żgħażagħ, dwar l-importanza li jipparteċipaw fi djalogu interkulturali fil-ħajja tagħhom ta' kuljum,

issir ħidma biex tiġi identifikata, kondiviża u tingħata rikonoxximent Ewropew viżibbli lill-aħjar prattika fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali madwar l-UE, speċjalment fost iż-żgħażagħ u t-tfal,

jissaħħaħ ir-rwol ta' l-edukazzjoni bħala mezz importanti għat-tagħlim dwar id-diversità, jiżdied il-fehim ta' kulturi oħra u jiġu żviluppati kapaċitajiet u l-aħjar prattiċi soċjali, u jiġi enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-medja fil-promozzjoni tal-prinċipju ta' ugwaljanza u fehim reċiproku,

tiżdied il-prominenza u l-koerenza ta' u jiġu promossi l-programmi u l-azzjonijiet Komunitarji kollha li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali u tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom,

jingħata kontribut għall-esplorazzjoni ta' approċċi ġodda għad-djalogu interkulturali li jinvolvu kooperazzjoni bejn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati minn setturi differenti.

Artikolu 3

Kontenut tal-miżuri

Il-miżuri meħudin sabiex jinkisbu l-objettivi definiti fl-Artikolu 2 huma mniżżla fl-Anness.

Huma għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet li ġejjin jew l-għoti ta' appoġġ lilhom:

(a)

avvenimenti u inizjattivi fuq skala Ewropea mmirati għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, permezz ta' involviment dirett jew billi jintlaħqu kemm jista' jkun nies, u li jenfasizzaw il-kisbiet u l-esperjenzi fuq it-tema tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali;

(b)

avvenimenti u inizjattivi fuq livell nazzjonali u reġjonali b'dimensjoni qawwija Ewropea mmirati għall-promozzjoni ta' l-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, permezz ta' involviment dirett jew billi jintlaħqu kemm jista' jkun nies, b'attenzjoni partikolari lil azzjonijiet relatati ma' l-edukazzjoni ċivika u tagħlim biex wieħed japprezza lil persuni oħra u d-differenzi tagħhom;

(ċ)

kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni, partikolarment b'kooperazzjoni mal-medja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq livell Komunitarju u nazzjonali biex jixxerrdu l-messaġġi ewlenin li jikkonċernaw l-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u r-rikonoxximent ta' l-aħjar prattika, speċjalment fost iż-żgħażagħ u t-tfal;

(d)

stħarriġ u studji fuq skala Komunitarja jew nazzjonali u konsultazzjoni ma' netweks transnazzjonali u partijiet interessati tas-soċjetà ċivili biex isiru valutazzjoni u rapport dwar it-tħejjija għas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, u l-effettività u l-impatt tagħha, sabiex tiġi stabbilita l-bażi għas-segwitu fit-tul għaliha.

Artikolu 4

Kooperazzjoni mill-Istati Membri

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp nazzjonali ta' koordinazzjoni, jew korp amministrattiv ekwivalenti, responsabbli għall-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat Membru fis-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-ħatra tiegħu fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-din id-Deċiżjoni.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-korp imsemmi iktar 'il fuq jinvolvi b'mod xieraq id-diversi partijiet għad-djalogu interkulturali fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Il-korp imsemmi iktar 'il fuq għandu jiżgura l-koordinazzjoni, fil-livell nazzjonali, ta' l-azzjonijiet relatati mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali.

Artikolu 5

Implimentazzjoni

1.   Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2).

2.   Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kollaborazzjoni ma' l-istituzzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew.

Artikolu 6

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4.   Ir-rappreżentanti nazzjonali fil-Kumitat għandhom preferibbilment jinħatru mill-korp nazzjonali ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Miżuri li jkopru l-Komunità kollha, imsemmijin fil-parti A ta' l-Anness, jistgħu jiġu ssussidjati sa 80 % ta' l-ispiża totali tagħhom mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-miżuri msemmijin fil-parti B ta' l-Anness jistgħu jiġu ssussidjati sa 50 % ta' l-ispiża totali tagħhom mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.

3.   Miżuri li jkopru l-Komunità kollha, imsemmijin fil-parti Ċ ta' l-Anness, għandhom iwasslu għal kuntratt ta' akkwist jew għal għotjiet finanzjati mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Proċedura ta' applikazzjoni u għażla

1.   Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' sussidji għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2). Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni bilanċjata u ġusta bejn l-Istati Membri u fost l-oqsma differenti ta' attivitajiet involuti, filwaqt li titqies il-kwalità tal-proġetti proposti.

2.   L-applikazzjonijiet għal għotjiet ippreżentati skond l-Artikolu 7(2) għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-korp imsemmi fl-Artikolu 4.

Artikolu 9

Organizzazzjonijiet internazzjonali

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, il-Kummissjoni tista' tikkoopera ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali adegwati, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO, filwaqt li toqogħod ferm attenta li tiżgura l-viżibbiltà tal-parteċipazzjoni ta' l-UE.

Artikolu 10

Rwol tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza bejn il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u azzjonijiet u inizjattivi oħrajn Komunitarji.

2.   Il-Kummissjoni għandha taħdem biex tinvolvi l-pajjiżi kandidati fis-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, abbażi tal-parteċipazzjoni tagħhom f'għadd ta' programmi Komunitarji li jinkludu dimensjoni ta' djalogu interkulturali u billi tiżviluppa inizjattivi speċifiċi fl-oqfsa adatti, partikolarment fil-kuntest tad-djalogu tas-soċjetà ċivili bejn l-UE u pajjiżi kandidati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà bejn il-miżuri meħudin biex jintlaħqu l-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u l-inizjattivi li x'aktarx jiġu żviluppati fi ħdan l-oqfsa ta' kooperazzjoni u djalogu rilevanti ma' dawk il-pajjiżi ta' l-EFTA li huma parti mill-ftehim taż-ŻEE, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi mseħbin tal-politika Ewropea tal-viċinat.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll il-komplementarjetà ma' kwalunkwe inizjattiva oħra ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, partikolarment pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tkun rilevanti għall-objettivi ta' djalogu interkulturali tas-Sena Ewropea.

Artikolu 11

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008 huwa ta' EUR 10 000 000. L-azzjoni preparatorja għandha tkun limitata għal 30 % tal-baġit globali.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 12

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skond din id-Deċiżjoni jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u bil-ġbir lura ta' l-ammonti mħallsin b'mod mhux dovut u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (7), ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96 (Euratom, KE) tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej minn frodi u irregolaritajiet oħra (8), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (9).

2.   Rigward l-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni, il-kunċett ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati mill-Komunitajiet, minħabba nefqa mhux ġustifikata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta' assistenza finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk issib irregolaritajiet, partikolarment nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt li jagħti l-appoġġ finanzjarju konċernat, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni ġiet soġġetta għal tibdil sinifikattiv li ma jaqbilx man-natura tagħha jew mal-kondizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni tagħha.

4.   Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-assistenza finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jsir bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex jippreżenta osservazzjonijiet fi żmien perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tikkanċella l-assistenza finanzjarja li jifdal u titlob il-ħlas lura tas-somom diġà mħallsin.

5.   Kull ammont imħallas b'mod mhux dovut għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandu jiżdied l-imgħax ma' l-ammonti li ma jitħallsux lura fi żmien dovut skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (10).

Artikolu 13

Superviżjoni

1.   Il-benefiċjarju għandu jippreżenta rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma għal kull azzjoni ffinanzjata fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni. Rapport finali għandu wkoll jiġi ppreżentat fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina s-suġġett u l-kontenut tar-rapporti.

2.   Għal perijodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament għal kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta' għajnuna finanzjarja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' sostenn rigward l-infiq fuq l-azzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif suppost u b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 14

Monitoraġġ u valutazzjoni

Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3 biex iservu bħala bażi għal linji politiċi, miżuri u azzjonijiet futuri ta' l-UE f'dan il-qasam.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, tat-18 ta' Diċembru 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


(1)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 42.

(2)  ĠU C 206, 29.8.2006, p. 44.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-l ta' Ġunju 2006, (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2006, (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni tad-29 ta' Ġunju 2005 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-djalogu tas-soċjetà ċivili bejn l-UE u l-pajjiżi kandidati.

(5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(8)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(10)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

MIŻURI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3

A.   KOFINANZJAMENT TA' AZZJONIJIET FUQ SKALA KOMUNITARJA

Numru limitat ta' azzjonijiet simboliċi fuq livell Ewropew maħsuba biex iqajmu kuxjenza, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, ta' l-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali jistgħu jibbenefikaw minn għotja Komunitarja ta' sa 80 % ta' l-ispiża totali.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonsistu f'avvenimenti partikolari, inkluż avveniment Komunitarju ta' ftuħ u ta' għeluq tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali b'kooperazzjoni mal-Presidenzi fil-kariga tul l-2008.

Bħala indikazzjoni, madwar 30 % tal-baġit totali allokat ikun iddedikat għal dawn l-azzjonijiet.

B.   KOFINANZJAMENT TA' AZZJONIJIET FUQ SKALA NAZZJONALI

Azzjonijiet fuq livell nazzjonali li għandhom dimensjoni Ewropea qawwija jistgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jibbenefikaw minn għajnuna Komunitarja ta' sa 50 % ta' l-ispiża totali.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jirrigwardaw partikolarment il-kofinanzjament ta' inizjattiva nazzjonali waħda għal kull Stat Membru.

Bħala indikazzjoni, madwar 30 % tal-baġit totali allokat ikun iddedikat għal dawn l-azzjonijiet.

Ċ.   AZZJONIJIET FUQ SKALA KOMUNITARJA

1.

Azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni li jinkludu:

(a)

kampanja ta' informazzjoni kkoordinata fuq livell Komunitarju u artikolata fl-Istati Membri, li tibni fuq l-aħjar prattika ta' djalogu interkulturali fil-livelli kollha;

(b)

kooperazzjoni mas-settur privat, il-medja, istituzzjonijiet edukattivi u sħab oħra mis-soċjetà ċivili għad-disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali;

(ċ)

id-disinn tal-logo u s-slogans għall-użu b'konnessjoni ma' kwalunkwe attività marbuta mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u l-produzzjoni ta' mezzi promozzjonali li ser ikunu disponibbli fil-Komunità kollha;

(d)

miżuri adatti sabiex jiġu pubbliċizzati r-riżultati u tingħata prominenza lill-programmi, l-azzjonijiet u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u biex jingħata rikonoxximent Ewropew lill-aħjar prattiċi, speċjalment fost iż-żgħażagħ u t-tfal;

(e)

id-disseminazzjoni ta' materjal u għodod ta' tagħlim maħsuba prinċipalment għal istituzzjonijiet edukattivi, bil-promozzjoni ta' skambji dwar id-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali;

(f)

l-istabbiliment ta' portal web biex l-azzjonijiet fil-qasam tad-djalogu interkulturali jkunu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali u biex jiggwida l-promoturi ta' proġetti relatati mad-djalogu interkulturali fid-diversi programmi u azzjonijiet Komunitarji rilevanti.

2.

Azzjonijiet oħra:

Stħarriġ, studji fuq livell Komunitarju u konsultazzjoni ma' netweks transnazzjonali u partijiet interessati tas-soċjetà ċivili biex issir valutazzjoni u rapport dwar it-tħejjija għas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali sabiex tiġi stabbilita l-bażi għas-segwitu fit-tul għaliha.

3.

Il-finanzjament ġeneralment jieħu l-forma ta' xiri dirett ta' prodotti u servizzi permezz ta' sejħiet għal offerti miftuħin u/jew ristretti. Jista' jieħu wkoll il-forma ta' għotjiet.

Ir-riżorsi finanzjarji ddedikati għall-kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni m'għandhomx jaqbżu 40 % tal-baġit totali allokat.

D.   AZZJONIJIET LI JIRĊIEVU APPOĠĠ KOMUNITARJU MHUX FINANZJARJU

Il-Komunità tagħti appoġġ mhux finanzjarju, inkluż l-awtorizzazzjoni bil-miktub għall-użu tal-logo, ladarba jitlesta, u materjal ieħor assoċjat mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, f'inizjattivi ta' organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn ta' l-aħħar jistgħu jiggarantixxu lill-Kummissjoni li l-inizjattivi konċernati huma jew ser jitwettqu tul l-2008 u x'aktarx jagħtu kontribut sinifikattiv għall-kisba ta' l-objettivi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali. L-inizjattivi organizzati f'pajjiżi terzi f'assoċjazzjoni jew kooperazzjoni mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, mingħajr l-appoġġ finanzjarju tagħha, jistgħu wkoll jirċievu appoġġ mhux finanzjarju mill-Komunità u jużaw il-logo u materjal ieħor assoċjat mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali.


Top