EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0064

Kawża C-64/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 19(1) TUE — Rimedji ġudizzjarji — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Indipendenza ġudizzjarja — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali — Miżuri ta’ awsterità baġitarja)

OJ C 142, 23.4.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

(Kawża C-64/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 19(1) TUE - Rimedji ġudizzjarji - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Indipendenza ġudizzjarja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali - Miżuri ta’ awsterità baġitarja))

(2018/C 142/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Associação Sindical dos Juízes Portugueses

Konvenut: Tribunal de Contas

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin ma jipprekludix l-applikazzjoni fuq il-membri tat-Tribunal de Contas (il-Qorti tal-Awdituri, il-Portugall) miżuri ġenerali ta’ tnaqqis ta’ pagi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv u programm ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 156, 02.05.2016


Top