EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0605

Kawża T-605/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – OY vs Il-Kummissjoni (“Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Impenji — Klassifikazzjoni fi grad — Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”)

OJ C 436, 3.12.2018, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – OY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/16)

((“Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Impenji - Klassifikazzjoni fi grad - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”))

(2018/C 436/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OY (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għall-eżami mill-ġdid tal-klassifikazzjoni fi grad tiegħu fil-grupp tal-funzjoni IV, Grad 15, Skala 1, u, min-naħa l-oħra, sa fejn neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tal-AHCC tad-29 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment mill-persuna kkonċernata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

OY huwa kkundannat għall-ispejjeż.


Top