EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0750

Kawża T-750/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Correia vs KESE (“Servizz pubbliku – Persunal tal-KESE – Membri tal-persunal temporanji – Talba għall-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera – Talba miċħuda – Rikors għal annullament – Regolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Terminu għat-tressiq ta’ lment – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali – Prospetti raġonevoli ta’ karriera – Assenza ta’ dritt għal kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera – Obbligu li jitwettaq eżami komparattiv tal-merti – Responsabbiltà – Danni morali”)

OJ C 237, 20.6.2022, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 237, 20.6.2022, p. 47–47 (GA)

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Correia vs KESE

(Kawża T-750/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-KESE - Membri tal-persunal temporanji - Talba għall-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera - Talba miċħuda - Rikors għal annullament - Regolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Prospetti raġonevoli ta’ karriera - Assenza ta’ dritt għal kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera - Obbligu li jitwettaq eżami komparattiv tal-merti - Responsabbiltà - Danni morali”)

(2022/C 237/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paula Correia (Woluwe-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal García-Valdecasas u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tat-8 ta’ April 2020 li permezz tagħha il-Kumitat ċaħad it-talba tagħha għall-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera, it-tieni, il-kundanna tal-KESE għall-ħlas tal-arretrati tar-remunerazzjoni u benefiċċji finanzjarji dderivati, miżjuda bl-interessi moratorji, u, it-tielet, il-kumpens għad-danni morali li hija sostniet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tat-8 ta’ April 2020 li tiċħad it-talba għall-kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera magħmula minn Paula Correia hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


Top