EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0068
Case T-68/20: Action brought on 4 February 2020 — Hauz 1929 v EUIPO — Houzz (HAUZ EST 1929)
Kawża T-68/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)
Kawża T-68/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)
OJ C 95, 23.3.2020, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/44 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)
(Kawża T-68/20)
(2020/C 95/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ EST 1929 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 636 119
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 885/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri, inklużi dawk imġarrba quddiem l-EUIPO |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |