EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0831

Kawża T-831/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Flexagil — Użu ġenwin tat-trade mark — It-tieni paragrafu (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Forma li tvarja permezz tal-elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”)

OJ C 25, 21.1.2019, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil)

(Kawża T-831/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Flexagil - Użu ġenwin tat-trade mark - It-tieni paragrafu (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Forma li tvarja permezz tal-elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”))

(2019/C 25/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DRH Licensing & Managing AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2017 (Kawża R 2043/2016-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn DRH Licensing & Managing u Merck.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DRH Licensing & Managing AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


Top