EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0595

Kawża C-595/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2021 – LSI – Germany GmbH vs Freistaat Bayern

OJ C 502, 13.12.2021, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 502/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2021 – LSI – Germany GmbH vs Freistaat Bayern

(Kawża C-595/21)

(2021/C 502/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LSI – Germany GmbH

Konvenut: Freistaat Bayern (irrappreżentat minn: Bayerische Kontrollbehörde für Lebensmittelsicherheit und Veterinärwesen)

Domandi preliminari

1)

It-terminu “isem tal-prodott” fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1), għandu jiġi interpretat b’tali mod li huwa sinonimu mal-“isem tal-ikel” fis-sens tal-Artikolu 17(1) sa (3) tal-istess regolament?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-“negattiv”:

L-“isem tal-prodott” huwa l-isem li permezz tiegħu l-ikel huwa offrut fil-ħwienet u fir-reklamar u li bih huwa ġeneralment magħruf mill-konsumaturi, anki jekk dan ma huwiex l-isem tal-ikel imma l-isem li huwa protett, it-trade mark jew l-isem ornamentali fi ħdan is-sens tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1169/2011?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fl-“affermattiv”:

L-“isem tal-prodott” jista’ jikkonsisti wkoll f’żewġ komponenti, li wieħed minnhom huwa isem ġeneriku jew terminu ġeneriku protett taħt id-dritt tat-trade mark li ma jirrelatax mal-ikel individwali u li fir-rigward tal-prodotti individwali huwa ssupplementat b’żieda speċifika li tissostanzja dan (bħala t-tieni parti tal-isem tal-prodott)?

4)

Fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fl-“affermattiv”:

Liema miż-żewġ komponenti tal-isem tal-prodott għandu jintuża għall-informazzjoni addizzjonali taħt il-punt 4(b) tal-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1169/2011 jekk iż-żewġ komponenti tal-isem tal-prodott huma stampati f’daqsijiet differenti fuq l-imballaġġ?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifiki ĠU 2014, L 331, p. 40 u fil-ĠU 2016, L 266, p. 7.


Top