EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0739

Kawża C-739/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – VK vs An Bord Pleanála (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 5 – Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita – Limiti)

OJ C 182, 10.5.2021, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – VK vs An Bord Pleanála

(Kawża C-739/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati - Direttiva 77/249/KEE - Artikolu 5 - Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita - Limiti)

(2021/C 182/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VK

Konvenut: An Bord Pleanala

fil-preżenza ta’: The General Council of the Bar of Ireland, The Law Society of Ireland and the Attorney General,

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati għandu jiġi interpretat fis-sens li:

huwa ma jipprekludix, bħala tali, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li avukat, fornitur ta’ servizzi ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, ikollu l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun hemm lok, fir-rigward ta’ din il-qorti, fil-kuntest ta’ sistema li timponi fuq l-avukati obbligi ta’ etika professjonali u proċedurali bħal dawk li jissottomettu lill-qorti adita kull element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, għall-finijiet tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, li minnu l-parti fil-kawża tkun eżenti jekk tiddeċiedi li tiżgura hija stess id-difiża tagħha;

ma huwiex sproporzjonat, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-obbligu ta’ avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, f’sistema li fiha dawn tal-aħħar għandhom il-possibbiltà jiddefinixxu r-rwoli rispettivi tagħhom, peress li l-avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita għandu biss, bħala regola ġenerali, l-għan li jassisti lill-avukat li jipprovdi servizzi sabiex ikun jista’ jiżgura r-rappreżentazzjoni tajba tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ din il-qorti;

obbligu ġenerali li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, li ma jippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza tal-avukat li jipprovdi servizzi, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


Top