EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0252

Kawża C-252/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fl-20 ta’ Marzu 2019 — QL S.A. w B. vs C.G.

OJ C 280, 19.8.2019, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fl-20 ta’ Marzu 2019 — QL S.A. w B. vs C.G.

(Kawża C-252/19)

(2019/C 280/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QL S.A. w B.

Konvenut: C.G.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(g) u l-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni, fl-ordinament [ġuridiku] nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-“ispejjeż massimi tal-kreditu esklużi l-interessi” u tal-mudell matematiku ta’ kalkolu tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, previsti fil-punt 6-a tal-Artikolu 5 moqri flimkien mal-Artikolu 36-a tal-ustawa z 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim (il-Liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu fuq il-konsum, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2018, intestatura 993), fejn dawn il-mekkaniżmi ġuridiċi jippermettu li jiġi inkluż ukoll, fl-ispejjeż relatati mal-kuntratt ta’ kreditu sostnuti mill-konsumatur (ammont totali tal-kreditu), l-ispejjeż tal-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66 u r-Rettifiki.


Top