EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0715
Case C-715/18: Request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof (Germany) lodged on 15 November 2018 — Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. v Finanzamt Cuxhaven
Kawża C-715/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven
Kawża C-715/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven
OJ C 82, 4.3.2019, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven
(Kawża C-715/18)
(2019/C 82/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V.
Konvenut: Finanzamt Cuxhaven
Domanda preliminari
It-tnaqqis tat-taxxa previst għall-kiri ta’ postijiet f’siti tal-kampeġġ u parks għall-karavani fl-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tal-imsemmija direttiva jinkludi wkoll il-kiri ta’ postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.