EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0272
Case C-272/18: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 20 April 2018 — Verein für Konsumenteninformation v TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
Kawża C-272/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
Kawża C-272/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
OJ C 221, 25.6.2018, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża C-272/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
(Kawża C-272/18)
2018/C 221/13Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżQorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation
Konvenuta: TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
Domandi preliminari
1) |
L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(e) tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligazzjonijiet Kuntrattwali (“Konvenzjoni ta’ Ruma”) u fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) ( 1 ) tkopri wkoll il-ftehimiet konklużi bejn benefiċjarju u fiduċjarju li għandu parteċipazzjoni f’soċjetà in akkomandita għan-nom tal-benefiċjarju, b’mod partikolari meta jkun hemm konnessjoni bejn l-istatuti tas-soċjetà u l-ftehim fiduċjarju? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (“Direttiva dwar il-klawżoli inġusti”) ( 2 ) għandu jiġi interpetat fis-sens li klawżola fi ftehim fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur dwar il-ġestjoni ta’ parteċipazzjoni f’soċjetà in akkomandita, li ma kinitx innegozjata individwalment u li tipprovdi li hija applikabbli l-liġi tal-Istat fejn is-soċjetà in akkomandita jkollha s-sede tagħha, hija inġusta jekk l-għan waħdieni tal-ftehim fiduċjarju jkun l-ġestjoni ta’ parteċipazzjoni f’soċjetà in akkomandita u l-benefiċjarju jingħata d-drittijiet u l-obbligi ta’ azzjonist dirett? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: Din ir-risposta tkun differenti jekk, sabiex jipprovdi s-servizzi dovuti, il-professjonist ma jkunx obbligat imur fl-Istat tal-konsumatur sabiex iwettaq l-obbligi tiegħu iżda jkun marbut jittrasferixxi l-ħlas tad-dividendi jew benefiċċji finanzjarji oħra li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni, kif ukoll jittrażmetti informazzjoni relatata mal-iżvolġiment tal-attività tas-soċjetà? Il-kwistjoni tal-applikabbiltà tar-Regoalment Ruma I jew tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija rilevanti f’dan ir-rigward? |
4) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda: Din ir-risposta tibqa’ valida jekk, barra minn hekk, it-talba għas-sottoskrizzjoni tal-konsumatur tkun ġiet iffirmata fl-Istat ta’ residenza tiegħu, il-professjonist jipprovdi informazzjoni dwar is-soċjetà in akkomandita anki fuq l-internet, u jkun ġie stabbilit kont bankarju fl-Istat tal-konsumatur, li fih il-konsumatur irid jiddepożita somma għall-parteċipazzjoni, minkejja li l-professjonist ma jkollu ebda dritt li jiddisponi minn dan il-kont bankarju? Il-kwistjoni tal-applikabbiltà tar-Regoalment Ruma I jew tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija rilevanti f’dan ir-rigward? |
( 1 ) ĠU 2008, L 177, p 6
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288