EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0265

Kawża C-265/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-17 ta’ April 2018 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Akvilė Jarmuškienė

OJ C 276, 6.8.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807200402013442018/C 276/232652018CJC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180417161611

Kawża C-265/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-17 ta’ April 2018 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Akvilė Jarmuškienė

Top

C2762018MT1610120180417MT0023161161

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-17 ta’ April 2018 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Akvilė Jarmuškienė

(Kawża C-265/18)

2018/C 276/23Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Konvenuta: Akvilė Jarmuškienė

Partijiet oħra fil-proċedura: Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domanda preliminari

L-Artikoli 282 sa 292 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ( 1 ) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn jiġu ttrasferiti żewġ oġġetti permezz tal-istess tranżazzjoni iżda l-limitu annwali tad-dħul mill-bejgħ (il-volum ta’ attività) stabbilit mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE (u mid-dispożizzjoni korrispondenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali) jinqabeż biss għat-trasferiment ta’ wieħed minn dawn l-oġġetti, il-persuna taxxabbli (iċ-ċedent) għandu, b’mod partikolari, jikkalkola u jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud 1) fuq il-valur sħiħ tat-tranżazzjoni (fuq il-valur tat-trasferiment taż-żewġ oġġetti) jew 2) biss fuq il-parti tat-tranżazzjoni li biha l-limitu msemmi (volum ta’ attività) inqabeż (fuq il-valur tat-trasferiment ta’ wieħed mill-oġġetti)?


( 1 ) ĠU 2006, L 347, p. 1.

Top