EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0675

Kawża T-675/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Trifolio-M et vs EFSA

OJ C 25, 21.1.2019, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/52


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Trifolio-M et vs EFSA

(Kawża T-675/18)

(2019/C 25/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trifolio-M GmbH (Lahnau, il-Ġermanja), Oxon Italia SpA (Milan, l-Italja) u Mitsui AgriScience International (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EFSA tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar l-evalwazzjoni tat-talbiet għat-trattament kunfidenzjali tar-rikorrenti fir-rigward tal-konklużjoni ta’ rieżami bejn il-pari tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Azadirachtin;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. (1)

Ir-rikorrenti jargumentaw li l-konvenuta interpretat b’mod żbaljat x’jammonta għal informazzjoni li tinvolvi sigrieti industrijali u kummerċjali li timmerita trattament kunfidenzjali, u applikat b’mod ħażin l-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1107/2009 ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tat-talbiet għat-trattament kunfidenzjali tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea sa fejn il-konvenuta naqset milli tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, milli tikkonforma mal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni u milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).


Top