EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0384

Kawża C-384/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistic N&N vs Budapest Rendőrfőkapitánya (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trasport bit-triq — Dispożizzjonijiet fiskali — Direttiva 1999/62/KE — Ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi — Pedaġġ — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi — Multa b’rata fissa — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Applikabbiltà diretta tad-Direttiva)

OJ C 436, 3.12.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistic N&N vs Budapest Rendőrfőkapitánya

(Kawża C-384/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet fiskali - Direttiva 1999/62/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi - Pedaġġ - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Multa b’rata fissa - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Applikabbiltà diretta tad-Direttiva))

(2018/C 436/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistic N&N

Konvenut: Budapest Rendőrfőkapitánya

Dispożittiv

Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011, ma jistax jitqies li għandu effett dirett.

Il-qorti nazzjonali għandha, bis-saħħa tal-obbligu tagħha li tieħu l-miżuri kollha ta’ natura ġenerali jew partikolari li jkunu adegwati sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi ma’ din tal-aħħar, jew, jekk tali interpretazzjoni konformi ma tkunx possibbli, għandha tastjeni milli tapplika kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali sa fejn l-applikazzjoni tagħha, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, twassal għal riżultat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


Top