EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0590

Kawża C-590/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Fujikura Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp. (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar – Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 – Determinazzjoni tal-piż relattiv tal-parteċipanti Ewropej u ta’ dawk mhux Ewropej fl-akkordju – Parteċipazzjoni ta’ impriżi Ewropej f’diversi livelli tal-akkordju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

OJ C 61, 24.2.2020, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Fujikura Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp.

(Kawża C-590/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar - Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 - Determinazzjoni tal-piż relattiv tal-parteċipanti Ewropej u ta’ dawk mhux Ewropej fl-akkordju - Parteċipazzjoni ta’ impriżi Ewropej f’diversi livelli tal-akkordju - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 61/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fujikura Ltd (rappreżentant: L. Gyselen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, A. Biolan u I. Zaloguin, aġenti), Viscas Corp. (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fujikura Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


Top