EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0593

Kawża C-593/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn ABB Ltd, ABB AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-445/14, ABB Ltd, ABB AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

OJ C 436, 3.12.2018, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/27


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn ABB Ltd, ABB AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-445/14, ABB Ltd, ABB AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/18 P)

(2018/C 436/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ABB Ltd, ABB AB (rappreżentanti: I. Vandenborre, advocaat, S. Dionnet, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewreopa

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza jew tadotta kull miżura oħra meqjusa neċessarja, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet issodisfat l-oneru ta’ prova tagħha meta stabbilixxiet ksur minn naħa tal-appellanti li kien jinkludi l-kejbils tal-elettriku kollha ta’ taħt l-art u l-aċċessorji b’vultaġġ ta’ bejn 110 kV u 220 kV. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tivverifika jekk id-Deċiżjoni (1) kinitx identifikat il-ksur bi “preċiżjoni suffiċjenti” u skont kif meħtieġ mil-liġi. Il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli tapplika korrettament ir-rekwiżiti sabiex tiddetermina konsapevolezza suffiċjenti sabiex tikkonkludi li l-appellanti pparteċipaw fil-ksur.

It-tieni aggravju. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ trattament ugwali u ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza meta kkonfermat d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-perijodu ta’ ksur għall-appellanti kien beda fl-1 ta’ April 2000.

It-tielet aggravju. Il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tal-motiv tal-appellanti relatat man-nuqqas ta’ trattament ugwali, u b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-appellanti kienu aċċettaw din id-distinzjoni matul il-proċeduri amministrattivi, u rendiet tali aċċettazzjoni bħala kunsiderazzjoni determinanti fl-evalwazzjoni tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39610 — Kejbils tal-Elettriku) (notifikat bid-dokument C(2014) 2139 finali) (ĠU 2014, C 319, p. 10).


Top