EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0558

Kawża T-558/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Iran Insurance vs Il-Kunsill (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi — Dannu materjali — Dannu morali”)

OJ C 82, 4.3.2019, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Iran Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-558/15) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Dannu materjali - Dannu morali”))

(2019/C 82/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Insurance Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Tricot, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu morali u materjali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2011, L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1 u r-rettifiki fil-ĠU 2012, L 332, p. 31 u fil-ĠU 2014, L 93, p. 85), li permezz tagħhom l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Iran Insurance Company għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


Top