EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0103

Kawża T-103/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – S & V Technologies vs EUIPO – Smoothline (Smoothline)

OJ C 134, 16.4.2018, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – S & V Technologies vs EUIPO – Smoothline (Smoothline)

(Kawża T-103/18)

(2018/C 134/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: S & V Technologies GmbH (Hennigsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Smoothline AG (Zürich, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Smoothline” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 958 169 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 115/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


Top