EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0895

Kawża C-895/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach – il-Polonja) – A. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni indiretta – VAT – Direttiva 2006/112/KE – Akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti – Tnaqqis tat-taxxa tal-input dovuta fuq tali akkwist – Rekwiżiti formali – Rekwiżiti sostantivi – Terminu għall-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali – Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

OJ C 182, 10.5.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach – il-Polonja) – A. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-895/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni indiretta - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti - Tnaqqis tat-taxxa tal-input dovuta fuq tali akkwist - Rekwiżiti formali - Rekwiżiti sostantivi - Terminu għall-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

(2021/C 182/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

fil-preżenza ta’: Rzecznik Małych i Średnich Przedsiębiorców

Dispożittiv

L-Artikoli 167 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatat ma’ akkwist intra-Komunitarju, matul l-istess perijodu taxxabbli bħal dak li matulu l-VAT hija dovuta, huwa suġġett għall-indikazzjoni tal-VAT dovuta fid-dikjarazzjoni fiskali ppreżentata f’terminu ta’ tliet xhur li jibdew jiddekorru mill-aħħar tax-xahar li matulu tnissel l-obbligu fiskali relatat mal-oġġetti akkwistati.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


Top