EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0245

Kawża C-245/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu tterminati kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat meta l-motiv ta’ reklutaġġ ma jkunx għadu jissussisti — Għalliema impjegati għas-sena skolastika — Xoljiment tar-relazzjoni ta’ xogħol fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE)

OJ C 25, 21.1.2019, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

(Kawża C-245/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu tterminati kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat meta l-motiv ta’ reklutaġġ ma jkunx għadu jissussisti - Għalliema impjegati għas-sena skolastika - Xoljiment tar-relazzjoni ta’ xogħol fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE))

(2019/C 25/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González

Konvenut: Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil persuna li timpjega li ttemm, fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ għalliema rreklutati għal sena skolastika bħala membri tal-persunal mhux permanenti, minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ neċessità u ta’ urġenza li kien suġġett għalihom ir-reklutaġġ tagħhom ma kinux għadhom jissussistu f’dik id-data, filwaqt li r-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat ta’ għalliema li għandhom il-kwalità ta’ uffiċjali tkompliet.

2)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ttemm, fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat tal-għalliema rreklutati għal sena skolastika bħala membri tal-persunal mhux permanenti, anki meta dan iċaħħad lil dawn l-għalliema minn jiem ta’ leave annwali bil-ħlas matul is-sajf relatati ma’ dik is-sena skolastika, sakemm dawn l-għalliema jirċievu kumpens finanzjarju f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


Top