EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0006(01)

2004/503/: 2004/503/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (BĊE/2004/6)

OJ L 205, 9.6.2004, p. 7–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0022(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/503/oj

9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/7


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti

(BĊE/2004/6)

(2004/503/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 28.3,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 tad-18 ta’ Diċembru, 2003, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (1), iddeterminat il-mod u l-ammont kemm il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li addottaw l-ewro (minn issa' l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) għandhom iħallsu mill-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-1 ta' Jannar, 2004.

(2)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-BĊNi parteċipanti fl-iskema estiża tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali u ‘l-iskema kapitali” rispettivament).

(3)

Mill-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jkun ta' 5 564 669 247,19 ewro.

(4)

L-iskema kapitali estiża teħtieġ l-addozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2003/18 b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, u biex tiddetermina l-mod u l-ammont kemm il-BĊNi parteċipanti għandhom iħallsu mill-kapital tal-BĊE fl-1 ta' Mejju, 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ammont u l-modalita` tal-ħlas tal-kapital

Fl-1 ta' Mejju, 2004, kull BĊN parteċipanti għandu jħallas fl-ammont kollu s-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE. Filwaqt li jieħu konsiderazzjoni tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali deskritti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/5, kull BĊN parteċipanti għandu għalhekk iħallas fl-1 ta' Mejju, 2004, l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN parteċipanti (EUR)

In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

141 910 195,14

Id-Deutsche Bundesbank

1 176 170 750,76

Bank of Greece

105 584 034,30

Il-Banco de España

432 697 551,32

Il-Banque de France

827 533 093,09

Ic-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 300 685,79

Il-Banca d’Italia

726 278 371,47

Il-Banque centrale du Luxembourg

8 725 401,38

Id-De Nederlandsche Bank

222 336 359,77

L-Oesterreichische Nationalbank

115 745 120,34

Banco de Portugal

98 233 106,22

Is-Suomen Pankki

71 711 892,59

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

Kull BĊN parteċipanti diġa' ħallas is-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sat-30 ta' April, 2004, skond id-Deċiżjoni BĊE/2003/18. Minħabba dan il-fatt, jew xi BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew il-BĊE għandu jittrasferixxi ammont lura lil xi BĊN parteċipanti, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 1. Dawn it-trasferimenti għandhom isiru skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 ta' April, 2004, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet Finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 29.

(2)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(3)  Ara paġna 9 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.


Top