EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0338

Kawża C-338/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi – il-Polonja) – Proċedura dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ piena pekunjarja imposta fuq D.P. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Rikonoxximent reċiproku – Sanzjonijiet pekunjarji – Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI – Raġuni ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent u ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 20(3) – Deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Notifika tad-dokumenti f’lingwa mhux mifhuma mill-persuna kkundannata – Traduzzjoni tal-elementi essenzjali tad-deċiżjoni)

OJ C 490, 6.12.2021, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 490/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi – il-Polonja) – Proċedura dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ piena pekunjarja imposta fuq D.P.

(Kawża C-338/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Rikonoxximent reċiproku - Sanzjonijiet pekunjarji - Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI - Raġuni ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent u ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 20(3) - Deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Notifika tad-dokumenti f’lingwa mhux mifhuma mill-persuna kkundannata - Traduzzjoni tal-elementi essenzjali tad-deċiżjoni)

(2021/C 490/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: D.P.

fil-preżenza ta’: Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty

Dispożittiv

L-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtorità tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li tirrifjuta li teżegwixxi deċiżjoni, fis-sens tal-Artikolu 1(a) ta’ din id-deċiżjoni kwadru, li timponi sanzjoni pekunjarja għal reat tat-traffiku, meta din id-deċiżjoni tkun ġiet innotifikata lid-destinatarju tagħha mingħajr ma tkun akkumpanjata bit-traduzzjoni, f’lingwa li jifhem, tal-elementi tad-deċiżjoni li huma essenzjali sabiex dan ikun jista’ jifhem dak li huwa invokat kontrih u jeżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu b’mod sħiħ, u mingħajr ma dan ikun ingħata l-possibbiltà li jikseb tali traduzzjoni fuq talba tiegħu.


(1)  ĠU C 19, 18.01.2021.


Top