EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0085

Kawża T-85/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbuna — Raġuni relattiva għal rifjut — Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”]

OJ C 142, 23.4.2018, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna)

(Kawża T-85/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbuna - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])

(2018/C 142/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 3106/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas u Shoe Branding Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


Top