EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0540

Kawża T-540/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – FZ et vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 — Tipi ta’ pożizzjonijiet — Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet — Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Amministraturi fi tranżizzjoni (AD 13) — Amministraturi (AD 12) — Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal awtorizzata biss fil-perkors tal-karriera li tikkorrispondi mat-tip ta’ impjieg okkupat — Aċċess għat-tip ta’ impjieg ta’ ‘kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti’ jew ta’ ‘konsulent jew ekwivalenti’ esklużivament skont l-proċedura tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju — Att konfermattiv — Lis alibi pendens — Osservanza tar-rekwiżiti relatati mal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà”)

OJ C 93, 11.3.2019, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – FZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Amministraturi fi tranżizzjoni (AD 13) - Amministraturi (AD 12) - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal awtorizzata biss fil-perkors tal-karriera li tikkorrispondi mat-tip ta’ impjieg okkupat - Aċċess għat-tip ta’ impjieg ta’ ‘kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti’ jew ta’ ‘konsulent jew ekwivalenti’ esklużivament skont l-proċedura tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Att konfermattiv - Lis alibi pendens - Osservanza tar-rekwiżiti relatati mal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà”))

(2019/C 93/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FZ, u t-8 rikorrenti oħra li isimhom jinsab fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u C. Berardis-Kayser u, finalment, G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Chemaï u M. Dean, sussegwentement L. Deneys, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni kklassifikat lir-rikorrenti fit-tipi ta’ impjieg “Amministratur fi tranżizzjoni” jew “Amministratur”, bil-konsegwenza li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, tilfu l-eliġibbiltà tagħhom għall-promozzjoni għall-grad superjuri.

Dispożittiv

1)

Fir-rigward ta’ FZ u t-tmien uffiċjali l-oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea, minbarra GL, u li isimhom jinsab fl-anness, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Fir-rigward ta’ GL, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, bħala infondat.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-uffiċjali li isimhom jinsab fl-anness.

4)

FZ u l-uffiċjali l-oħrajn li isimhom jinsabu fl-anness għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom stess.

5)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-18/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Top