EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0242

Kawża T-242/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2022 – OmniActive Health Technologies vs EUIPO – Pharmaselect International (LUTAMAX)

OJ C 237, 20.6.2022, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 237, 20.6.2022, p. 73–74 (GA)

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/75


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2022 – OmniActive Health Technologies vs EUIPO – Pharmaselect International (LUTAMAX)

(Kawża T-242/22)

(2022/C 237/96)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OmniActive Health Technologies Ltd (Mumbai, Indja) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pharmaselect International Beteiligungs GmbH (Vjenna, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LUTAMAX” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 472 974

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2022 fil-Kawżi magħquda R 524/2021-1 u R 649/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ordnat EUTM No 3472974 LUTAMAX tibqa’ fuq ir-reġistru għal “Supplimenti djetetiċi adattati għal użu mediku jew użu djetetiku għas-sostenn tas-saħħa tal-għajnejn, l-ebda mill-prodotti hawn fuq imsemmija għal skopijiet veterinarji”;

tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż (fil-każ li tintervjeni fil-proċeduri).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(2) tar Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top