EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0167

Kawża T-167/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Comune di Milano vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ ground handling — Injezzjonijiet ta’ kapital magħmula minn SEA favur Sea Handling — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna — Imputabbiltà lill-Istat — Kriterju ta’ investitur privat — Prinċipju ta’ kontradittorju — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Aspettattivi leġittimi”)

OJ C 82, 4.3.2019, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Comune di Milano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ ground handling - Injezzjonijiet ta’ kapital magħmula minn SEA favur Sea Handling - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat - Prinċipju ta’ kontradittorju - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 82/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement minn S. Grassani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225, tad-19 ta’ Diċembru 2012, rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Comune di Milano huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 129, 4.5.2013.


Top