EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0433

Kawża C-433/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – Ellmes Property Services Limited vs SP (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Artikolu 24(1) – Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli – Artikolu 7(1)(a) – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali – Azzjoni ġudizzjarja ta’ komproprjetarju intiża għall-kisba tal-waqfien tal-użu għal finijiet turistiċi, minn komproprjetarju ieħor, ta’ proprjetà immobbli b’komproprjetà”)

OJ C 19, 18.1.2021, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – Ellmes Property Services Limited vs SP

(Kawża C-433/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Artikolu 24(1) - Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli - Artikolu 7(1)(a) - Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali - Azzjoni ġudizzjarja ta’ komproprjetarju intiża għall-kisba tal-waqfien tal-użu għal finijiet turistiċi, minn komproprjetarju ieħor, ta’ proprjetà immobbli b’komproprjetà”)

(2021/C 19/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ellmes Property Services Limited

Konvenut: SP

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni li permezz tagħha komproprjetarju ta’ proprjetà immobbli jipprova jipprojbixxi lil komproprjetarju ieħor ta’ din il-proprjetà immobbli milli jbiddel, arbitrarjament u mingħajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-oħra, id-destinazzjoni tal-beni tiegħu b’komproprjetà, kif prevista minn kuntratt ta’ komproprjetà, għandha titqies bħala li tikkostitwixxi azzjoni “fil-qasam ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li din id-destinazzjoni ma tkunx infurzabbli biss kontra l-komproprjetarji tal-imsemmija proprjetà immobbli, iżda wkoll erga omnes, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn id-destinazzjoni ta’ proprjetà immobbli b’komproprjetà prevista f’kuntratt ta’ komproprjetà ma hijiex infurzabbli erga omnes, azzjoni li permezz tagħha komproprjetarju ta’ proprjetà immobbli jipprova jipprojbixxi lil komproprjetarju ieħor ta’ din il-proprjetà immobbli milli jbiddel, arbitrarjament u mingħajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-oħra, din id-destinazzjoni, għandha titqies bħala li tikkostitwixxi azzjoni “fil-qasam kuntrattwali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, il-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li jservi ta’ bażi għal din l-azzjoni huwa dak fejn jinstab l-imsemmi oġġett.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019


Top