EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0663

Kawża T-663/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES)

OJ C 25, 21.1.2019, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/47


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES)

(Kawża T-663/18)

(2019/C 25/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nissin Foods Holdings Co. Ltd (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, G. Messenger, Barrister, K. Gilbert u G. Lodge, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Soba JAPANESE FRIED NOODLES bil-kuluri aħmar, iswed, griż u abjad – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 377 904

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 111/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top