EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XG0130(01)

Avviż għall-attenzjoni ta' NTV/NTV Mir, Rossiya 1, REN TV, Pervyi Kanal, rigward l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna 2023/C 34/03

ST/5317/2023/INIT

OJ C 34, 30.1.2023, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/3


Avviż għall-attenzjoni ta' NTV/NTV Mir, Rossiya 1, REN TV, Pervyi Kanal, rigward l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2023/C 34/03)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1) u l-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (2) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2478 (3) u l-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474 (4).

L-entitajiet kkonċernati huma b'dan mgħarrfa li jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel is-26 ta' Mejju 2023, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-miżuri restrittivi għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK.


(1)  ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13.

(2)  ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 322I , 16.12.2022, p. 614.

(4)  ĠU L 322I , 16.12.2022, p. 1.


Top