EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10116

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10116 — ION/NN/bpfBOUW/IRP JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 36/11

PUB/2021/77

OJ C 36, 2.2.2021, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10116 — ION/NN/bpfBOUW/IRP JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 36/11)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ION Real Estate Services NV (“ION”, il-Belġju), ikkontrollata minn ION Holding BV (il-Belġju);

REI Investment Belgium I BV (“NN”, in-Netherlands), li tappartjeni għall-NN Group NV (in-Netherlands);

Stichting Bedrijfstakpensioenfonds voor de Bouwnijverheid (“bpfBOUW”, in-Netherlands); kif ukoll

ION Residential Platform NV (“IRP JV”, il-Belġju).

ION, NN u bpfBOUW jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-IRP JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ION: żviluppatur tal-proprjetà immobbli residenzjali (fosthom appartamenti u djar, djar għall-istudenti u anzjani) u żviluppatur tal-proprjetà immobbli kummerċjali (fosthom proġetti urbani mħallta, bini tal-uffiċċji u spazju għall-ħwienet) fil-Belġju;

NN: tipprovdi prodotti tal-pensjoni u tal-assikurazzjoni, kif ukoll il-ġestjoni tal-assi u s-servizzi bankarji;

bfpBOUW: fond tal-pensjoni Olandiż stabbilit minn organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u impjegati fis-settur tal-kostruzzjoni;

IRP JV: fond speċjalizzat ta’ investiment fi proprjetà immobbli mmirat biex jibni portafoll sostenibbli ta’ proprjetà immobbli residenzjali fit-tul (strateġija ta’ “xiri u żamma”) f’żoni urbani magħżula fil-Belġju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10116 — ION/NN/bpfBOUW/IRP JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top