EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0156

Kawża T-156/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2021 – Völkl vs EUIPO – Marker Dalbello Völkl (International) (Marker Völkl)

OJ C 182, 10.5.2021, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/65


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2021 – Völkl vs EUIPO – Marker Dalbello Völkl (International) (Marker Völkl)

(Kawża T-156/21)

(2021/C 182/88)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Raßmann, M. Suether u F. Adinolfi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marker Dalbello Völkl (International) GmbH (Baar, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali Marker Völkl li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W00891106 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 0055/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li tintervjeni f’din il-kawża, għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti ta’ appell preċedenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top