EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0731

Kawża C-731/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjoniiet tal-Federazzjoni tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Inklużjoni u mbgħad żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista tal-entitajiet li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Abbuż ta’ poter – Dritt għall-proprjetà – Ugwaljanza fit-trattament)

OJ C 279, 24.8.2020, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-731/18 P) (1)

(Appell - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjoniiet tal-Federazzjoni tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Inklużjoni u mbgħad żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista tal-entitajiet li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Abbuż ta’ poter - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 279/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga u J. Iriarte Ángel, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u P. Mahnič, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Pardo Quintillán, A. Tizzano u C. Zadra, sussegwentement minn S. Pardo Quintillán u M. J. Roberti di Sarsina, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019


Top